jesusandmary

 




 

MIRAKLU GEWWA LOURDES

 XJENZJAT LI MA KIENX JEMMEN JIKKONVERTI GHAX KIEN XHUD TA’ MIRAKLU GEWWA LOURDES


 

Alexis Carrel twieled fi Franza go belt zghira f’familja kattolika fis-sena 1873.  Kien jattendi l-Quddiesa regolarment u tghallem fi skola kattolika tal-gizwiti. Sfortunatament sakemm mar il-kullegg huwa nbidel fi bniedem li ma jemmen b’xejn. Huwa cahad il-fidi kattolika u ma kienx cert jekk Alla jezistix.

Imma Alla hejja triq ohra ghalih u miraklu li sehh gewwa Lourdes ghenu biex jerga’ jhaddan il-fidi u r-religjon ta’ Kristu.

Bhala ateu Carrell studja l-biologija u l-medicina u lahaq xjenzjat maghruf mad-dinja. Huwa sviluppa mod kif l-organi jistghu jibqghu jghixu barra l-gisem, li hu pass ‘l quddiem kbir hafna biex ikunu jistghu isehhu t-transplanti ta’ l-organi u sviluppa wkoll teknika gdida ta’ kif ifejqu l-feriti. Fuq kollox huwa vvinta mod ta’ kif ihit vini tad-demm li bis-sahha ta’ hekk rebah il-premju nobel.

Ghalkemm id-dehriet originali gewwa Lourdes sehhew fis-sena 1858, in-nies tal-bidu tas-seklu 20 bhalma huma dawk ta’ zminijietna jemmnu li l-ilma ta’ Lourdes ghandu qawwa kbira hekk li jopra l-mirakli.  Minkejja l-hafna allegati fejqan, il-grupp mediku franciz kien sod fil-fehma tieghu li ebda fejqan ma kien qed jigri gewwa Lourdes

Carrel innifsu kien bniedem ta’ dubbji kbar. Sakemm iltaqa’ ma’ tfajla jisimha MARIE Bailly.

Kien fuq it-tren lejn Lourdes ma’ habib tieghu tabib biex jara b’ghajnejh l-interess isteriku fis-sena 1902 meta iltaqa’ ma’ Bailly li kienet marida bit-tuberkolosi perintonitis. Din kienet marda li twassal ghall-mewt. Kienet nofsha f’sensiha u zaqqa kienet minfuha.  Biex jghinha Carrel taha l-morfina imma ma kienx tal-fehma li twassal sa’ Lourdes. Tobba ohra fuq it-tren kienu ta’ l-istess idea.

Meta waslu, hbiebha wassluha sal-grotta u tefghulha tlett buqari ilma imbierek ta’ Lourdes. Ma kull buqar ilma Marie hasset ugiegh tal-biza’ jigri f’gisimha kollu.  U b’ghageb kbir tat-tobba prezenti in-nefha ta’ zaqqha ghebet u giet fi stat normali.

Sa filghaxija kienet hekk tajba li setghet tiekol normali.

Ix-xjentist Carrel ma kienx jaf jispjega din il-bidla.  Kellu jammeti li dak kollu li kien jaf fuq il-medicina ma kien qatt ser ifejjaqha u kien biss miraklu li seta’jaghmel dan. Imma billi kien jaf li jekk jammetti li sehh miraklu, dan kien ser ikun rovina ghall-karriera tieghu.  Allura zamm is-skiet u ma ried li hadd ikun jaf li kien f’ Lourdes.

Il-fejqan ta’ Bailly ghamel hoss kbir fil-media. Xi media rraportat li Carrell kien prezenti imma li hu jishaq li dan ma kien miraklu xejn. Dan ma kienx ezatt. U allura kellu johrog stqarrija. Huwa canfar lil dawk ir-religjuzi li kienu hekk hfief li dak li gara kien miraklu, imma wkoll ikkritika lis-sezzjoni medika li huma cahdu kull possibilta’ ta’ miraklu filwaqt li tenna li Bailly setghet fieqet mirokolozament.

Dan kien skandlu pubbliku! Kif jista’ jkun li xjenzjat hekk ta’ fama fil-medicina jistqarr li Bailly fieq mirakolozament? Il- karriera tieghu fi Franza kien intemmet. Ma setghax jahdem aktar fi sptarijiet u mar il-Kanada u eventwalment sab ruhu gewwa l-Istati Uniti. Huwa inghaqad ma’ l-Istitut ta’ Rockefeller tar-Rickerka ghall-Medicina gewwa New York u ghadda il-bqija tal-karriera tieghu hemmhekk. (Inkwantu ghal Marie Bailly hija dahlet soru.)

Dam jithabat 25 sena biex jaccetta li dak li gara lil Bailly kien miraklu imma finalment fis-sena 1939 huwa sab qassis kattoliku biex jghinu jerga’ jintegra ruhu mal-knisja kattolika u jhaddan mill-gdid il-fidi.

Allura kien konvint li l-fejqan tal-mara kien wiehed mirakoluz – x’kien ifisser dan ghalih spiritwalment?

Ma kienx jaf fejn serjaqbad jaghti rasu ghaliex li jammetti li kien xhud ta’ miraklu gewwa Lourdes kien jehtieglu li jmur kontra dak li jemmen jew ahjar dak li ma jemminx.

Dam 25 sena jahseb fuq din il-grajja, mohhu u qalbu mhabbtin biha, sakemm finalment fis-sena 1939 huwa ddecida li jiltaqa’ ma’ sacerdot kattoliku biex jibda’ it-triq tar-ritorn lejn il-knisja.

Saru hbieb u tlett snin wara huwa jistqar: “Iva jiena nemmen f’Alla, nemmen fl-immortalita’ tar-ruh fir-Rivelazzjoni u dak kollu li temmen u tghallem il-Knisja Kattolika.”

Sentejn wara huwa miet wara li rcieva l-ahhar sagramenti.

It-toroq ta’ Alla huma ta’ l-ghageb u hadd ma jista’ jifhimhom.

 

 

Make a free website with Yola