jesusandmary

 

 

NIES TA' FIDI

Fil-Bibbja nsibu bosta grajjiet ta’ nies li kellhom ihabbtu wicchom ma’ problemi. Minkejja li ghexu zmien ilu, il-grajjiet taghhom huma ezempji hajjin ta’ kif nghixu l-fidi taghna.

Meta naqraw fuqhom, kif irnexxilhom jeghlbu d-diffikulta’ taghhom ghax kellhom fidi kbira f’Alla, ahna nitheggu biex nimxu fuq l-ezempju taghhom halli nelghbu l-problemi tal-hajja u tar-ruh.

Noe’ intelaq f’idejn Alla u hallih imexxih Hu, meta Dan wissieh x’ghandu jaghmel hu u l-familja tieghu biex jehilsu mill-kastig li kien gej fuq id-dinja billi niesha hzienu wisq u kienu jwettqu bosta htijiet gravi quddiem Alla.

Abraham, deskritt bhala l-missier ta’ dawk kollha li jemmnu, emmen kliem il-Mulej li kien ser ikun missier ta’ gens kbir minkejja li kien avvanzat fiz-zmien.(Rumani 4: 11) David il-profeta, li ghalih Alla stqarr li “ kien sab bniedem ghal qalbu lest li jaghmel ir-rieda tieghu.” B’fidi kbira David emmen li Alla ser jehilsuh minn taht idejn il-Filistej, li kienu qed juru superjorita’ bis-sahha tal-ggant Golia.

 Fil-ktieb ta’ Danjiel it-tlett zaghzagh kienu lesti li jmutu milli jmorru kontra l-kmandamenti ta’ Alla. U meta Nabbukodonosor heddidhom li jahraqhom hajjin gol-forn tan-nar huma wegbuh li Alla li tieghu huma kienu qaddejja fidili kien kapaci jehlishom minn nar tal-forn . Ma kienux jafu li Alla ser jehlishom, imma kienu konvinti li Alla seta’ jehlishom u ta’ din il-fidi kbira Alla tassew helsilhom hajjithom.

Harsa ohra lejn dawk morda b’kull xorta ta’ mard, ghomja, zoppop u torox fi zmien Kristu jghallmuna li ghax tassew emmnu u ma iddubitawx mis-setgha ta’ Kristu, Gesu’ helishom mill-mard taghhom fisiku.

Kien jahqar lil insara ghax kien jahseb li qed jaghti glorja lil Alla. Imma meta induna li kien fl-izball bidel hajtu minn lejl ghan-nhar. Jismu Pawlu minn Tarsu. Qabel ma hareg ghal appostolat irtira biex jimmedita fuq Alla u jitolbu d-dawl tieghu. Nissel fih fidi li ghaggbet lil kulhadd. Ghall-fidi tieghu fi Kristu u t-taghlim ta’ l-Imghallem tieghu. Huwa sofra hafna , bata’ is-swat, l-gharqa, il-guh, habs u l-persekuzzjonijiet. Il-hegga tieghu ghal Kristu gibdet hafna nies ghal wara l-uniku Salvatur tal-bnedmin.

U biex jinkuruna t-tahbit tieghu ghal Kristu huwa sofra l-martirju ta’ qtugh ir-ras. Stiefnu kien wiehed mill-ewwel dixxipli nsara. Huwa kien maghzul mill-appostli biex ikun djaknu u jghin fit-tqassim tal-gid lill-foqra billi l-appostli xtaqu li jnehhu dan ix-xoghol minn fuqhom halli jinghataw aktar ghal appostolat. Ir-raguni ghal ghazla tieghu kienet il-fidi li kellu fil-Mulej Gesu’. Bl-ezempju tieghu kien jedifika lil dawk ta’ madwaru. Il-Lhud ghiru ghalih u kaxkruh lejn is-Sinedriju biex jakkuzawh li mar kontra t-taghlim ta’ Mose’. Izda huwa ma bezghax jistqarr it-twemmin tieghu fi Kristu li l-Kapijiet tal-Lhud taw f’idejn Pilatu sabiex dan jaghtih il-mewt minkejja li kien jaf li kien innocenti. Ma felhux jisimghu l-argumenti sodi tieghu fuq il-fidi fi Kristu. Qabduh, harguh barra mill-belt u haggruh.

 Pero’ l-akbar persuna li wriet fidi ghamja f’Alla hija Marija. “Ikun minni skond kelmtek”. Dan hu kliem li juri li Marija accettat dak li jrid Alla, jghaddiha minn fejn jghaddiha, ikunu xi jkunu l-konsegwenzi; hija intelqet f’idejh mimlija fidi u perswazzjoni li Dak li ghazilha biex tkun Ommu ma kienx ser ihalli lir-riglejha jitfixklu fid-dlam, li l-Mulej kien ser ikun ir-rghaj taghha u li xejn ma kien ser jonqosha.

Ikunu dawn dawl ghall-fidi taghna biex il-fidi taghna ma tkunx bhal qasba tixxejjer mar-rih meta jqumu l-irwiefen kontriha. Jaghtina Alla l-grazzja tieghu sabiex il-fidi taghna tkun fidi ta’ konvinzjoni u mhux fidi ta’ tradizzjoni; fidi li ghandna nistqarruha bla ebda biza’ jew misthija quddiem il-bnedmin

Make a free website with Yola