jesusandmary

PAPA FRANGISK DWAR L-GHADU ANTIK TAL-BNIEDEM, IX-XITAN

 

Waqt programm televiziv fejn zaghzugh ta’ madwar 25 -30 sena kellu intervista, laqatni t-T shirt li kien liebes. Mhux ghax kien tad-ditta jew tal-moda, izda ghall-kliem li kellu stampat fuqu. “Al diavoli non si vende, si regala.” Jigifieri "lix-xitan ma tbeghlux lilek innifsek, izda tirregala lilek innifsek." Tassew kliem preciz ghal min irid jifhem. Huwa Kristu biss li jixtri ghaliex gabilna s-salvazzjoni mit-telfien ta’ dejjem bi prezz gholi hafna – miet fuq is-salib fost tbatijiet horox ghal ahhar. Ix-xitan irid b’xejn, jiehu dak li mhux tieghu b’rigal. Ghax kull minn joqghod jew jaccetta t-tfesfis tax-xitan ikun qed jaghti lilu nnifsu b’rigal lix-xitan. Pero’ tajjeb li nghidu li l-istorja ma tieqafx hawn. Mhux kollox hu dlam u telf. Jekk il-bnedmien jaghraf htijietu u jindem minnhom, allura jkun hemm ferh kbir fis-sema fost l-angli ta’ Alla. Kristu johrog rebbieh fuq il-hazen u jakkwista mill-gdid dak li hallas ghalih bi prezz gholi hafna.

Dan li jghid Papa Frangisku fuq ix-xitan l-ghadu kbir u antik tal-bniedem.

Meta wiehed ma jistqarrx lil Gesu’ Kristu, wiehed ikun jistqarr il-frughat tax-xitan.

Il-Princep ta’ din id-dinja, Satana, ma jridx il-qdusija taghna, ma jridniex nimxu wara Kristu. Xi whud minnkom forsi jghiduli: “ Imma Father kemm ghadek antikwat li titkellem fuq ix-xitan fis-seklu 21!” Imma jiena nghidilkom: “ Harsu ruhkom mill-presenza tax-xitan, Ix-xitan huwa hawn.......anke fil-21 seklu!  U ma ghandna jkollna ebda dubju dwar dan. Irridu nitghallmu mill-vangelu kif niggieldulu, lix-xitan”

Ix-xitan jattakka hafna lill-familja.  Ix-xitan ma jhobbx lill-familja u jfittex li jeqridha. Jalla l-Mulej ibierek il-familja. Jalla jsahhaha fil-krizi li tinsab il-famlja li x-xitan jixtieq jeqred minn wicc id-dinja.

Hu bizzejjed li tiftah gazetta u tara l-presenza tad-demonju; ix-xitan jahdem kullimkien, dejjem u bla waqfien. Imma jiena irrid nghajjat b’vuci gholja: Alla hu aktar Qawwi. Temmnu intom dan, li Alla u aktar Qawwi.?

L-ewwel pagni tal-bibbja juruna l-presenza tax-xitan u l-Bibbja tispicca wkoll bil-presenza tax-xitan, imma fuq kollox bir-rebha Divina fuq ix-xitan u l-hazen kollu tieghu.

Ejjew nitolbu lill-Mulej Gesu’ biex niehdu dawn il-hwejjeg b’serjeta’ kbira.  Huwa gie fid-dinja biex jiggieled ghas-salvazzjoni taghna.  Huwa rebah lix-xitan. Ejjew ma ninegozjawx max-xitan. Huwa jaghmel minn kollox biex johodna mieghu, biex ahna nkunu propjeta’ tieghu. Tatuhx cans: kunu attenti, habirku biex tkunu dejjem ma’ Kristu.

Kristu wissiena li jew ahna mieghu jew inkella kontrieh. Huwa gie biex jaghtina l-helsien mid-dnub, mill-jasar tax-xitan......Dwar dan ma ghandux ikun hemm problemi. Hemm glieda u glieda kbira gia la darba hemm is-salvazzjoni eterna. Irridu nkunu dejjem attenti u nghassu kontra kull qerq, kontra kull seduzzjoni tal-hazen.

Ix-xitan jizra’ il-hazin fejn hemm it-tajjeb, jipprova jaqsam lill-popli, familji u nazzjonijiet.  Imma Alla jara wkoll nies ta’ rieda tajba li johduha kontra iz-zerriegha hazina tad-demonju u jaghtihom l-ghajnuna tieghu biex il-hidma taghhom iggib il-frott.

Ix-xitan qatt ma ser joqghod b’idejh fuq zaqqu u jara l-knisja jew persuni mexjin fit-triq tal-qdusija minghajr ma jaghmel xi haga.

Innota kif Gesu’ ma jiddjalogax max-xitan bhalma ghamlet Eva fil-Genna ta’ l-art.  Ix-xitan hu makkak.  Gesu’, minflok jiehu refugju fil-Kelma ta’ Alla.  Hekk ukoll ahna waqt it-tentazzjoni naharbu dejjem u fil-boghod u narmaw ruhna bil-Kelma tal-Hajja.

Ix-xitan jaf jahbi lilu nnifsu taht anglu tad-dawl u jqarraq anke bl-aktar nies twajba.

Ix-xnighat igibu maghhom l-ghira u jeqirdu il-kommunita’. Dawn huma l-armi tax-xitan.

Ix-xitan ihobb hafna igib qtih il-qalb. Dan l-avversarju taghna jaf jurina qtih il-qalb meta ma nirnexxux fl-appostolat taghna. Kuljum ix-xitan jizra’ iz-zerriegha tal-pessimizu u dizappunt fi qlubna.

NIFTHU QALBNA BISS GHAN-NIFS TA’ L-ISPIRTU QADDIS LI QATT MA JIEQAF LI JIZRA’ IZ-ZERRIEGHA TAT-TAMA U KUNFIDENZA.

 

Make a free website with Yola