jesusandmary

 

Il-Ferh Nisrani


Il-ferh jigri warajh kulhadd. Min jahrab minnu jew jirrifjutah? Kulhadd jixtiequ u jridu kemm it-tajbin kif ukoll il-hziena, imma t-tnejn jfittxuh b'modi diversi u differenti.

It-tajbin jfittxu lil Alla biex jipposseduh u allura jgawdu l-ferh awtentiku ghax Alla niffsu hu l-ferh u l-paci.  Il-hziena jfittxu l-ferh billi jigru wara l-unuri, l-flus, id-droga u d-dnubiet imma dawn inisslu mrar u mhux ferh.  Tassew li jhossuhom kuntenti u fuq wicchom forsi tara dik it-tbissim,a imma t-tbissima u l-kuntentizza taghhom ma humiex il-ferh genwin. Il-veru ferh u paci jnissilhom Alla biss.

Ta' min isemmi hawn lil Santu Wistin.  Dan kien zaghzugh imbieghed ghal ahhar minn Alla. Kull ma kien jigih f'mohhu kien iwettqu.  Inkwieta bis-shih lil ommu li kienet theggu biex jikkonverti.  Damet titlob ghalih madwar tletin sena. Dahal gewwa knisja u sema' lil Sant' Ambrog jippriedka. Dan ghamel effet kbir fuqu.  Dahal fih innifsu u kkonverta. Wara l-konverzjoni, ta ruhu ghat-talb u l-penitenza. Stqarr hekk, u baqa' maghruf ghal li qal: "Inti hlaqtna ghalik O Alla u qalbna ma issib ebda mistrieh jekk mhux fik." Spiss kien jghid: "Kemm gharaftek tard O Alla tieghi." Mela l-hbiberija ma' Alla biss iggibilna l-paci u l-ferh.

Hemm hafna u hafna xiehda ta' nies li sabu l-paci meta regghu lura lejn Alla. Fosthom insibu lil Eva Lavalliere  maghruf bhala l-Madalena ta' zminijietna. Nghidilkom fi ftit kliem il-grazzja tal-konverzjoni taghha u jekk wiehed iridha ikun jafha aktar fid-dettal jikklikja hawn: Eva Lavalliere.

Meta kienet ghadha tifla, missierha li kien libertin u jhobb ix-xorb qatel lil ommha, lilha helisha, izda qatel lilu niffsu.  Tistghu tahsbu kemm ghaddiet tfulija f'sikkitha u x'zoghzija kellha.  Meta saret tfajla bdiet tigri wara dak kollu li kien tad-dinja.  Saret maghrufa minn kulhadd u ma kienx hawn bniedem li ma kienx imur jismaghha tkanta.  Ghamlet dak kollu li gie ghal idejha. Jum wiehed iltaqghet mal-kappillan li heggiha biex iddur lejn Alla.  Ghalkemm il-grazzja t'Alla kienet laqtitha, din bdiet tahdem bil-mod il-mod.  Meta l-kappillan ra interessata huwa taha ktieb fuq il-hajja ta' Santa Margerita ta' Cortona u wara li qratu ddecidiet li iddur lejn Alla flimkien mas-segretarja taghha.

Minhabba li dnubietha ma kienux hekk zghar il-kappillan gab id-dispensa mill-isqof u seta jahfrilha dnubietha u b'hekk tersaq lejn l-ewwel tqarbina taghha.

Kliemha stess jixhed ghaliha li wara l-konverzjoni hasset paci kbira gewwa qalbha.  Anke fis-sema jkun hemm ferh kbir meta xi midneb jaghmel penitenza, jigifieri jdur lejn Alla u mill-gdid jerga' jibda jservih.

Ic-cirkustanzi tal-hajja mhux dejjem huma favorevoli. Niltaqghu ma' grajjiet li jghafsuna 'l isfel.  Kemm nies li jqumu b'sahhithom imbaghad jindunaw li huma morda serjament. Forsi nistghu nahsbu li nies bhal dawn jitilfu kull sens ta' tama u ferh.  Le.  Nies bhal dawn jekk ikunu maghqudin mar-rieda t'Alla, fi kliem iehor ihallu lil Alla jmexxihom, isibu li ghandhom ukoll paci kbira f'qalbhom. Zjara go l-isptar tipperswadik li jezistu nies bhal dawn. Jaghtuk ezempju kbir u taghlima li ma tista' tinsieha qatt.
 

Make a free website with Yola