jesusandmary

 IL-HIDMA TA’ SAN BONIFACJU


Jekk Germaniz jew bniedem dixxendenti mill-emigranti germanizi jsejjah lilu nnifsu kattoliku, ghandu jkun grat lejn San Bonifacju, patri ingliz li ghex fit-8 seklu. Kien l-ewwel arcisqof tal-belt ta’ Mainz u maghruf bhala l-appostlu tal-poplu germaniz. Hu mizmum ukoll bhala l-patrun ta’ din l-art.

San Bonifacju twieled fis-sena 675 AD fir-renju anglo sassonu ta’ Wessex  u fil-maghmudija gie moghti l-isem ta’ Wynfrid. Sas-seba’ seklu Santu Wistin ta’ Canterbury flimkien mal-patrijiet San Aidan u St Cuthbert kienu diga dawru ghall-kattolicezimu lill- poplu anglo sassonu. Wynfrid kien wiehed minn dawn li bbenefikaw mill-konverzjoni ta’ l-Ingilterra lejn il-fidi ta’ Kristu.

L-anglo sassoni kienu nies gwerriera mill-germanja li waslu l-Ingilterra wara lir-Rumani hallew lill -Brittanija fis-sena 410 AD.  Ir-religjon Kristjana ttrasformathom billi kkalmat u ppacifikat l-aspett feroci tal-kultura pagana taghhom u ndirizzat il-kwalitajiet tajba u nobbli taghhom lejn it-triq it-tajba. Taht il-gwida ta’ dawn il-patrijiet il-kultura u t-taghlim iffjorixxa fost ir-rejiet nsara konvertiti.

BONIFACJU

IL-PATRI INGLIZ u SKULAR GHAREF

Wynfrid dahal fil-hajja monastika meta kellu madwar 7 snin, migbud mill-ideal tal-hajja monastika u opportunita’ ghal edukazzjoni fl-gholi livell. Il-patrijiet gharfu l-hiliet akkademici u ntelletwali tieghu u deher mill-ewwel maqtugh ghal-hajja ta’ skular brillanti.

Lahaq ghalliem tal-grammatika Latina, kiteb hafna trattati u kkompona diversi poezija bil-Latin. Eventwalment it-talent ta’ Wynfrid kien ippremjat meta ghazluh biex ikun kap ta’ l-iskola ta’ l-abbazija. Ir-reputazzjoni li kiseb bhala ghalliem flimkien mal-popolarita’ tieghu fost l-istudenti fissret li hafna gew mill-boghod biex ikollhom opportunita li jkun taht it-tmexxija tieghu.

Meta kellu madwar tletin sena Wynfrid gie ordnat sacerdot. Ghalkemm kien ihobb jghallem l-istudenti huwa hass il-htiega li jmur fost il-pagani, qalb il-popli u tribujiet Germanizi li kienu jabitaw l-Ewropa Centrali halli jwasslilhom id-dawl ta’ Kristu. Huwa ftakar li kien biss mitt sena qabel li l-antenati tieghi kienu jghixu fid-dlam tal-paganezmu.

Fis-sena 716 l-Abbati Winbert tah permess li jivvjaga lejn Frisia fl-Olanda. Meta wasal kellu hafna opposizzjoni mill-kapijiet tal-lokal u ghaldaqstant il-missjoni tieghu biex iwassal lil Kristu kienet giet fix-xejn. Huwa rritorna lejn Wessex imma ma qatghax qalbu.


X’QAL IL-PAPA LIL BONIFACJU


Sentejn wara ghamel pellegrinagg ghar-Ruma fejn kellu udjenza mal-Papa Girgor II (715 – 731). F’ittra lid-dixxipli tieghu Wynfrid kiteb li l-Papa laqghu kordjalment u mieghu kellu tahdiiet twal importanti hafna ; kien hawn li l-Papa tah l-isem ta’ Bonifacju u assenjalu ittri ufficjali biex imur jippridka l-evangelju lill-popli germanici.

Fuq inkoraggiment tal-Papa u pariri siewja ohra huwa telaq lejn l-artijiet germanici jippridka u johdha kontra riti pagani bhalma kienu s-sagrificcju uman lil allat foloz, Odin u Thor u fl-istess hin jghallem il-moralita’ nisranija. Meta l-arcisqof Bonifacju rritorna lejn il-Germanja minn Ruma,  ghall-Milied tas-sena 723, induna li l-poplu Germaniz rega’ mar lura ghal uzani pagani u kienu qed jippreparaw biex jiccelebraw is-solstizju tax-xitwa billi joffru sagrificcju ta’ zaghzugh lil Odin taht sigra tal-ballut. Huwa qaccat il-balluta biex jurihom ir-rebha tal-kristjanezmu fuq il-paganezmu. Din l-istorja storikament dokumentata tat bidu ghall-legenda fuq l-ewwel sigra tal-Milied. Skond il-leggenda San Bonifacju ssostitwixxa l-balluta meqruda b’fergha novella tas-sigra taz-znuber li sab qalb il-frieghi tal-balluta.

Bonifacju bhala rghaj spiritwali tal-merhla ta’ Kristu kiteb f’wahda mill-ittri tieghu li huwa dejjem attent ghall-lupu li jrid jahtaf nghag mill-merhla. B’persistenza u ghaqal huwa kellu bosta successi ta’ konverzjonijiet ma’  pagani li maghhom kien ihabbat wiccu. Il-papa hatru isqof regjonali ta’ l-artijiet kollha germanici.

Girgor III, is-successur ta’ Girgor II appuntah arcisqof tat-tribuwijiet kollha germanici bhala sinjal ta’ approvazzjoni ta’ dak kollu li kien qed jaghmel fost il-pagani.

L-arcisqof Bonifacju waqqaf abbaziji, u monasterji biex il-patrijiet u sorijiet futuri jkunu ta’ dawl ghal insara .  Il-monasterju ta’ Fulda kien ic-centru tar-religjosita’ spiritwali u kultura nisranija.

Fl-eta ta’ tmenin sena mdawwar bi 52 patri Bonifacju kiteb lil isqof Lull ta’ Mainz u fakkru li issa “ huwa kien qrib li jhalli din id-dinja biex jircievi il-premju etern.”  Fakkru ghal darb’ohra biex joqghod attent mill-izbalji li jigru fost il-poplu u biex jispicca l-bini tal-bazilka ta’ Fulda li bdiet timbena snin qabel u fiha jqieghed il-gisem tieghu hemmhekk.

Fil-5 ta’ Gunju 754AD Bonifacju kien ghadu kemm jibda’ jqaddes  meta grupp ta’ pagani habbtu ghalih biex joqtluh. Huwa ma halliex lill-patrijiet shabu jirritaljaw.  Huwa heggighom biex jimxu fuq il-parir ta’ l-Iskrittura billi ma jimxux ghajn ghal ghajn izda jpattu l-hazin bit-tajjeb. Dan kollu sehh f’post imsejjah Dokkum, fl-Olanda tal-lum.

Il-fdalijiet tieghu gew mehuda fil-Monasterju ta’ Fulda u gie moghti funeral ta’ martri.  Minn dak in-nhar ‘l hawn San Bonifacju baqa’ imsemmi bhala l-appostli ghall-Germanizi.

L-ahhar kelmiet tieghu kienu: “Wasal il-jum mistenni, iz-zmiem tat-tmiem taghna hu fil-qrib; kuragg fil-Mulej.”


Make a free website with Yola