jesusandmary

“IL-KLIEB TAL-MULEJ”: IT-TIFSIRA TAL-KELB DUMNIKAN


San Duminku huwa wiehed mill-akbar qaddisin li ghandha l-Knisja Kattolika u l-ordni li iggib ismu, id-Dumnikani hija wahda mill-ordnijiet fi hdan il-Knisja ta’ Kristu, imxerrda madwar id-dinja.
Imma taf it-tifsira tal-kelb dumnikan?

Iva, hafna xbihat relatati ma’ San Duminku u d-Dumnikani jinkludu kelb! Xi kultant ikollok thares sew biex tinduna bih.

Imma darba tinduna bih, tibda’ tarah f’kull xbiha ta’ dan il-qaddis.

X’tifsira ghandu?

Il-kelb dumnikan jmur kura lejn dehra li omm san Duminku kellha qabel twieled binha. Waqt pellegrinagg li kienet qed taghmel lejn l-abbazija ta’ San Dunimku minn Silos fi Spanja biex Alla jaghtiha tarbija, holmot li kelb qabez minn gufha jzomm torca u biha beda’ jaghti n-nar madwaru.
Ftit wara harget tqila u meta twieldet it-tarbija semmietu ghall-gieh ta’ San Duminku minn Silos, il-qaddis tal-hdax-il seklu.

Ghalkemm Duminku sejjah l-Ordni tieghu l-Ordni tal-predikaturi, aktar tard kellha tkun maghrufa bhala d-Dumnikani: bil-latin Dominicanis li hija qrib domini canis jew il-kelb tal-Mulej.
Il-karizma ta’ l-ordni biex ixxandar il-kelma ta’ Alla, l-istorja u l-loghob bil-kliem, kollha jidhru li jiffurmaw pjan wiehed. U sal lum id-dumnikani huma mlaqqma “il-klieb tal-Mulej.”

Make a free website with Yola