jesusandmary

 

IL-HAMIEMA U N-NAHLA


Fuq ix-xtut ta’ xmara, hemm sigra fejn xi nahal waqqfu l-bejta taghhom. Xoghlhom kien li jduru l-ghelieqi ta’ madwar fuq il-fjuri u jahdmu l-ghasel. Gurnata wahda xemxija, nahla thoss l-ghatx u tmur ix-xmara biex tixrob ftit ilma. Hekk kif in-nahla tipprova tixrob, mewga tal-kurrent kinsitha u n-nahla bdiet teghreq.

Fortunatament hamiema sabiha, taraha mill-boghod, tithabat biex isalva mill-gharqa. Dlonk taqta’ werqa minn sigra biex tghin lill-povra nahla. Biha go munqara, il-hamiem ittir lejn in-nahla u tpoggi l-werqa hdejn in-nahla li malli rat il-werqa telghet fuqha biex tnixxef il-gwienah taghha. Meta nixfithom, in-nahla taret mill-gdid lejn il-bejt.

Ftit gimghat wara, il-hamiema tinqabad f’sitwazzjoni perikoluza. Innutat li l-hamiena kienet qed tistrieh fuq fergha ta’ sigra bla ma ndunat li kaccatur kien qed jimmirha lejha.  In-nahla b’girja wahda taret lejn il-kaccatur, daret tnejn mieghu u tilfitlu il-mira billi dan nehha id wahda minn fuq l-ixkubetta biex itajjarha. In-nahla tbieghdet minnu, biex mill-gdid b’velocita kbira tahbat ghal ghonqu u tniggzu.

Ghajta ta’ ugigh harget minn fomm il-kaccatur. Kien bizzejjed biex il-hamiema tahrab minn fuq il-fergha u ssib kenn aktar sigur.


Morali Tal-Istorja:  It-tajjeb dejjem jigi lura.


Mejju 2024

Make a free website with Yola