jesusandmary

 IL-PURGATORJU

“Oh li kieku in-nies jafu x’inhu tassew il-Purgatorju!”

Fis-sena 1870. Il-Belgju iggieled bhala allejat flimkien ma’ Franza kontra l-Germanja. F’Settembru ta’ dik is-sena Swor Marija Serafina, soru Redentorista gewwa Malines, fil-Belgju hasset dieqa kbira li ma setghetx tati spjega taghha. Ftit wara rceviet l-ahbar li missierha miet fil-gwerra. Minn dak il-jum Swor Marija ripetutamentkienet tisma’ krib u vuci li tghidilha: “ Binti ikollok hniena minni.”

Minn dak il-mument kienet turmentata b’hafna hsibijiet sahansitra ugigh ta’ ras kbir. Meta jum wiehed kienet qed tistrieh lemhet lil missierha imdawwar bil-fjammi u qalbu sewda ghal ahhar. Huwa kien qed isofri fil-Purgatorju u bil-permess ta’ Alla deher lil bintu biex jitlobha titlob ghalih u anke biex jirrakontalha s-sofferenzi f’dan il-post ta’ tpattija. Hekk qalilha:

“ Irridek titlob ghalija bis-smigh tal-quddies, talb u indulgenzi. Hares lejja u arani mdawwar bil-fjammi go din il-hofra! Oh! Li kieku n-nies taf x’inhu l-Purgatorju kienu jaghmlu minn kollox biex jehilsu minn dan il-lok u jghinu lil erwieh li jinsabu hawn. Kun qaddisa, binti, I osserva l-Ligi Divina, sa l-anqas tikka.”

Swor Marija rat il-hofra mimlija fjammi tobzoq shab iswed ta’ duhhan. Missierha kien hemm, orribilment fgat u bil-ghatx. Meta fetah halqu Swor Marija rat ilsienu niexef qoxqox.

“Binti ghandi ghatx kbir.”

L-ghada missierha rega’ dehirlha u qalilha “ Binti ilu zmien li jiena gejt inzurek.”

“Missier,” wegbitu, “ kien il-bierah…”

“Oh .. qisu eternita’. Jiena kont ikkunddant ghal hafna snin imma minhabba l-intercessjoni ta’ Marija Ssma, is-sentenza tieghi giet ridotta ghal ftit xhur.”

Il-grazzja li jigi fid-dinja jzur lil bintu jitlobha biex tintercedi ghalih bit-talb kienet moghtija lilu minhabba li kien devot ta’ Marija Ssma u jitqarben fil-festa taghha kollha.

Waqt dawn il-vizzjonijiet Swor Marija Serafina staqsiet lil missierha diversi mistoqsijiet:

“L-erwieh tal-Purgatorju jkunu jafu min qed jitlob ghalihom u huma jistghu jitolbu ghalina?”

“Iva, binti.”

“Dawn l-erwieh isofru meta jafu li Allah u offiz fil-familji taghhom u fid-dinja?”

“Iva”.

Mghejjuna mill-konfessur taghha u is-superjura kompliet tistaqsi lil missierha:

“Veru li t-tbatijiet fil-Purgatorju huma akbar mit-turmenti kollha fid-dinja sahansitra tal-martri?”

“Iva binti dan kollu veru.”

Imbaghad Swor Marija Serafina staqsiet jekk dawk li jilbsu il-Labtu tal-Karmnu jinhelsux l-ewwel Sibt fuq mewthom.

“Iva,” wiegeb,” imma jekk ikunu fidili lejn l-obbligazzjonijiet tal-Konfraternita’”

“Veru li kif jinghad hemm xi erwieh li jridu jdumu jiskontaw is-sentenza taghhom fil-Purgatorju ghal 500 sena?”

“Iva. Xi uhud huma kkundannati sa tmiem id-dinja. Dawn l-erwieh huma abbandunati. Tlett affarijiet jigbdu s-sahta ta’ Alla fuq il-bniedem; in-nuqqas ta’ osservanza tal-jum tal-Hadd ghax jahdmu , il-vizzju ta’ l-impurita’ mxerred ma’ kullimkien u d-dagha. O binti kemm kastigi hemm lesti ghal min jidghi.”

Ghal tlett xhur shah Swor Marija Serafina u l-kommunita’ taghha kienu jitolbu u jaghmlu penitenza b’suffragju ghal missierha li ta’ sikwit kien jidhrilha. Waqt l-elevazzjoni ta’ l-Ostja Kkonsagrata fil-Quddiesa tal-Mlied swor Marija rat lil missierha jiddi bhax xemx. “ Jiena skontajt is-sentenza tieghi u gejt biex nirringrazzjakhom ghal kemm tlabtu ghalija u emm ghamiltu sagrificcji. Jiena nitlob ghalikom fis-sema.”

Li kieku l-Purgatorju ma kiex jezisti minhabba l-imperfezzjonijiet li bihom nidhru quddiem Alla, l-alternativa kienet tkun l-Infern. Ghalhekk il-Purgatorju huwa lok necssarju ghat-tpattija u espjazzjoni.

Kull dnub personali jgorr mieghu zewg konsegwenzi: il-htija ( li fil-kaz ta’ dnub mejjet joqtol il-grazzja santifikanti u jaghmilna werrieta ta’ l-Infern) u l-kastig temporali li ahna jkun jisthoqqilna minhabba l-offiza lil Alla. Ghalkemm il-qrar jilliberana mill-htija u parti mill-kastig ahna rridu naghmlu riparazzjoni lil Alla. F’din il-hajja dan jista’ jsir permezz tat-talb. Smigh tal-Quddies, karita’, penitenza u l-akwist ta’ l-indulgenzi. Min imut fi stat tad-dnub il-venjal jew minghajr ma jkun ghamel riparaazjoni sufficjenti postu hu l-Purgatorju.

L-erwieh fil-Purgatorju jghaddu minn tbatija doppja: ibatu n-nuqqas ta’ Alla u jhossu tbatija sensibbli. Jekk fl-Infern l-indannati huma mimlija mibgheda, l-erwieh tal-Purgatorju ghalkemm ibatu, inisslu fihom imhabba profonda lejn Alla. Skont San Tumas u Santu Wistin l-inqas tbatija fil-Purgatorju hija aghar mill-akbar tbatija hawn fuq l-art. Dan huwa minhabba x-xewqa kbira li dawn l-erwieh jgawdu lil Alla. Wara kollox r-ruh hija mahluqa biex wara din il-hajja tmur tithenna ghall dejjem ma’ Alla u dan il-ghan ir-ruh tkun ghadu ma lahqitux. Izda t-tama li xi darba jaraw lil Alla jtaffu xi ftit din il-hruxija. Santa Katerina minn Genoa (1447 – 1510) soru mistika li ghaddiet mit-tbatijiet tal-Purgatorju hawn fuq l-art tispjega li wiehed isofri torment li ma jitfissirx u ferh li ma tiddiskriviehx f’daqqa wahda. Tiddeskrivi it-turment bhala li gej minn nar interjuri imkebbes mis-separazzjoni minn Alla li ghalih ir-ruh kontinwament tixxennaq. Din it-tbatija hija tant intensa li tibdel kull moment f’martirju ta’ sofferenza. Ghalkemm it-tbatija tghaddi kull sofferenza tad-dinja qatt matista’ tikkomparaha ma’ dik ta’ l-Infern fejn l-erwieh jsofru disperazzjoni u mibgheda filwaqt li l-erwieh tal-Purgatorju ghalkemm jghaddu mill-process ta’ tbatija huma mimlija tama u imhabba. Tkompli l-qaddisa lifil-Gemma biss hemm il-milja tal-ferh . Dan jigri minhabba li r-ruh taf li issa salva, u tinsab fi stat ta; hiberija perfetta ma’ Alla. Imdawwar b’erwieh tajba u qaddisa mimlija mhabba lejn il-Kreatur taghhom. Santa Katerina tkompli : “ Jiena nemmen li ebda ferh perfett ma tista’ tiltaqa’ mieghu hlief fil-qaddisin tas-sema u dan il-ferh ma tistax tqabblu ma’ dak li jgarbu l-erwieh tal-purgatorju ghax dawn jinsabu fi stat mhux perfett, imma jum wara l-iehor dan il-ferh jikber fihom hekk kif jonqsilhom iz-zmien li jridu jghaddu f’dan il-post u jersqu vicin biex imorru jgawdu lil Alla bil-moghdija ta’ jum wara l-iehor.”

Is-sadid tad-dnub huwa l-impediment u n-nar jahraq is-sadid sabiex b’hekk ir-ruh tinfetah aktar ghal Alla. Xi Haga li tkun mghottija ma tistax tirrispondi ghar-raggi tax-xemx mhux ghax ix-xemx hi difettuza; jekk l-ghata tinharaq allura l-oggett ikun mikxuf ghar-raggi tax-xemx u aktar tirrispondi ghad-dawl tax-xemx aktar ma’ l-ghata tinharaq. Huwa b’dan il-mod li s-sadid, li hu d-dnub, jghatti r-ruh u fil-Purgatorju huwa mahruq bin-nar; aktar ma jkun kkonsumat, aktar ir-ruh tirrispondi ghal Alla li hu l-veru xemx.

Aktar mas-sadid jonqos, aktar ir-ruh tinfetah ghar-raggi divini, u l-ferh jikber u sakemm isehh dak iz-zmien tal-helsien tar-run minn dan il-lok, wahda tonqos u l-ohra tikber. It-tbatija ma tonqosx, izda jkun iz-zmien li jonqos.

Id-devozzjoni lejn l-erwieh tal-purgatorju originat fl-ewwel zminijiet tal-knisja. Ghalkemm dawn l-erwieh ma jistghux jimmeritaw huma fi stat ta’ hbiberija ma’ Alla li fil-Hniena Infinita tieghu japplika merti offrut ghalihom. Ghalhekk hija att ta’ karita’ u mhabba li wiehed joffri indulgenzi, quddies u sagrificcji ghalihom.

Dawn id-devozzjonijiet mhuxbiss jinkoraggixxu l-prattika ta’ l-imhabba imma jqawu l-fidi u jikkunslaw lil dawk li tilfu l-gheziez taghhom. Billi l-erwieh tal-purgatorju jiffurmaw parti mill-Kommunjoni ta-Qaddisin, dawn huma maghqudin maghna u jistghu jintercedu ghalina.

Fl-istorja tal-Knisja jezistu bosta ezempji:

Il-Kontessa ta’ Stratford, protestanta ingliza, ikkonsultat ma’ l-Isqof ta’ Amiens, fi Franza ghax kellha xi dubbji fuq l-esistenza tal-purgatorju’ Huwa qalilha: Ghid ll Isqof ta’ Londra (anglikan) li jiena nhalli l-fidi tieghi u nsir anglikan kemm-il darba jippruvali li Santu Wistin qatt ma offra quddiesa jew talab ghal ommu l-ghaziza.” Il-kontessa ghamlet kifqalilha u kitbet lil isqof anglikan ta’ Londra. Meta rat li ma taha ebda twegiba hija kkonvertit ghall-fidi kattolika.

Meta kienet fil-process tar-riforma tal-karmelitani, Santa Tereza sabet ruhha fil-bzonn ta’ kunvent. Nobbli jismu Bernardinu minn Toledo, taha dak li kellha bzon meta sema bil-htiega taghha. Ftit wara huwa miet. Santa Tereza kellha rivelazzjoni li hu kien ser idum fil-purgatorju sakemm tigi celebrata l-ewwel quddies fil-kunvent li kienet qe tibni fuq art moghtija minn dan i-benefattur. Ghalhekk hija haffet il-bini ta’ dan il-kunvent hekk li meta tqaddset l-ewwel quddies Santa Tereza rat ir-ruh glorjuza kollha dawl fil-gemb tal-qassis celebranti. Grazzi ghal quddies li kienet celebrata ghal bzonnijiet tieghu huwa ottiena l-helsien mill-Purgatorju.

Meta t-talb ta’ Santa Katarina minn Bolonja ma kienx jigi mismugh hija kienet tirrikorri ghand l-erwieh fil-Prgatorju biex jintercedu ghaliha u tafferema li kull darba li kienmet taghmel hekk kienet tircievi l-grazzji mehtiega minghand Alla.

Ezempju iehor ta’ l-intercessjoni ta’ l-erwieh tal-Purgatorju: Dan il-fatt sehh gewwa Parigi fis-sena 1817.

Qaddejja li kull xahar kienet thallas biex tkun celebrata quddiesa ghal-erwieh tal-Purgatorju sabet ruhha mkeccija mill-impjieg ghax mardet u kellha tidhol l-isptar . Meta harget mill-isptar marret titlob fil-knisja u hemm ftakret li ma kienitx ghadha tat il-quddiesa tas-soltu ghall-bzonnijiet ta’ l-erwieh tal-Purgatorju ghal dak ix-xahar. Billi dak ix-xahr ma hadmitx ma kellhiex flus. Ghal dak ix-xahar kienet se tonqos lit hares l-opra tajba taghha billi kieku taghmel l-offerta kienet issib ruhha bla flus. Imma wara li hasbitha sewwa hija ddecidiet li toffri quddiesa. Hekk kif harget sabet ma wiccha ragel li jidher li kien nobbli u dan minghajr ma kienet qed tistenna staqsiha jekk kienitx qed tfittex ix-xoghol. Ghat twegiba taghha affermattiva huwa taha indirizz fejn setghet issib ix-xoghol. Meta habbtet il-bieb tassew baqa’ skantat is-sinjur billi kien ghadu kemm kecca l-qaddejja izda kien ghadu ma talabx ghal ohra. Il-mara waqt li iddeskrivietlu r-ragel lit aha l-indirizz urietu li x-xbiha tal-pittura li kien hemm imdendla fuq il-hajt kienet kopja perfetta tar-ragel. “Dak ibni,”qalilha,” miet xahrejn ilu.”

It-tnejn fehmu li Alla ried jipprempja l-karita' ta’ dik il-qaddejja lejn l-erwieh tal-Purgatorju u juri l-qawwa ta’ l-intercessjoni ta’ l-Erwieh tal-Purgatorju.

Make a free website with Yola