jesusandmary

 

WIĊĊ ALLA

U dar il-Galilija kollha jgħallem fis-sinagogi tagħhom, ixandar l-Evanġelju tas-Saltna u jfejjaq kull xorta ta’ mard u dgħufija fost il-poplu.-- Mattew 4:23

L-imħabba tbiddel kollox. Tibdel dak kollu li nagħmlu u ngħidu. Ġesù  jurina kif din l-imħabba ta’ Alla tagħmel dan. Din l-imħabba dehret fil-predikazzjoni u l-fejqan li opera Ġesù, l-interazzjoni tiegħu mal-midinbin, u l-kompassjoni tiegħu għall-foqra. Ġesù tant ħabb lil Missieru li l-unika missjoni tiegħu kienet li jagħmel ir-rieda ta’ Dak li bagħtu. Ġesù jurina wiċċ Alla. Hekk kif insiru nafu lil Alla permezz ta’ Ġesù, niġu miġbudin fl-imħabba mal-Missier. Hekk kif nikbru f’din ir-relazzjoni, l-imħabba tagħna tinfirex fuq ħaddieħor, u ċ-ċirku tal-imħabba jibqa’ jikber.

Aħseb:
B’liema modi nistaʼ nuri l- imħabba t’Alla llum?
Kif nista’ nsostni l-ħajja spiritwali tiegħi m’Alla llum?

Kellem lil Alla billi tuża din it-talb jew waħda minn tiegħek. 
O Alla, Imħabba Divina, grazzi talli tħobbni u talli stidintni f’relazzjoni dejjem aktar profonda Miegħek. Jalla l-imħabba tiegħi tinfirex u tmiss lil ħaddieħor.

Make a free website with Yola