jesusandmary

 


L-ERWIEH TAL-PURGATORJU


San Pio minn Pietralcina jew kif nafuh ahna Padre Pio kellu zewg esperjenza ma’ l-erwieh tal-purgatorju.
Jum wiehed filghaxija, Padre Pio kien qieghed f’kamra fis-sular t’isfel tal-kunvent, mibdula f’soggorn ghall-mistednin. Kien qieghed wahdu u bilkemm lahaq imtedd fuq is-sufan meta f’daqqa wahda deherlu ragel imleflef f’mantar iswed. Padre Pio stghageb u qam biex jistaqsi lil dak ir-ragel min kien u x’ried. Dak wiegeb li kien ruh fil-Purgatorju.

“ Jiena Pietro di Mauro,” qallu. “ Mitt mahruq haj fit-18 ta’ Settembru tas-sena 1908 f’dan il-kunvent. Infatti dan il-kunvent biddluh f’ospizju ghax-xjuh. Mitt qalb il-fjammi waqt li kont rieqed fuq mitrah tat-tiben, precizament f’din il-kamra. Gejt mill-Purgatorju bil-permess ta’ Alla biex nitolbok li tqaddes ghar-ruhi ghada filghodu. Grazzi ghal quddiesa wahda biss jiena nkun nista’ nidhol fil-genna.”

Padre Pio wieghdu li ser jaghmel kif xtaq hu. Ikompli Padre Pio: “ Ridt nakkumpanjah sal-bieb tal-kunvent. Kont konvint li tkellimt ma’ persuna mejta, tant li meta wasalna fil-pjazza tal-knisja, ir-ragel gheb ghal kollox.

Nistqarr li meta dhalt il-kunvent hassejt xi ftit tal-biza’. Padre Paolino ta’ Casacaldena, Superjur tal-kunvent innota li kont xi ftit nervuz u “wara li spjegatlu x’kien grali, tlabtu l-permess li niccelebra l-quddiesa ghal dik ir-ruh mejta.”

Xi granet wara s-superjur ried jivverifika l-informazzjoni. Huwa mar ir-registru tal-Komun ta’ San Giovanni Rotondo u talab biex jikkonsulta r-registru tal-mejtin tas-sena 1908. L-istorja ta’ Padre Pio kienet vera.

Fir-registru tal-mejtin tax-xahar ta’ Settembru 1908 Padre Paolino sab l-isem u l-kunjom bil-kawza tal-mewt: “ Fit-18 ta’ Settembru 1908 fin-nirien li hakmu l-ospizju, Pietro di Mauro miet.”
Padre Pio jirrakonta din il-grajja lil Padre Anastasio .

Kien filghaxija u kont wahdi fil-kor nitlob meta smjat bhal thaxwix ta’ libsa u lmaht patri zaghzugh li kien biswit l-artal maggur. Jidher li dan il-patri zaghzugh kien qed ifarfar il-kandlieri u jirranga il-vasetti tal-fjuri.

Hsibt li kien Patri Leone jirranga l-artal u la kien hin l-ikla ta’ filghaxija qrobt lejh u ghidtlu: “ Patri Leone, mur kul, dan mhux hin li tnaddaf u tirranga l-artal.”

Imma vuci li ma kienitx ta’ Patri Leone qaltli: “ Jiena ma nhiex Patri Leone.”

“Allura min inti?” staqsejtu.

“Jiena wiehed minn hutkom u kont hawn. Ghaddejt in-novizzjat tieghi f’dan il-kunvent. Ix-xoghol tieghi kien li nnaddaf l-artal waqt iz-zmien tan-novizzjat tieghi. Sfortunatament hafna drabi waqt li kont nghaddi minn quddiem Gesu’ Sagrament, mohbi hemm fit-tabernaklu kont naghmel genuflessjoni bi traskuragni u minhabba dan in-nuqqas ta’ rispett, jiena issa qieghed fil-Purgatorju. Alla fil-hniena tieghu baghtni sabiex inti thaffifli z-zmien tieghi fil-purgatorju u nkun nista’ nidhol gewwa l-genna kemm jista’ jkun bla telf ta’ zmien. Hu hsiebi.”

Emmint li kont generuz lejn dik ir-ruh sofferenti meta ghidtiliha: “ Ghada tkun gewwa l-Genna ghaliex niccelebra quddiesa ghar-ruhek.”

U dik ir-ruh ghajtet: “ Qalb kattiva!” Kbiet u ghebet.

Dik il-grajja halliet fija ferita f’qalbi tul hajti kollha. Stajt intella’ dik ir-ruh mill-Purgatorju ghall-genna dak il-hin stess imma kkundanajtu biex jibqa’ lejl iehor fil-fjammi tal-Purgatorju.

Dawk kollha li jmutu fil-grazzja u hbiberija ma’ Alla imma ruhhom ma hiex fi stat perfett ta’ ghaqda ma’ Alla, huma ssigurati mis-salvazzjoni eterna; imma wara mewthom huma jkollhom jghaddu zmien ta’ purifikazzjoni sabiex jakkwistaw dik il-qdusija li hija necessarja biex ir-ruh tidhol gewwa l-Genna.

L-Purgatorju jezisti.

Harsa hafifa lejn l-Iskrittura Mqaddsa tipperswadina fuq din il-verita’. Fk-antik testament il-hud kienu jemmnu li dawk li ma jmutx mifruda minn Alla, imma li ma kienux fi stat perfetta ta’ hbiberija ma’ Alla ma kellhomx jintilfu ghal dejjem u permezz ta’ tpattija minn huthom il-hajjin dawn setghu jinhelsu minn htijiethom u jqumu fil-qawmien mill-imwiet.

(2Mak:12:38) Ġuda mbagħad ġabar l-eżerċtu u mar fil-belt ta' Għadullam. Kif qorob is-seba' jum, issaffew skond id-drawwa tagħhom, u ċċelebraw is-Sibt hemmhekk. (2Mak:12:39) L-għada n-nies ta' Ġuda marru jiġbru l-iġsma tal-mejtin, ħaġa li kellha ssir, biex jidfnuhom ma' qrabathom fl-oqbra ta' missirijiethom. (2Mak:12:40) Imma taħt l-ilbies ta' kull wieħed mill-mejtin sabulhom xi oġġetti kkonsagrati lill-idoli ta' Ġamnija, ħaġa li skond il-Liġi ma kinitx tiswa għal-Lhud. Hekk deher ċar lil kulħadd għala dawn in-nies baqgħu mejta. (2Mak:12:41) Lkoll imbagħad bdew ibierku lill-Mulej, l-imħallef ġust, li jikxef il-ħwejjeġ moħbija, (2Mak:12:42) u marru jitolbu; u talbu li d-dnub li għamlu jkun maħfur għalkollox. U Ġuda, ta' qalb nobbli, widdeb lis-suldati li jżommu ruħhom ħielsa mid-dnub għax kienu raw b'għajnejhom x'kien ġara minħabba d-dnub ta' dawk li kienu baqgħu mejta. (2Mak:12:43) Ġuda l-Makkabi għamel ġabra minn fost in-nies tiegħu u bagħat Ġerusalemm is-somma ta' elfejn drakma tal-fidda biex isir sagrifiċċju tal-purifikazzjoni; għamel ħaġa sabiħa u sewwa billi ħaseb fil-qawmien mill-imwiet. (2Mak:12:44) Li kieku ma kienx jemmen li l-mejtin jerġgħu jqumu, kienet tkun bluha u ħaġa żejda titlob għall-mejtin. (2Mak:12:45) Iżda billi hu ġieb quddiem għajnejh il-ġmiel tal-ħlas li hemm lest għal dawk li jorqdu r-raqda tal-mewt fil-ħbiberija ma' Alla, il-ħsieb tiegħu kien qaddis u twajjeb. Għalhekk offra sagrifiċċju tal-purifikazzjoni, biex il-mejtin jinħelsu minn dnubhom.

Gesu’ Kristu ma jsemmix il-Purgatorju b’ismu, imma jaghti indikazzjoni li dan il-post jezisti.
[Mt:5:25] Lil min ikun se jtellgħek il-qorti ħudu bil-kelma t-tajba mill-aktar fis waqt li tkun għadek miegħu fit-triq, li ma jmurx jagħtik f'idejn l-imħallef, u l-imħallef f'idejn l-għassies, u hekk issib ruħek fil-ħabs. [Mt:5:26] Tassew ngħidlek, minn hemm ġew ma toħroġx qabel ma tkun ħallast l-aħħar tliet ħabbiet.

Il-Pwieni tal-Purgatorju

L-erwieh tal-Purgatorju jbatu sofferenzi li ahna qatt ma nistghu nifhmu u nimmaginaw. Jidher li l-kastig tal-purgatorju huwa akbar mis-sofferenzi ta’ din il-hajja. Bejnithom ma hemmx paragun. It-telfa beatifika, ghal anqas temporanjament, hija l-akbar wahda, ghax ir-ruh hija mahluqa biex tgawdi lil Alla ghal eternita’. U meta ma tilhaqx dan il-ghan anke jekk ghal ftit taz-zmien, ir-ruh tidhol fi tbatijiet kbar.
L-erwieh tal-purgatorju jaccettaw b’rassenjazzjoni dawn il-kastigi, imma jixtiequ li jinhelsu minnhom u jigu ppurifikati minn dak kollu li jimblukhom milli jidhlu fil-genna. Il-kastigi tal-purgatorju jsaffu lir-ruh mid-dnubiet venjali u jhassru d-dejn tal-htija venjali. Ir-ruh ma tigix imnaddaf mid-dnubiet venjali kollha f’daqqa wahda; id-dnubiet venjali persistenti li wiehed ikun ikkometta f’hajtu jigu mhassra bil-mod bit-tbaijiet taghhom u bit-talb tal-fidili hajjin.

Fl-ittra lil Lhud Kap 10 vers 31 naqraw li “hija haga li twerwer li taqa taht idejn Alla l-Haj.” Dan ifisser li Alla jiggudika bir-reqqa u ma jhalli xejn jghaddi fil-genna jekk mhux fi stat perfett.

Hekk kif ir-ruh tinza’ din il-libsa tal-mortalita’ u tidhol fic-cirku ta’ l-eternita’, ir-ruh tinhakem b’xewqa invincibbli li tidhol tgawdi lil Alla. Erwieh bhal dawn kienu mifdija u mahsula bid-demm ta’ Kristu; ghandhom fuqhom il-marka tal-grazzja t’Alla li ma tithassarx. Il-kuruna tal-glorja li ma tispicca qatt hija hemm lesta ghalihom ghaliex huma erwieh fidli lejn Alla. Dawn l-erwieh destinati ghall-genna u sentenzjati ghall-purgatorju, inhakmu minn xewqa ardenti li jaraw lil Alla u ma jarawhx! It-turment taghhom ikompli jikber meta jaraw li huma ma jistghux igawdu lil Alla mhux htija t’Alla, izda htija taghhom minhabba dnubiethom. Kawza ta’ dan jintlew b’dieqa kbira li ma titfissirx.
L-inqas tbatija fil-Purgatorju tghaddi bil-wisq l-akbar tbatija li nistghu nsofru hawn f’din id-dinja.

Kif nistghu nghinu lil erwieh tal-Purgatorju.

Il-Quddiesa hija l-akbar att ta’ karita’ li nistghu naghmlu ma’ dawn l-erwieh ghaliex hija att espjatorju, jigifieri att ta’ tpattija bil-vittma Kristu li offra ruhu bhala sagrificcju lil Alla l-Missier ghall-bnedmin kollha.

Ir-Ruzarju u l-kurunella tal-Hniena Divina huma wkoll mezz biex intaffu t-tbatijiet ta’ hutna fil-bzonn fid-dinja l-ohra.

Nistghu wkoll noffru l-indulgenzi li nkunu rbahna ghal erwieh. Dan ikun ta’ solliev kbir ghalihom

Fl-ahhar nett nistghu noffru l-azzjonijiet tajba taghna b’sufgraju ghar-ruhhom.

Niftakru li jum wiehed ahna lkoll ser nieqfu quddiem it-tribunal ta’ dan l-Imhallef gust. Nitolbuh li jghinna sabiex jaghtina l-grazzja li nidhlu ngawduh ghal dejjem ta’ dejjem u jekk jigri li jkollna nghaddu xi zmien fil-purgatorju kemm inkunu nixtiequ min jitlob ghalina? Allura x’inhu li qed izommna li nitolbu ghal hutna fil-purgatorju?

Make a free website with Yola