jesusandmary

 TBATIJA BIL-PACENZJA


Li titkellem fuq pacenzja u tbatija hija haga li la hija prattikata u anqas ma jifhmuha dawk li jhobbu d-dinja.  Jifhmuha u jippratikawha dawk biss li jhobbu lil Alla.

 “O Mulej, “ jikteb San Gwann tas-Salib, “ ma nitlob xejn minnek hlief li nbati ghalik u li jiddiprezzawni minhabba fik.”  Santa Tereza spiss kienet tesklama; “ O Gesu’ tieghi, jew inbati jew immut.”  Marija Madalena dei Pazzi kienet tistqarr : “ Jiena irrid nsofri u ma immutx.”

 Hekk jitkellmu l-qaddisin li jhobbu lil Alla, ghaliex ruh ma tistax turi li thobb lil Alla  jekk volontarjament mhux lesta li tbati ghalih biex tghogbu. Din hija prova kbira li Gesu’ Kristu tana ta’ l-imhabba tieghu ghalina.  Bhala Alla habbna meta halaqna, berikna bil-providenza tieghu u jrid li ahna mmorru ngawduh fil-glorja ta’ dejjem; u ma setghax juri mhabba akbar milli wera’ meta sar bniedem u ghex hajja ta’ tbatija u ha fuqu ghax ried Hu mewta l-aktar harxa fuq salib ghal imhabba taghna.  U issa kif nistghu nirreciprokaw din l-imhabba taghna lil Gesu’ Kristu?  Billi nghixu hajja ta’ pjaciri u gosti mundani?

Innehhu minn mohhna li Alla jiggosta jarana nbatu: in-natura tal-Mulej mhux natura li thobb tara lill-bniedem jotor taht il-piz tat-tbatija.  Huwa Alla ta’ tjubija bla qis li jixtieq jarana kuntenti u ferhanin u kull min jersaq lejh ghall-wens ikun milqghuh. Imma minhabba il-kondizzjoni taghna bhala nies midimba u l-gratitudni li ghandna nuru lejn l-imhabba ta’  Gesu Kristu ahna nehtiegu, ghal imhabba tieghu, li nghakksu lilna nfusna mill-pjaciri u nhaddnu bil-ferha s-salib li hu jaghtina, li ngorrh matul hajjitna hawn fuq l-art u nimxu warajh. 

U dan biex wara mewtna jigborna mieghu fil-ferh ta’ dejjem.  Alla ma ghandu ebda xewqa li jarana nbatu, izda billi hu gustizzja nfinita, ma jistax ihalli l-izbalji taghna ghaddejjin lixxi. U sabiex inpattu ghalihom u jum wiehed nidhlu fid-dehra tieghu Huwa jippermetti li npattu ghal dnubietna u nbatu ghalihom bil-pacenzja jekk irridu li nkunu  eternament imberkin. Ma tistax tkun isbah u helwa din ir-regola tal-providenza divina li darba ggustifikati, ghax hallasna lill-Gustizzja Divina bit-tbatija taghna, inkunu salvi.

It-tamiet taghna jehtieg li nqeghduhom fil-merti ta’ Kristu li minnu biss irrid nittamaw  ghal-ghajnuniet kollha biex nghixu hajja tajba; ma ghandna qatt niddubitaw li hija x-xewqa tieghu li jarana qaddisin. : din hija r-rieda ta’ Alla li intom tkunu qaddisin.  Ghalkemm din hija verita’, ahna ma nistghux naharbu l-parti taghna li npattu ghal-ingurji li ahna ghamilna lil Alla u bl-opri tajba taghna ahna nakkwistaw il-premju etern.

Itfa’ ghajnejk fuq Gesu’,  innocenti, qaddis u divin, ibati matul hajtu kollha: tahseb inti li n-nisrani jista’jghid li jixbah lil l-imghallem tieghu Gesu’ jekk dan ifittex kumditajiet u pjaciri li toffri d-dinja? Kif jista’ n-nisrani jiftahar li hu segwaci ta’ Kristu jekk jirrifjuta li jaccetta bl-umilta’ u pacenzja l-kuntrarji li Alla jippermetti fuqu ?

Niftakru dejjem li premju kbir jitlob tbatija kbira.


Make a free website with Yola