jesusandmary

 

ROLANDO RIVI

Iz-zaghzugh martri ghax ried ikun ta’ Kristu

Rolando Rivi twieled fis-7 ta’ Jannar 1931 gewwa San Valentino fil-provoncia ta’ Reggio Emilia minn Roberto u Albertina Canovi. L-ghada gie mghammed u tawh l-isem ta’ Ronaldo. Qabel hargu mill-knisja marru quddiem l-arta ltal-Madonna u tawh ukoll isimha, hekk li ismu shih kien Ronaldo Maria Rivi.

Il-familja Rivi kienet wahda onesta u kattolika bi principji sodi. Il-laqam tal-familja tieghu kien “ i Pater” ghaliex bosta drabi matul il-jum kienu jtennu t-talba tal-Pater Noster bil-kuruna tar-Ruzarju gewwa idejhom. Il-Quddiesa kienet xi haga li kienu jattendu b’devozzjoni kbira.

Il-kappillan ta’ San Valentino don Olinto Marzocchini kien punt ta’ riferiment ghal Ronaldo. Kien jhobb jghin hafna l-quddies u ghalkemm zghir kien diga abbati. Kawza tal-hajja migbura u qaddisa tal-kappillan Ronaldo tghallem hafna minnu u kiber fil-qdusija b’mod specjali bid-devozzjoni tieghu lejn Gesu’ Sagrament.

Ronaldo ried itir bil-ferh meta ghal ewwel darba ircieva lil Gesu’ fit-Tqarbin fis-16 ta’ Gunju 1938, il-festa ta’ Corpus Domini. Minn dak in-nhar ‘l hawn Ronaldo resaq aktar qrib Gesu’ permezz tal-Quddiesa, it-Tqarbina, il-Qrar.  Ma kienx bizzejjed li jersaq hu lejn Gesu’; kien jistieden lil hbiebu biex jaghmlu l-istess.

Din il-hajja ta’ gabra hajritu biex jidhol sacerdot ghax meta kellu biss 11 il-sena qal lil tad-dar: “Irrid insir sacerdot biex insalva tant erwieh.  Imbaghad nitlaq nissjunarju biex nxandar lil Gesu’ lil dawk li ma jafuhx.”

Dahal fis-seminarju fis-sena 1942 u kif kienet l-uzanza mill-ewwel libes is-suttana.  Il-hajja tieghu fis-seminarju kienet wahda ezemplari u meta kien jirritorna d-dar kien jghin lill- genituri tieghu fix-xoghol ta’ l-ghelieqi u jdoqq l-armonju fil-knisja parrokjali.

Lejn Settembru tas-sena 1943 nibtu ghaqdiet partigjani socjalisti u komunisti, kollha b’ideologija anti kattolika. Kienu jaraw fil-kleru periklu li dak li l-pjanijiet taghhom kienu ser ifallu. Meta fis-sena 1944 il-Germanizi okkupaw is-seminarju ta’ Marola, is-seminaristi kollha kellhom jirrtornaw lejn djarhom u jkomplu jistudjaw minn hemmhekk. Ronaldo qatt ma falla l-Quddiesa, it-Tqarbina, ir-Ruzarju, il-Vista lis-Sagrament.  Kien jitlob u jitlob.

Ghalkemm tawh parir biex jinza’ s-suttana qatt ma ma mexa’ ma’ dan il-parir. Qalulu l-genituri tieghu: “Ghal issa ahjar tnehhi s-suttana...”  Imma hu kien iwegibhom: “ Imma ghaliex? X’qed naghmel hazin? Ma ghandi ebda hsieb li naghmel hekk.”  Tawh il-parir biex jaghmel hekk ghax iz-zminijet kienu insiguri hafna.  Rolando kien iwiegeb: “ Jiena qed nistudja ghal sacerdot u l-libsa hija sinjal li jiena ta’ Kristu.”

Att ta’ imhabba li kellu jhallas ghalih b’hajtu.

Gewwa San Valentino il-kappillan Don Marzocchini gie maqbud mill-partigjani  li sawwtuh u umiljawh.  Is-sacerdoti l-ohra don Luigi Donadelli, don Luigi Ilariucci, don Aldermiro Corsi u don Luigi Manfredi gew maqtula. Sadanitant il-kappillan haduh f’post sigur u postu hadu don Alberto Camellini. Ronaldo wera’ simpatija ma’ dan il-kappillan il-gdid. Fl-10 ta’ April Ronaldo kien diga fil-knisja lest biex jdoqq l-orgni ghall-quddiesa ad unur ta’ San Vincenz Ferreri. Meta spiccat il-litrugija Ronaldo hareg mill-knisja u mar jistudja.  Ghal nofs in-nhar il-genituri stennewh ghal ikel izda baqa’ ma giex. Imhassbin marru jfittxuh. Meta waslu fuq il-post fejn kienu jafu li kien ikun, sabu biljett fuq il-haxix bil-kliem: “Tfittxuhx ghax gie maghna ghal ftit. Il-Partigjani.”

Don Camellini u missieru bdew tfittxija ghalih, imma mur ghidilhom li Ronaldo beda l-via crucis tieghu fil-mohba tal-partiggjani. Nehhewlu s-suttana, insultawh, sawtuh bic-cinga fuq irkubtejh u tawh bil-harta. Dam tlett ijiem jisma’ dagha kontra Kristu, il-knisja u s-sacerdot. Fost dawk li qabduh kien hemm min ried jehilsu izda ohrajn ta’ qalb xierfa heddewhom li jekk jaghmlu hekk joqtluhom.

Iddecidew li joqtluh : “ Ghada jkollna sacerdot inqas.”

Haduh kollu imbengel u dmija hdejn hofra u Ronaldo fehem li kienu sejrin joqtluh.  Talab il-hniena izda xi hadd tah daqqa ta’ sieq.  Talab ghal inqas biex ikollu mument li fih jitlob izda meta nizel gharkubtejh sparawlu zewg tiri u bis-sieq tefghuh gol-hofra u ghattew bi ftit trab u haxix niexef.

Is-suttana saret ballun tal-loghob biex wara ddendlet ma’ bieb ta’ dar fil-qrib.
 
Dak in-nhar 13 ta’ April, 1945 kellu biss 14 il-sena u tlett xhur.

Xi hadd indika lil genituri tieghu u lill- kappillan il-post fejn kien Ronaldo. Meta waslu iltaqghu mal-kap tal-partiggjani kommunista u staqsewh fejn kien is-seminarista Rivi.

U hu wegibhom: “ Gie maqtul hawn.  Qtiltu jiena stess u ma jiddispjacini xejn.” U indikalhom il-lok fejn kien midfun il-jum ta’ qabel. Don Camellini rega’ staqsieh : “ Il-guvni sofra xejn qabel miet?”

U filwaqt li uriehom il-pistola wegibhom: “ B’din ma tbatix. U ma tfalli qatt.”

Grew lejn il-qabar, u haduh minn hemm biex ipogguh f’tebut. Bih telqu lejn il-knisja u hemm ghamlulu quddiesa ghar-ruhu qabel id-difna. Miet martri ghal imhabba ta’ Kristu.

Fit-3 ta’ Marzu 2001 gewwa San Valentino griet l-ahbar li sar miraklu bl-intercessjoni ta’ Ronald Marija Rivi. Tfajjel ingliz, James fieq minghajr spjegazzjoni mill-lukemja wara li l-genituri tieghu qeghdulu relikwija ta’ Ronaldo Rivi. Din ir-religwija gabha mieghu Michael Hutching li sar jaf bl-istorja ta’ Ronaldo meta kien jiffrekwenta l-Universita’ Pontificja Antoniana ta’ Ruma.
 
Kull sinjal tal-marda gheb minn fuq it-tfajjel u t-tobba ma kellhomx spjega ghal dan. Wara dan l-avveniment beda l-process ta’ studju fuq l-virtujiet erojci tieghu  biex jum wiehed dan is-Serv t’Alla jkun ikkanonizat.

Make a free website with Yola