jesusandmary

RADD IL-HAJR

L-istejjer bibblici ta’ Namaan, is-Sirjan u l-fejqan ta’ l-ghaxar imgiddma juruna l-htiega li l-bniedem joffri r-ringrazzjamenti tieghu lill-Hallieq.  Kien precizament ghalhekk li l-President Abraham Lincoln ipproklama l-ahhar Hamis ta’ Novembru bhala festa  pubblika ta’ Radd il-Hajr  fl-Amerka.

Il-lebbra hija marda kerha kullimkien.  Imma fiz-zminijiet l-imghoddija fil-Lvant din il-marda kienet salib tqil hafna biex wiehed jerfghu ghax kienet tfisser isolazzjoni mis-socjeta’.  Seta’ wiehed ikollu kumpannija ta’ lebbruzi ohra.  Imma wiehed kien ikollu jibqa’ boghod mill-familja, mill-hbieb u mis-socjeta’ li ma jmurx bil-marda tieghu jikkontamina li dawk li kienu f’sahhithom.  Li tkun marid bil-lebbra kien ifisser imkecci.

Mhux ta’ b’xejn Namaan ma rahiex bi kbira biex jivvjaga mis-Sirja sa l-Izrael meta qalulu li kien hemm tama li jfieq. U jekk is-Sirja kienet fi gwerra ma’ l-Izrael u huwa kien kmandant sirjan? U jekk huwa kien jadura lil allat sirjani u mhux lil Alla wiehed ta’ Izrael? Kien ta’ min jipprova. Xejn ma hadem, ebda kura.

Namaan fieq mill-ewwel u instantanjament huwa offra radd il-hajr billi ried jaghti rigal lil Elizew. Elizew irrifjuta ghax ma kienx hu li fejqu izda Alla ta’ Izrael. Bhal radd il-hajr huwa ghabba karettun hamrija minn Izrael, l-art imqaddsa, biex jibni artal lil Alla ta’ Izrael gewwa daru. U wieghed li kien ser jadura lil Alla ta’ Izrael minn dak il-jum ‘l quddiem.

Namaan kien pagan. Probabilment qatt ma kien sema’ bl-ghaxar kmandamenti li ghandhom bhala bidu “ Jiena il-Mulej Alla tieghek u inti ma jkollokx Alla iehor ghajri.” Imma Namaan ma kellux bzonn ta’ xi rivelazzjoni divina biex tghidlu dak li diga’  kien jaf diga’ bis-sahha tas-sens komun. Huwa ircieva hajja gdida minn Alla tal-gens li kienu ghedewwa tieghu. Minn dak il-mument huwa fehem li kien midjun lejn dan Alla li qatt ma seta’ jhallas lura, imma li hu hass li kellu jroddlu hajr b’xi mod jew iehor. Hadd mil-allat ohra li hu kien jadura ma tawh dak li l-veru Alla kien tah. Huma ma kellhomx is-setgha li jaghmlu dan u allura ma kienx obbligat lejhom. Namaan kien bniedem gust u kien determinat li jhallas lura dan il-gest sabih kif seta’, lil veru Alla, Alla tal-gens Lhudi.

X’ironija! Izrael esperjenzat barkiet straordinarji minn Alla matul is-sekli imma dan il-gens naqas li juri espressjoni ta’ radd il-hajr lil Alla. Minflok innamraw ma’ l-idoli li Namaan abbanduna.  Aktar milli stmaw il-profeti u l-messagg taghhom, huma ppersegwitawhom.

Storja simili naraw fir-rakkont tal-fejqan ta’ l-10 imgiddma, ta’  San Luqa. Laqgha ma’ Kristu gabitilhom fejqan totali u b’hekk huma setghu jintegraw ruhhom mas-socjeta’. Madankollu ebda lhudi fosthom ma rritorna biex jirringrazzja lil Gesu’ hlief wiehed li ghall-gens lhudi kien eretiku.  Dan l-eretiku kien Samaritan.

Li tadura lil Alla hija obbligazzjoni gejja mill-gustizzja. Ahna ma ghamilna xejn biex konna mahluqa u HU, l-Omnipoteni, halaqna mix-xejn. Hu salvana bil-grazzja tieghu. Ahna midjuna bil-kif lejn Alla.  Qatt ma nistghu nirringrazzjawh kif imiss. Kien ghalhekk li Abraham Lincoln ipproklama jum vaganza  ta’ Radd il-Hajr fl-Amerka. Ghalhekk ahna l-Kattolici ghandna l-jum tal-Hadd bhala jum ta’ obbligu, li fih nippartecipaw fis-sagrificcju ta’ l-Ewkaristija.  Dan huwa l-jum li fih naghtu hajr lil Alla u hekk ghandu jkun. Huwa gust u xieraq li din il-gurnata nerfghuha GHALIH u mhux ghalina.

Ghaliex forsi, wiehed jistaqsi, obbligati li nharsu l-obbligu tal-quddiesa  flok nghidu ahna nirringrazzjaw lil Alla minn go darna? Ghaliex ir-radd il-hajr taghna huwa dghajjef u nsufficjenti.  Hemm wiehed biss li offra adorazzjoni perfetta lill-Missier u s-sagrificcju tieghu huwa prezenti f’kull Ewkaristija li niccelebraw. Ir-ringrazzjamenti  dghajfa taghna maghquda mas-sagrificcju perfett ta’ radd il-hajr offert minn Ibnu jaghtu sens kbir lil isforz taghna biex inroddlu hajr bhalma dik il-qatra ta’ ilma li s-sacerdot jitfa’ fil-kalci bl-imbid, tassorbi ruhha fl-imbid li jsir id-Demm ta’ Kristu.

Imma radd il-hajr taghna ma ghandux ikun limitat biss ghal-Ewkaristija tal-Hadd. Ahna  mistiedna li nizvillupaw u nghixu still ta’ hajja ta’ ringrazzjament kontinwu. Ahna msejha biex insiru gens, poplu Ewkaristiku.


Make a free website with Yola