jesusandmary

IL-MEWT

Trid tghix ta’ nisrani awtentiku u taghmel mewta tajba? Isma’ x’jghidlek l-Ekklesjastiku : “ Ibni ahseb fin-novissimi u inti ta’ tidneb qatt.”

Hafna ma jridux jahsbu fuq il-mewt imma trid jew ma tridx il-mewt tigi fuq kulhadd.

Ghaliex irridu mmutu? Alla ma halaqx il-bniedem biex imut imma halqu ghall-felicita’ u ghal hajja mmortali.   Imma l-mewt dahlet minhabba l-ghira tax-xitan.

Satana, ribbelluz kontra Alla, jobghodu.  Pero’ billi ma jistax jisfoga l-mibgheda tieghu kontra l-Hallieq tieghu, johodha kontra l-bniedem, il-kreatura prediletta ta’ Alla u lejn il-bniedem ghandu mibgheda l-aktar kbira ghaliex  il-bniedem ghandu d-dritt li jmur u johodlu dak l-post fil-genna li kien igawdi qabel. Ghalhekk jittanta lill- bniedem biex johodha kontra Alla halli jkun jista’ jum wiehed jaghmlu skjav tieghu gewwa l-Infern wara li dan imut. Hu minhabba d-dnub li dahlet it-tbatija u l-mewt.

Wara li l-bniedem kiser il-ligi ta’ Alla, dan gie kkundannat li jrid jghaddi mit-tbatija u mill-mewt ghax il-piena tad-dnub hija s-sofferenza u l-mewt.

 IL-MEWTA IT-TAJBA

Mal-mewt ma jispiccax kollox. Anzi l-mewt hija l-bidu, il-bieb li jifthilna t-triq ghall-genna. ghal min ikun ghex skont il-qalb ta’ Alla.  Irridu nghixu ta’ veri nsara u mmutu mewta ta’ nies gusti? Nisimghu dak li tghidilna l-Kelma ta’ Alla fil-ktieb ta’ l-Ekklesjastiku: «Memorare novissima tua et in aeternum non peccabis»,jigfieri “ahseb spiss fin-novissmi u inti ma taghmel dnub qatt.”

Nibdew bil-mewt li dwarha hafna huma dawk li ma jridux jahsbu fija , pero, kemm jekk nahsbu kif ukoll jekk le, hija tigi ghal kulhadd, eccezzjoni hadd, f’mument li ma nobsruhiex u ghal gharrieda.

Spiss tisma’ lil xi hadd jghid: Ghaliex Alla jibghatilna l-mewt? Ghaliex inehhi l-hajja mill-kreaturi li huma opra ta’  idejh?

It-twegiba taghna ghal din id-diffikulta’ ghandha tkun hekk: Alla ma johloqx biex imbaghad jeqred.  Huwa hu l-Hajja u ma jistax jixtieq il-mewt.  Huwa hu l-Imhabba u ma jistax jaghmel haga hekk ta’ dulur. Huwa halaq il-bniedem ghall-felicita’ u hajja li ma tintemm qatt. Il-mewt dahlet fid-dinja minhabba l-ghira tax-xitan.

Billi Satana rvella kontra Alla u tilef il-premju etern sar jobghod lil Alla, imma jobghod kemm jobghod lil Alla, qatt ma jista’ jisfoga l-mibgheda tieghu Lejh; allura jisfogaha kontra l-bniedem, opra ta’ Alla u ghalih ghandu ghira kbira billi dan issa ser jodhodlu postu fit-tgawdija eterna.

Ghalhekk hu jittanta lill-bniedem biex jmur kontra r-rieda ta’ Alla u jidneb u hekk igib fix-xejn l-imhabba li ghandu Alla lejn il-bniedem, itellfu l-genna u jaghmlu lsir tieghu u werriet ta’ l-infern. U l-ewwel kreatura li hu ttanta kienet Eva li barra li kisret il-kmand t’Alla stiedent lil zewgha Adam jaghmel bhala u jimxi fuq l-passi taghha. It-tnejn ikkommettew id-dnub tas-suppervja billi riedu jkunu huma ukoll allat. U bhal Satana saru werrieta ta’ kastig etern: l-Infern.

U Alla wiegeb ghal dan l-ghemil ingrat taghhom  b’lista ta’ kuntrarji  u tbatija li kellhom jghaddu minnhom huma u dawk ta’ warajhom sa ma fl-ahhar tasal fuqhom il-mewt u mit-trab issawru u fit-trab jergghu jirritornaw.

Madankollu dan il-jum ma jtemmilniex hajjitna ghal kollox  ghax ghad jasal jum li fih inqumu ghal kmand tal-Mulej biex dawk li ghamlu tajjeb jiehdu hajja eterna u dawk li ghamlu hazin jiehdu kundanna eterna.

Il-mewt taghna ma hiex eterna  imma temporanja.  Ghalhekk l-Appostlu San Pawl jezortana biex ma nikbux bhalma jaghmlu l-pagani li ma ghandhom ebda tama.

Mal-mewt ma jispiccax kollox anzi tibda dik eterna.  L-Iskrittura u l-Magisteru tal-Knisja jghallmu li t-telfien jew is-salvazzjoni eterna tiddependi mill-kundizzjoni li tkun tinsab fiha ruhna fil-mument tal-mewt. Mal-mewt tispicca l-prova taghna hawn fuq l-art , jintemm il-pelleggrinagg taghna f’din id-dinja kif tghallem il-Knisja fil-Katekizmu taghha paragrafu 1013.

Tajjeb li wiehed izomm sewwa f’mohhu li mal-mewt tispicca l-hniena t’Alla u tidhol minnfloka l-gustizzja tieghu.

Madankollu l-mewt thalli fil-bniedem superstitu l-aspett doloruz anke jekk min imut ikun miet fil-fwieha tal-qdusija.

Il-qaddisin kienu jharsu lejn il-mewt bhala sigurezza  tad-dhul taghhom fil-patrija tas-sema, fil-patrija tal-paci u ferh dejjiemi.  Il-mewt kienet ghalihom il-mument li ma setghux jidimbu aktar jew jintilfu. Kien mohhom mistrieh li l-hbiberija taghhom ma’ Alla ser iggibilhom il-frott.

Billi hadd u hadd ma jista’ jahrab il-mewt  nisfurzaw li nghixu hajja tajba, skond ma jrid Alla minna biex dak li jsehh wara mewtna ma jbezzaniex.

Hafna huma dawk li jghixu bhallikieku l-mewt ma hu ser tasal qatt ghalihom. U meta tasal il-mewt  tohdilhom dak kollu li ghalih ghexu u jsibu ruhhom idejhom vojta, il-lampi taghhom mitfija jigifieri minghajr opri tajba. Jigrilna bhal dak is-sinjur li waqqa’ l-imhazen tieghu biex jibni ohrajn akbar halli jahzen il-gid kollu li gabar mill-ghelieqi tieghu .  U qal lilu niffsu “ Kulu tpaxxa bil-gid tieghek.” Imma mal-lejl giet il-mewt fuqu u dak li habrek ghalih ta’ min ikun?

“X’jiswielu l-bniedem li jakkwista l-gid ta’ dinja kollha u mbaghad jitlef ruhu?” Dan hu kliem Kristu, kliem li xi whud meta semghuh biddlu tassew hajjithom mill-qieh nett.  San Frangisk Saverju kien wiehed minn dawn.  Ma kienx bniedem hazin imma meta ra l-frugha tad-dinja halla d-dinja u dak kollu li toffri  u dahal gizwita.

Meta habbrulu li kellu tumur li ser ihaffilu passih lejn il-mewt, il-papa Giovanni XXIII qal li ta’ madwaru, “ Thabblu raskom xejn ghalija.  Il-bagalji huma mhejjija.  Pront u lest li nhalli din id-dinja.”

San Karlu Borromeo, Arcisqof ta’ Milan spiss kien jghaddi minn quddiem kwadru li fih il-mewt kienet murija iggor mingel. Jum wiehed huwa ordna pittur biex jikkancella l-mingel u floku jpingi cavetta tad-deheb ghaliex kif kien jghid hu, il-mewt hija l-bieb tal-hajja eterna.

 

Make a free website with Yola