QALB IL-BNIEDEM
Sensiela ta' grajjiet li uhud minnhom huma verita' u ohrajn ibbazati fuq cirkustanzi reali tal-hajja, izda kollha b'messagg wiehed:
mill-abundanza tal-qalb jitkellem il-fomm
KULL BNIEDEM JISTHOQQLU RISPETT
Mara li l-eta’ taghha kienet fil-hamsinijiet, telghet fuq ajruplan li t-titjira tieghu kienet kollha mimlija u hassitha skomda li s-seat taghha kien hdejn dak ta’ ragel iswed. Sejhet lil hostess tat-titjira u esprimiet id-disgust taghha billi qaltilha: “ Jiena ma nistax noqghod hdejn dan.”
Il-hostess bl-edukazzjoni kollha dlonk wegbitha: "Halli nara jekk nistax insib seat iehor battal ghalik.”
Wara li ccekjat, il-hostess giet lura u nfurmataha: “Madam, sfortunatament, ma ghandniex seats aktar fil-klassi ekonomija, imma halli nara mal-kaptan jekk hemmx fl-ewwel klassi.”
Wara ghaxar minuti, l-hostess giet lura u spjegatilha hekk: “ Il-kaptan ikkonferma li ma hemmx aktar seats fil-klass ekonomija, imma hemm seat wiehed biss fl-ewwel klassi. Filwaqt li l-policy taghna ma thalliniex li mmexxu passiggieri mill-klassi ekonomija ghal l-ewwel klassi, il-kaptan jhoss li huwa dmir tieghu li kulhadd ikun komdu waqt it-titjira. U allura kuntent li noffru upgrade.”
U qabel ma biss il-mara setghet tnissel kelma, l-hostess daret lejn ir-ragel u qaltlu: “ Sinjur, tista jekk jghogbok tigbor hwejgek u tigi mieghi biex tkun komdu fl-ewwel klassi billi l-kaptan ma jridx li inti tkun bilqieghda hdejn xi hadd li huwa antipatiku.”
Il-passiggieri ta’ quddiem li semghu u raw dik ix-xena, ilkoll capcpu, b’xi whud anke qamu bilwieqfa biex japprovaw.
U dan ifakkarni fi kliem Kristu li qal li min jitgholla jitbaxxa u min jitbaxxa jitgholla. Iswed, abjad, xih jew zaghzugh,mara jew ragel, fqir jew sinjur etc kulhadd huwa xbieha ta’ Alla u jisthoqqlu kull rispett.