jesusandmary

 

 

Din hi sensiela ta' stejjer mill-Kotba Mqaddsa li t-tfal ghandhom jaqraw biex ikun familjari ma' l-Iskrittura. Il-genituri ghandhom ikunu ta' ghajnuna ghal uliedhom biex it-tfal taghhom jaslu jifhmu l-grajja tas-salvazzjoni taghna u minnha jisiltu xi taghlima necessarja ghall-hajja tar-ruh.

IL-HAJJA TA' KRISTU

 

 IL-HAJJA TA’ KRISTU GESU’ X’FIH IR-RAKKONT TA’ HAJJET KRISTU GESU’, GHALIEX L-ISTORJA TA’ KRISTU GESU’ HIJA MPORTANTI, U KIF L-ISTORJA TA’ KRISTU GESU’ GHANDHA SENS FIL-HAJJA TA’ KULL WQIEHED U WAHDA MINNA?

 

 Il-grajja tal-Mulej u Salvatur taghna Gesu’ nsibuha fil-Bibbja, f’dawk il-kotba li ahna nafuhom bhala l-Evangelju. Ghalkemm erba’ kittieba, Mattew, Marku, Luqa u Giovanni kitbu u hallewlna b’tifkira l-hidma ta’ Gesu’, il-messagg hu wiehed. Kristu gie fid-dinja biex jaghtina l-messagg ta’ Missieru tas-Sema u jifdina.

 

 Kull kittieb kiteb minn angolu differenti, fuq xi hwejjeg li laqghtuh b’mod partiklulari, u certi grajjiet li impressjonaw lil wiehed mhux bilfors impressjonaw lit-tlieta l-ohra u ghalhekk l-awtur kiteb fuq dak li halla timbru fuqu. Terga’ tnejn minnhom kienu dejjem madwar Gesu’ ghax kienu appostli sa mill- bidu tal-missjoni tieghu (Mattew u Giovanni) u t-tnejn l-ohra (Marku u Luqa) semghu l-grajjiet ta’ l-imghallem u qasmuhom mas-semmiegha taghhom. Mattew u Giovanni ghalkemm kienu xiehda ta’ Gesu’ kellhom l-istil taghhom ta’ kitba. Mattew kien kollettur tat-taxxi qabel ma Gesu’ sejjahlu; allura wiehed jista’ jimmagina li dak li kiteb kien dettaljat hafna u preciz. Giovanni kien aktar jinteressah li jxandar lil Kristu mill-aspett ta’ IMHABBTU .

Make a free website with Yola