jesusandmary

 

Zmien l-Avvent...

 

Din il-frazi tfisser: zmien ta’ stennija. Zmien l-Avvent ifisser l-bidu ta’ sena gdida liturgika.

Fil-lingwa religjuza tal-pagani, adventus kienet tindika il-migja perjodika ta’ Alla u l-prezenza tieghu fit-tempju.

Minn naha kristjana, it-terminu adventus ghandu tifsira doppja- jindika z-zewg migjiet ta’ Gesu’: l-ewwel wahda hija t-twelid tieghu storiku, u t-tieni wahda l-migja tieghu li tista’ issehh fi kwalunkwe mument ta’ l-istorja tal-hajja taghna. Nistghu nqisu li l-laqgha taghna mieghu hija mminenti u hekk jehtigilna li ruhna tkun imhejjija biex tiltaqa’ mieghu u tilqghu.

Nergghu lura lejn l-ewwel adventus li hija l-migja jew dehra storika ta’ Gesu’ gewwa Betlehem. L-Avvent hu iz-zmien liturgiku ta’ preparazzjoni ghall-festa tal-Milied. Sar-raba seklu l-Avvent kien mifrux fuq tlett gimghat.

Il-hsieb ta’ tlett gimghat preparazzjoni kien ibbazat fuq tlett figuri: il-migja ta’ Gesu’ kienet imhabbra mill-profeti, ippreparata mill-prekursur u imwettqa minn Marija Vergni. Dawn kien it-tlett figuri kienu Isaija, Giovanni l-Battista u Marija Vergni.

Matul iz-zmien ta’ l-Avvent, zmien ta’ tama u thejjija, kien jinqara l-ktieb ta’ Isaija, fit-tieni u t-tielet Hadd huma koncentrati fuq il-figura u l-opra tal-Battista. L-ahhar tmint ijiem huma dedikati lill-figura ta’ Marija Ssma, omm Gesu’ li ghexet intensament l-Avvent matul dawk id-disa xhur li hija garret lil Gesu’ fil-guf taghha.

Hu mahsub li bejn ir-4 u s-6 deklu, iz-zmien ta’ l-Avvent qorob hafna lejn dak attwali u gie organizzat kif inhu fi zmienna.

 


L-ewwel celebrazzjoni tal-Milied f’Ruma kienet dik tas-sena 336 u kien propju lejn tmiem is-seklu 4 li niltaqghu li fil-Gallia u Spanja kien hemm zmien ta’ thejjija ghall-festa tal-Milied.


Kien hemm zmien li l-avvent kellu medda ta’ sitt gimghat li matulu xi granet kienu karakterizzati minn sawn u penitenza.

Dan iz-zmien kien imsejjah “ir-randan ta’ San Martin” ghaliex is-sawm kien jibda mill-11 ta’ Novembru u jibqa’ sejjer sal-Milied. Ta’ dan hu xhud San Girgor minn Tours madwar ir-4 seklu.

IC-CELEBRAZZJONI TA’ L-AVVENT L-LUM

Rit Ruman

Fir-rit ruman l-Avvent idum 4 gimghat u jibda’ b’Hadd li jippermetti c-celebrazzjoni ta’ erbat iHudu fl-Avvent; fil-prattika jibda’ bil-Hadd ta’ bejn is-27 ta’ Novembru u t-3 ta’ Dicembru, iz-zewg dati nkluzi.

L-Avvent ghandu zewgt taqsimiet:

Sas-16 ta’ Dicembru l-Litrugija tiffoka fuq l-istennija ta’ l-ahhar migja ta’ Gesu’.

Mis-17 ta’ Dicembru l-liturgija tidhol fit-tieni parti ta’ l-Avvent, immarkata aktar specifikament bil-qari ta’ siltiet mill-evangelji li jittrattaw fuq l-istennija ta’ Gesu’ u t-twelid tieghu.

Il-kulur tal-paramenti huwa vjola hlief ghat-tielet Hadd li hu Rosa li hu sinjal ta’ ferh billi fil-qrib tkun il-wasla tal-Messija. Infatti dan il-Hadd huwa maghruf bhala Hadd il-Ferh jew Gaudete.

Fil-quddiesa ma tkunx recitata l-Glorja.

Il-qari ta’ l-Antik Testment jittrata l-profeziji fuq il-Messija u huwa generalment mehud mill-ktieb tal-profeta Isaija

It-tieni qari jikkonsisti f’ezortazzjonijiet f’armonija ma’ dan iz-zmien liturgiku.

Rit Ambrosjan

Fir-rit Ambrosjan tal-Knisja Kattolika, l-Avvent idum 6 gimghat. Jibda’ fl-ewwel Hadd wara jum San Martin (11 ta’ Novembru), raguni biex din it-tradizzjoni ambrosiana tiehu l-isem tar-randan ta’ San Martin. Hemm medda ta’ 6 gimghat; meta 24 ta’ dicembru jahbat il-Hadd jidhol is-seba Hadd u dan il-jum jigi celebrat il-Hadd ta’ qabel il-Milied.

Il-kulur liturgiku huwa morello barra dak ta’ l-ahhar Hadd li fih jintuza l-abjad.

Kull Hadd ghandu l-isem tieghu:

Hadd il-Migja tal-Mulej

Hadd ta’ Ulied is-Saltna

Hadd tal-profezija mitmuma

Hadd tad-Dhul tal-Messija

Hadd il-Prekursur

Hadd ta’ l-Inkarnazzjoni

Knejjes Orjentali

Fil-knejjes Orjentali l-Avvent huwa msejjah is-sawma tal-Milied, Ir-Randan tax-Xitwa jew tal-Milied u jdum 40 jum jibda’ mill-15 ta’ Novembru (28 ta’ Novembru ghall-knejjes li juzaw il-kalendarju ta’ Gulju)

Fi knejjes ohra orjentali l-avvent jibda’ mill-Hadd l-aktar vicin lejn il-festa ta’ Sant’Andrija (30 ta’ Novembru)

F’hafna knejjes latini hemm id-devozzjoni li issir novena tal-Milied. F’hafna parrocci kull nhar ta’ Hadd fi zmien ir-Randan jinxtghelu x-xemghat tal-kuruna ta’ l-Avvent. F’ohrajn bosta komunitajiet ihejju ruhhom permezz ta’ iritiri spiritwali.



Make a free website with Yola