jesusandmary

KIEN JOBZOQ LEJN DAWK LI KIENU JATTENDU L-QUDDIES – ISSA SAR SACERDOT.

Wara tfulija u adoloxxenza antiklerikali, mimlija mibgheda lejn il-Knisja ta’ Kristu, Fr Juan Jose’ Martinez jistqarr li huwa sab li “Alla jezisti u jrid li huwa jkun is-sacerdot tieghu.”

“Fil-Hdud filghodu jien kont nittawwal mill-gallarija tad-dar tieghi u meta kont nara n-nies sejrin lejn il-Quddies, kont nobzoq fuqhom. Ghidtilhom li l-Knisja hija setta li riedet biss flushom,” spjega l-qassis li jahdem fid-djocesi ta’ Almeria gewwa Spanja.

Il-genituri ta’ Fr Juan Jose’ ma kienux jemmnu u huwa ma rcieva ebda formazzjoni religjuza imma qal li huma qatt ma edukawh biex ikun intolleranti. Infatti huwa jghid li ma jafx minn fejn gewh dawk l-ideat antiklerikali ghaliex il-fehma li kellu tal-Knisja u Alla, kienet “ ta’ korruzzjoni multinazzjonali b’ferghat imxerrda ma’ kullimkien biex jisolhu il-flus bhalma taghmel setta.”

“Kont assolutament antiklerikali, kont l-ewwel student fl-iskola u fil-belt ta’ Carboneras, fil-provincja ta’ Almeria li qatt ma dhalt ghall-lezzjoni tar-religjon u li floha ghazilt kors alternattiv li kien l-Etika. Fis-snin ta’ wara kkonvincejt lil shabi biex hallu l-klassijiet tar-Religjon u jiehdu l-Etika bhal ma kont ghamilt jiena. Fl-ahhar kienet il-klassi kollha li spiccat biex abbandunat ir-religjoni u hadet l-Etika minflok.”

Imma dak li qatt ma immagina fi tmiem il-vjagg tieghu kien li ser ikun ta’ ghajnuna ghal shabu biex mill-gdid ifittxu l-knisja.  Fr. Juan jiftakar li l-ewwel gurnata li fiha dahla fil-knisja kien bil-hsieb li jirredikola lil dawk li stednuh.

Kien Jannar tas-sena 1995, xi hbieb tieghu mill-klassi stednuh biex jattendi grupp Kattoliku ta’ Talb fil-parrocca. Ovvjament ghidtilhom  “li ma kellix hsieb li nattendi ghaliex ma ridthomx li jimpressjonawni. Ghal xahar shih ma qatghux igeddu l-invit taghhom u fl-ahhar cedejt.” Kien il-Hamis fi Frar tas-sena 1995 li ghal l-ewwel darba dhalt fi knisja kattolika.”

IL-KAXXA TAD-DEHEB

Hafna minn shabu kienu hemm prezenti ghall-laqgha ta’ talb u hu kien sorpriz ghaliex “ilkoll kienu qed iharsu lejn il-kaxxa tad-deheb fuq in-naha ta’ wara ta’ l-altar. Ma kontx ghadni naf x’inhija, imma hsieb ghaddieli minn rasi li dik kienet il-kaxxa fejn il-kappillan kien izomm il-flus.”

Imma dik il-kaxxa tad-deheb kienet it-tabernaklu. Fr. Juan jghid li hu mar hemm biex jizzufjetta bihom ghaliex “jiena hsibt li kienu bla mohh. Fil-qalb ta’ qalbi kont qed niddiehaq bihom, imma kont edukat u zammejt kollox go fija.  Iddecidejt li nigi lura l-Hamis ta’ wara biex niddiehaq bihom ftit iehor.”

U Hamis wara l-iehor Fr. Juan beda’ ftit ftit iwarrab il-pregudizzji kontra l-Knisja u r-religjon.

“Il-kappillan kien jidher li kien bniedem ghaqli li jghin lin-nies,” stqarr mal-Catholic News Agency. U bil-ftit il-ftit l-imhabba lejn Alla bdiet tippenetra lil qalbu. “Kelli biss 15 il-sena u bdejt inkanta fil-Quddies, li kien ifisser li kont ser nattendi ghall-Quddies kull nhar ta’ Sibt.  Sirt inhobb noqghod quddiem it-tabernaklu u gradwalment bdejt nifhem li Alla jezisti u kien ihobbni. Bdejt inhoss l-imhabba ta’ Alla. Dan il-grupp Karizmatiku li fil-bidu nett kelli hsieb li nkasbar, gheni hafna u hafna.”

“Ftah ghajnejja ghall-verita’ u rajt li Alla ma kienx xi leggenda jew storja ghad-dghafja, imma li kien jghix, li kien qed jghinni u jiggwidani. Tant hassejtu li jhobbni li hsibt li riedni ghalih u kien qed isejjahli.”

“JIENA TIEGHEK GHAL DAK KOLLU LI TRID MINNI.”

Fr. Juan gie mghammed u ghamel l-ewwel tqarbina fuq ix-xewqat tan-nanniet tieghu. Ircevejt il-Grizma ta’ l-Isqof ghaliex kont f’nofs process ta’ konverzjoni u dak in-nhar ghidt lill-Mulej “Jiena tieghek ghal dak kollu li trid minni.” Kien mument uniku f’hajti meta rcevejt l-Ispirtu Qaddis u poggejt it-tama tieghi fil-Mulej.

Ghal xhur shah, iz-zaghzugh Juan Jose’ irresista is-sejha ghas-sacerdozju. “Ghidt lill-Mulej biex jieqaf ikellimni ghaliex ma ridtx irbit zejjed. Sakemm ghamilt decizzjoni u ghidtlu li accettajt l-istedina tieghu.”

Jum wiehed, kien is-Sibt, kien ghad kelli 17 il-sena, Fr. Juan Jose’ stqarr ma’ missieru li ried imur is-seminarju. Missieru hebb ghalih u qallu “ li trid tkun il-mewt tieghi biex issir qassis.”

“L-opposizzjoni kienet qalila. Missieri offrihieli li jhallasli l-kullegg imma qalli li qatt ma ser ihallasli biex nattendi s-seminarju.”

F’dan il-mument difficli, Fr. Juan Jose’ stqarr li kull ma seta’ jaghmel u jahseb kienet it-talba ta’ Santa Tereza ta’ Avila: “ Thallu xejn inikkitkom, xejn li jbezzghakom. Kull ma ghandkom bzonn hu Alla.”

“MERHBA”

Kienet tant qalila l-opposizzjoni ta’ missieru lejn il-vokazzjoni sacerdotali tieghu li wissieh u heddu li jaghmel rapport kontra l-kappillan mal-pulizija jekk hu jkompli jghinu biex jiddixxerni l-vokazzjoni ta’ qassis. “ Missieri kien qed jipprova kollox, imma id il-Mulej hija aktar u bil-wisq qawwija,” jghid Fr. Juan Jose’.

Biex jobdi minn missieru, Fr. Juan Jose’ ma bediex is-seminarju, imma beda’ jaghmel kors fuq il-mod kif jghallem fl-Universita’ ta’ Almeria.  Ghal snin ha pacenzja u baqa’ fidil lejn is-sejha tieghu ghal sacerdot. Jum wiehed f’Mejju tas-sena 1999 jirrakonta li ommu qaltlu li kienet kellmet lil missieru u finalment hallieh isegwi l-vokazzjoni tieghu fis-seminarju. “Kbejt fuq li kbejt. Niftakar li meta habbart dan lill-kappillan huwa qalli, “Merhba” u ghannaqni.”

F’Settembru tas-sena 2000 huwa dahal fis-seminarju. U sitt snin wara kien ordnat sacerdot gewwa l-katidral ta’ Almeria u missieru attenda c-ceremonja. “Bl-ebda mod ma ried li jiena nsir sacerdot, imma meta ra li jiena kont kuntent iddecieda li l-interess ta’ ibnu jigi qabel l-ideologija ta’ antiklerikalizmu li kien ihaddan.”

Fr. Juan Jose jghidilna li sentejn wara, qabel ma missieru miet, huwa rcieva l-Grizma tal-Morda u kien hu stess li amministrahielu.

“Meta xi hadd jghidli li hu ma jemminx fl-esistenza ta’ Alla, jiena nghidlu li anqas jiena ma kont nemmen, imma kont zbaljat ghaliex skoprejt il-ferh genwin li joffri Kristu ghal min jimxi warajh. Jekk ma intix kuntent kompletament, staqsi lill-Mulej biex jaghtik l-ghajnuna, ghaliex Huwa biss jista’ jaghtik il-ferh li tixtieq qalbek.”

 


Make a free website with Yola