jesusandmary

 

 

L-istazzjonijiet tal-Qawmien ta’ Kristu mill-Imwiet, maghrufa wkoll l-isem Latin Via Lucis (it-Triq tad-Dawl) hija forma ta’ Devozzjoni Nisranija, li tinkoraggixxi l-meditazzjoni fuq ir-Rebha ta’ Kristu fuq il-Mewt u d-Dnub, u xi grajjiet mill-Qawmien ta’ Kristu u episodji ohra imnizzla fil-Gdid Testment.

 

 L-ISTAZZJONIJIET TAL-VIA LUCIS

 

 Il-Via Lucis tikkumplimenta l-Via Sagra. Hija differenti mill-Via Sagra tradizzjonali li kellha xi revizzjonijiet mill-Papa Gwanni Pawlu II fis-sena 1991 fis-sens li l-istazzjonijiet kollha tal-Via Lucis huwa bazati fuq dak li sehh u hu mnizzel fl-erba’ Evangeli u l-Atti ta’ l-Appostli.

 Din id-devozzjoni ma ghandhiex xi forma fissa, hlief li wiehed jaqra l-episodju evangeliku, jimmedita fuqu u jitlob. Fejn hemm serje ta’ stampi jew stazzjonijiet, id-devozzjoni tiehu forma ta’ purcissjoni ghal aktar solennita’ u jsir xi kant bejn stazzjon u iehor.

Fis-sistema tradizzjonali tal-Via Sagra, l-ahhar stazzjon huwa d-difna ta’ Kristu. Dan hu gheluq logiku ghat-tmiem tal-Via Sagra; pero huwa meqjus bhala tmien insodisfacenti ghall-misterju Paskwali, li skond d-duttrina Kattolika jilhaq il-quccata tieghu fil-Qawmien ta’ Kristu mill-Imwiet. Ghal dan l-iskop stazzjon iehor, il-hmistax-il wiehed, li jirrapresenta lil Kristu Rxoxt, qed ikun mizjud mal-Via Sagra tradizzjonali biex ic-celebrazzjoni Paskwali tkun kompleta. Hemm min jargumenta li din iz-zieda hija insufficjenti billi ma hiex rapprezentativa bizzejjed bejn it-tbatija u l-mewt ta’ Kristu fuq naha u l-Qawmien tieghu mill-Mewt u l-glorja Tieghu fuq l –ohra.

Fis-sajf tas-sena 1988 Father Sabino Palumbieri, Professur ta’ l-Antropolgija fl-Universita’ Salesjana ta’ Ruma, ippropona holqien ta’ numru ta’ stazzjonijiet, centrati fuq il-qawmien ta’ Kristu mill-mewt u l-grajjiet li sehhew warajha biex issir enfasi posittiva u ta’ tama lil messagg nisrani li ghalkemm mhux nieqes fl-istazzjonijiet tal-Via Sagra, huwa pero’ oskurat fuq l-enfasi tat-tbatijiet ta’ Kristu. L-ewwel celebrazzjoni pubblika ta’ din id-devozzjoni intlahqet sentejn wara u minn dik inhar bdiet izzid fil-popolarita.’

D’Dicembru tas-sena 2001, is-Santa Sede ppromulgata Direttorju fuq id-Devozzjonijiet u l-Liturgija u wissiet hekk fuq il-Via Lucis: Devozzjoni tajba msejha l-Via Lucis sviluppat u xterdet ma’ diversi nhawi f’dawn l-ahhar zminijiet. Imfassla fuq il-mudell tal-Via Sagra, il-process taghha ghandu jkun imsejjes fuq meditazzjonijiet fuq diversi dehriet ta’ Gesu’ – mill-Qawmien tieghu mil-mewt sat-Tlugh tieghu fis-Sema- li permezz taghhom huwa wera’ l-glorja tieghu lid-dixxipli tieghu li kienu qed jistennew l-Ispirtu Santu jinzel fuqhom.

Dawn id-dehriet sahhew il-fidi taghhom fih u fi kliemu. Ghal sekli shah il-Via Sagra involviet lill-fidili sa mill-ewwel mument tal-grajja ta’ l-Ghid, jigifieri il-Passjoni ta’ Kristu Gesu’ u ghenet li tnissel gharfien tas-sofferenzi Tieghu ghas-Salvazzjoni tal-bniedem. Hekk ukoll, il-Via Lucis meta ccelebrata bil-fedelta fuq it-testi evangelici twassal gharfien haj tat-tieni mument tal-grajja Paskwali, jigifieri ir-Rizeruzzjoni ta’ Kristu. Il-Via Lucis hija pedagogija eccellenti tal-fidi ghaliex nersqu lejn id-Dawl permezz tas-Salib ( per Crucem ad Lucem).

 Permezz ta’ Triq, Via Lucis ahna minxu mill-esperjenza tat-Tbatija li hija parti mill-pjan ta’ Alla ghal hajjitna, ghat-Tama ta’ hajja ohra: il-paci u ferh dejjiemi li huma valuri tal-misteru paskwali. Il-Via Lucis hija stimulu biex wiehed jiggedded fil-kultura tal-hajja tal-fidi f’socjeta li hafna drabi hija karakterizzata mill-kultura tal-mewt u disperazzjoni.

Lista ta’ Stazzjonijiet.

Ghad ma hemmx lista ufficjali ta’ dawn l-Istazzjonijiet tal-Qawmien ta’ Sidna Gesu’ Kristu u anqas ma’ l-awtorita’ tal-knisja imponit lista defenittiva; bhala rizultat stazzjonijiet fi knisja jistghu jkunu differenti minn ta’ ohra. ( Wara kollox din tixbah lil l-istorja tal-Via Sagra li hadet ix-xejra ta’ kif inhi imwaqqfa fi zminijietna wara hafna sekli.) Pero’ hemm qbil li n-numru ta’ l-istazzjonijiet ghandu jkun erbatax kif inhuma tradizzjonalment dawk tal-Via Sagra.

Normalment hemm dawn li gejjin ghalkemm hemm whud li jibdlu xi stazzjonijiet ma’ ohrajn:

 1. KRISTU JQUM MILL-MEWT

 2. IL-QABAR MISJUB VOJT.

 3. MARIJA MADALENA TILAQA’ MA’ GESU’

4. GESU’ JIDHER LID-DIXXIPLI TA’ EMMAWS

 5. ID-DIXXIPLI TA’ EMMAWS JAGHRFU LIL KRISTU WAQT IL-QSIM TAL-HIOBZ

 6. GESU’ JIDHER LID-DIXXIPLI GEWWA GERUSLEMM

7. GESU’ JAGHTI LID-DIXXIPLI TIEGHU L-PACI U S-SETGHA LI JAHFRU D-DNUBIET.

8. TUMAS JEMMEN FI KRISTU.

 9. GESU’ JIDHER FUQ IX-XATT TA’ TIBERIADE.

10. GESU’ JAHTAR LIL PIETRU KAP TAL-KNISJA.

11. GESU’ JIBGHAT LIL APPOSTLI JGHALLMU ID-DINJA KOLLHA.

 12. IT-TLUGH TA’ KRISTU FIS-SEMA.

13. MARIJA U D-DIXXIPLI JISTENNEW L-ISPIRTU SANTU

14. L-ISPIRTU SANTU JINZEL FUQ L-APPOSTLI

Make a free website with Yola