jesusandmary

IL-GLIEDA TA’ SANTA GEMMA GALGANI MAX-XITAN.

 

Hadd ma jista’ jahrab it-tentazzjonijiet. Jigru wara kulhadd kemm wara l-bniedem it-tajjeb kif ukoll wara l-bniedem hazin.

 Qatt tippretendi li ser tghix minghajr tentazzjoni; anqas Kristu ma ghex minghajrhom ghaliex ix-xitan ittantah tlett darbiet. X’ghamel Kristu quddiem it-tentazzjonijiet? Kien armat bil-Kelma ta’ Alla u harabhom bla tnikkir. Inharsu lejn Kristu u lilu nimitaw meta ffacjati bihom; inkunu armati bil-kelma ta’ Kristu u naharbuha mill-ewwel.

Il-qaddisin ma sarux qaddisin ghax twieldu qaddisin, imma ghaliex hadmu biex joghgbu lil Alla. Haduha kontra taghhom infushom u ghelbu kull tentazzjoni biex juru l-fedelta’ taghhom lejn Alla. Bhalhom ahna kull meta nelghbu t-tentazzjonijiet, ahna nuru l-fedelta’ taghna lejn Alla.

Aqra l-esperjenza ta’ qaddisa, Santa Gemma Galgani, zaghzugha li ghalkemm ghexet biss 25 sena, offriet hajjitha lil Kristu.

 

Tikteb Santa Gemma Galgani lil wiehed sacerdot: “ Dawn l-ahhar jumejn Gesu’ qalli wara li jiena tqarbint, “ Binti, ix-xitan dalwaqt jaghmillek gwerra”. Dawn il-kelmiet nismaghhom ta sikwit gol-qalb tieghi. Jekk joghgbok itlob ghalija.”

Santa Gemma Galgani kienet tghix matul is-snin, lejn l-ahhriet tas-seklu 19. Kienet tfajla li garrbet esperjenzi spiritwali inkredibbli. Minkejja li hajjitha kienet wahda qasira hafna hawn fuq l-art ( ghexet biss 25 sena) hija kellha vizzjonijiet mistici, garrbet il-pjagi ta’ Kristu f’gisimha u ghaddiet minn battalji kontra x-xitan.

Ghalkemm kienet zghira, indunat minghajr tnikkir li t-talb huwa l-ahjar difiza kontra l-forzi tal-hazen. Imma Satana ma tax ruhu b’mirbuh hekk malajr. Bi hlas talli kienet titlob huwa kien jaghtiha ugigh ta’ ras kbir biex ma jhallhiex torqod sew. In-nuqqas ta’ irqad u ghejja kien jaghmlulha l-mumenti tat- talb tqal ghal ahhar, imma hi pperseverat.

“Kemm jaghmel sforzi dak il-mishut biex jaghmilhieli mpossibli li nitlob,” kitbet il-qaddisa.” Il-bierah filghaxija pprova joqtolni u kien jirnexxilu li kieku ma kienx Gesu’ li ghinni fil-hin. Bzajt u zammejt ix-xbiha ta’ Gesu’ quddiem ghajnejja...”

Darba wahda waqt li kienet qed tikteb ittra tirrakonta li x-xitan “ hatfilha l-pinna u qattalha l-karta, imbaghad gebbidha minn xaghra tant qawwi li xi troffi minnha gew f’idejh.”

Hija tiddeskrivi attakk iehor tax-xitan f’wahda mill-kitbiet taghha:

“Id-demonju dehrli qisu ggant ta’ kobor kbir hafna u beda jirrepetilhi li ghalija ma hemmx tama ta’ salvazzjoni. “Inti tinsab f’idejja” qalli. Imma jiena wegibtu li Alla  hu ta’ hniena kbira u ghalhekk ma nibza’ minn xejn. Imbaghad hu tani daqqa kbira fuq rasi  bir-rabja li hakmitu u sehitni u ma deherx izjed.”

“Mort imbaghad nistrieh f’kamarti u hemm mill-gdid nerga’ milnhu. Beda’ jsawwatni b’habel bl-gheqiedi u riedni nisma’ minnu filwaqt li beda’ jittantani.  Jiena ghidtlu le u hu sawwatni aktar bil-qawwa u habbatli rasi ma’ l-art. F’mument minnhom gie hsieb biex insejjah lil Missier ta’ Gesu’ u ghidtlu: “Missier Etern bis-sahha tad-demm prezzjuz ta’ Gesu’ salvani.”

“Imbaghad ma nafx ezatt x’gara. Dik il-bhima kerha kaxkritni mis-sodda u mbuttatni fl-art li maghha hbatt rasi b’tant sahha li l-ugigh ghadu fuqi. Intlift minn sensija u bqajt fl-art sakemm gejt f’tieghi. Nizzik hajr lil Gesu’.”

Waqt din il-prova, Gemma zammet f’qalbha lil Gesu’.

Lil dan il-qassis kitbitlu hekk: Li kieku rajtu kemm tkerrah waqt li harab, kont zgur tidhaq!... Imma Gesu’ wissieni biex ma nibzax minnu.”

IT-TENTAZZJONIJIET JINTREBHU TALB U L-PENITENZA. ITLOBU BIEX MA TAQGHUX FIT-TENTAZZJONI JWISSINA GESU’.

 

Make a free website with Yola