jesusandmary

 Il-Venerabbli María del Carmen González-Valerio y Sáenz de Heredia.

 Fit-12 ta' Jannar 1996, il-Papa Giovanni Pawlu II ipproklama l-virtuijiet eroici ta' din it-tifla li ghexet biss ghal disa' snin u erba' xhur fost tbatija liema bhala minghajr qatt ma ilmentat mis-sofferenza.

 Ghajn ta' Sahha.

 Mari Carmen twieldet go Madrid fi Spanja fl-4 ta' Marzu 1930, it-tieni minn hames ulied. Immedjatament wara li twieled sfat marida gravament u kienet mghammda minghajr telf ta' zmien. Minhabba cirkustanzi li hadd ma kellu kontroll fuqhom, Mgr Tedeschini, in-nunzio ta' Spanja u habib tal-familja, kien strumentali biex Mari Carmen tircievi il-Grizma ta' l-Isqof meta kellha biss sentejn. L-Ispirtu Santu nizel fit-tifla sa min eta' l-aktar zghira biex jimlieha bil-grazzja tieghu u l-kuragg ghal dak li kienet ser tghaddi minnu.

 Ta' sitt snin hija ghamlet l-ewwel tqarbina. Fuq talba ta' ommha d-data ta' l-ewwel tqarbina ta' Mari Carmen tmexxiet ‘l quddiem ghax l-omm kienet konvinta li Spanja u l-familja taghha kienu se jghaddu minn zminijiet ta' prova u fl-Ewkaristija rat is-sahha u l-qawwa spiritwali biex tohodha kontra kull kurrent tal-persekuzzjoni religjuza. Kif stqarret ommha stess, Mari Carmen bdiet l-ewwel passi biex titqaddes wara l-ewwel tqarbina. U kien waqt wahda mill-komunjonijiet tat-tqarbin li hija offriet lilha nfisha lil Alla.

 Fil-15 ta' Awissu tas-sena 1936, il-milizja kommunista arrestat lil missierha. Huwa qal lil martu: " It-tfal ghadhom wisq zghar biex jifhmu, imma ghidilhom li missierhom ta hajtu ghal Alla u artna sabiex ikunu jistghu jigu edukati fi Spanja Kattolika fejn il-Kurcifiss jidher indendel fil-klassijiet ta' l-iskejjel." Ftit wara lil missierha qatluh. Minhabba l-fidi taghha nisranija s-Sinjura González-Valerio kienet f'periklu u ghalhekk sabet kemm fl-ambaxxata tal-Belgju filwaqt li t-tfal bdiet tiehu hsiebhom zijithom. Jum wiehed saret taf li uliedha kienu ser ikunu mehuda gewwa r-Russja biex jigu mtellghin taht il-Markxizmu. L-ambaxxatur hadhom taht il-harsien tieghu gewwa l-ambaxxata minkejja li ma kienx hemm post ghalihom. Dan sehh fil-11 ta' Frar ,1937.

 Il-virtu ta' l-onesta'

 Ghaliha l-virtu ta' l-onesta' kienet prezzjuza hafna u kienet attenta li tharisha f'kull dettal, sahansitra f'dettalji l-aktar insinifikanti. Meta ghal okkazjoni ta' party ommha libbsitha libsa minghajr kmiem u xi ftit imqaccta minn ghonqha hija tefghet fuqha gakketta. Ommha camfritha izda, nannitha hadet lil ommha fil-gemb u wissitha biex lit-tifla thalliha tilbes kif xtaqet « ghaliex minn xi zmien ‘l hawn innutajt li t-tifla nisslet fiha sentimenti ta' modestja l-aktar delikati.u ma' ghandek ebda raguni li tohonqilha dawn is-sentimenti hekk delikati u ftakar ukoll li inti responsabbli quddiem Alla ghall-mod kif qed trabbiha. » U hekk Mari Carmen marret il-party bil-gakketta.

 Fis-sajf kienet tobghod tmur il-bahar u kienet tippreferi toqghod tilghab fil-bitha ta' darhom.

 Lejl go lukanda

Mari Carmen kienet thobb tghin lil min hu fqir. Meta darba wahda ragel fqir habbat il-bieb ta' darhom biex jitlob karita, hija taghtu z-zghar kollha li kellha, imbaghad qaltlu: "Issa erga' habbt biex tigi ommi u ttik hi wkoll." Hija kienet turi rispett kbir lejn dawk li kienu jghinu lil ommha: " Ma, ittratta lill-qaddejja bir-rispett. Huma qed jiehdu hsiebna. Wara kollox ftakar li ahna wkoll qaddejja. Ghaliex ahna nservu lil Mulej Alla."

Nannietha tirrakonta li meta huma kienu tawha xi flus biex tixtri xi loghob, hija tathom lil nanny taghha biex tixtri xi loghob ghat-tfal taghha. U wissietha biex tibqa' halqha maghluq. Ta' eta' zghira hi kienet thobb tghid ir-Ruzarju fil-familja U ma kienitx tonqos li taghmel sagrificcji zghar biex tikber fil-virtu' Kienet izzomm djarju biex fih tikteb ir-responsabiltajiet taghha spiritwali u hekk tara kif qed tipprogressa fil-virtu' Meta jum wiehed hija rat lil ommha imhabbta bil-bzonnijiet ta' kuljum qaltilha: " Ma inti taghti kaz wisq fuq il-hwejjeg tad-dinja. Hemm bzonn titlob aktar. Hawn fid-dinja qeghdin fuq vjagg qasir.." Ommha wegbitha: " Jiena ghandi d-dmir li naghti kaz tad-dar." Wegbitha Mari Carmen: "Id-dar taghna hija s-sema. Meta inti tkun fuq gita ma toqghodx tahseb biex izzomm il-kamra tal-lukanda nadifa. Hemm nies ohra ghal dan ix-xoghol. Torqod u tqum u ma taghtix kaz. Hekk irid ikun iz-zmien taghna hawn fid-dinja. Naghtu mportanza lil hwejjeg li ma jghaddux."

Titlob ghall-midimbin

Zijuha Saver jispjega: " Mari Carmen kienet tfittex il-konverzjoni tal-midimbin, kif jipprova l-fatt li hija offriet it-tbatijiet tal-marda taghha u ta' mewtha ghall-konverzjoni ta' Azana, il-President tar-Repubblika, li kien simbolu inkarnat tal-persekuzzjonijiet religjuzi u l-kawza tal-qtil ta' missierha." Lil ommha darba qaltilha jekk Azana jsalvax ruhu u hija wegbitha li jekk titlob ghalih u taghmel sagrificcji huwa jsalva bhal haddiehor. Lil zijitha Fifa kienet tistedinha biex jitolbu ghal missierha u ghal dawk li qatluh. F'ittra lil Gwann Pawlu kiteb lit- tfal f' Novembru 21, 1994, huwa jtenni li s-Salvatur ta' l-umanita' jaqsam mat-tfal ix-xewqat taghhom bhalma l-genituri jaqsmu ma' uliedhom. Huwa jkun jistenna t-talb taghhom! It-talb taghom isir mudell ghall-kbar li jitolbu bis-semplicita' u kunfidenza.

Fit-3 ta' Novembru 1940 Azana jmut gewwa Montauban. Skond xiehda miktuba ta' l-isqof Theas, li tah l-ahhar ghajunijiet spiritwali, Azana ircieva is-sagrament tal-Qrar, il-Grizma tal-Morda u l-Indulgenza Plenarja fi stat lucidu tal-mohh, minkejja li kien imdawwar minn bosta hbieb. Halla din id-dinja fi stat ta' hibiberija ma' Alla. It-talb ghall-konverzjoni tal-midimbin ma jaqax fuq widnejn torox. Zgur li t-talb ta' Mari Carmen kellu effett fuq il-Qalb hanina bla tarf ta' Alla.

"Gesu' Marija u Guzeppi..."

Ftit wara is-6 ta' April, 1939 Mari Carmen bdiet it-triq tal-Kalvarju. Bil-marda li giet fuqha kellha toqghod fis-sodda. L-ewwel feggitilha l-otitis, segwiti minn kumplikazzjonijiet ohra li sviluppaw f'infezzjoni fid-demm, insejha septicemia. Fis 27 ta' Mejju haduha b'karozza gewwa sptar f'Madrid biex joperawha, imma regghet lura d-dar minhabba li l-marda taghha kienet ser itul ghal hafna zmien. Kien hemm zmien meta kienet tiehu aktar minn ghoxrin injezzjoni. Id-diarrhea kienet ta' inkonvenjenza kbira ghaliha. Kien ikollha tixrob puree kull saghtejn, li kien igaghla tnehhi kollox tant kemm kien repungenti. U qatt ma gergret jew ipprotestat.

Il-marda attakkatilha widnejha u l-ohra tilfitha ukoll minhabba li kienet toqghod fit-tul fuqha. Feriti bdew jiffurmaw f'gisimha. Kienet tintilef minn sensiha bl-ugigh meta kienu jcaqilquha biex jibdlulha l-lozor tas-sodda. Dan kienet kollu tissaportih bis-sahha ta' l-isem ta' Gesu'. Meta jum wiehed ommha qaltilha biex titlob lil Bambin Gesu' halli jfejjaqha, hija rrispondiet hekk : « Le Ma ma nitolbux dak. Nitolbu biss li tkun maghmulha r-rieda tieghu ». Kienet hafna drabi tixtieq li jinqrawlha t-talb ta' l-agonizzanti u l-ispirtu taghha kien aktar fil-genna milli f'din id-dinja.

Kienet thabbar li sejra tmut fil-jum tal-festa tal-Karmnu, li wara kollox kienet il-festa taghha wkoll minhabba li kien jisimha Carmen. Imma meta saret taf li zijitha Sophie kienet ser tizzewweg dak in-nhar hija habbret li sert tmut l-ghada. Tassew l-ghada 17 ta' Lulju 1939 ghas-siegha ta' wara nofs inhar hija mietet bil-kliem fuq fommha Gesu' Marija, Guzeppi, u mdawra bi qrabatha. Mal-mewt taghha ghalkemm gisimha kien sfigurat minhabba l-marda li kellha, kien jidher li ma kellux apparenza ta' kadavru. Hekk stqarr it-tabib li kien qed jassistiha. Il-prezenti stqarrew li riha tfuh bdiet hierga minn gisimha u imliet il-kamra fejn kien il-gisem mejjet taghha.

Make a free website with Yola