jesusandmary


IL-MULEJ TAL-MIRAKLI : L-ISTORJA TA’ L-GHAGEB TAX-XBIHA SAGRA FIL-PERU’

 

 

Zgur li smajt bix-xbiha tal-Vergni Mbierka ta’ Guadalupe. Imma x’taf xi haga fuq ix-xbiha tal-Peru’ imsejha s-Sinjur tal-Mirakli (Señor de los Milagros)?

Ghalkemm ma tantx hu maghruf barra x-xtajtiet ta’ l-Amerka ta’ Isfel, il-Mulej tal-Mirakli huwa haga l-aktar sagra ghall-kattolici Peruvjani u jispira wahda mill-akbar processjonijiet fid-dinja ta’ kull sena. Din hija l-istorja tieghu.

Kollox beda’ madwar is-sena 1651 fil-periferiji ta’ Lima, l-aktar belt importanti gewwa l-Peru’. Ilsir afrikan pinga xbiha ta’ Kristu fuq is-salib flimkien mal-Vergni Mbierka Marija u Marija Madalena fuq hajt. Xejn ma nafu aktar fuq dan l-artist: xi sorsi jghidu li kien jismu Benito jew Pedro Dalcon, imma hadd ma hu zgur fuq hekk.

Xi snin wara, fis-sena 1655, sehh terremot qawwi fil-belt.  Eluf mietu u partijiet minn Lima saru herba. Imma kien hemm ecezzjoni ghal dak li gara: d-dar li fuq il-hajt taghha kien hemm ix-xbiha tal-Mulej mislub kienet wahda mid-djar li baqghu weqfin.

Fis-sena 1670 kien hemm resident tal-belt prominenti marid serjament f’mohhu. Huwa mar jzur lix-xbiha b’fidi kbira u mirakolozament fieq.

Malajr xterdet il-kelma u dik ix-xbiha saret sit ta’ pellegrinaggi.  Follol kbar kienu jingabru biex jaraw ix-xbiha u minhabba f’hekk l-awtoritajiet bdew jithassbu fuq is-sigurta’. Bezghana li din ix-xbiha kienet kagun ta’ tant kommossjoni, il-gvernatur lokali ordna li x-xbiha titghatta.

U hawn beda’ l-ghawc. Intbaghat ragel biex jobrox il-pittura minn mal-hajt. Hekk kif beda’ tiela’ l-iskaluni tas-sellun hass bhal bard u roghda ma’ gismu. Huwa nizel u billi n-nies rawh eccitat ippruvaw jikkalmawh. Rega’ tela’ is-sellun u kellu l-istess problema. Fizikament ma setghax jeqred l-immagini.

Persuna ohra ntbaghatet biex taghmel l-istess xoghol li kellu jaghmel il-bniedem ta’ qablu, izda meta kien qrib ix-xbiha rega’ bdielu u meta nizel mis-sellun stqarr li hass xi haga li ma jistax jispjegaha.

Il-gvernatur tilef sabru billi kienet haga hafifa li ssir, u din id-darba baghat suldat li meta tela’ quddiem ix-xbiha, l-immagini tbiddlet quddiem ghajnejh. Aktar tard stqarr li l-immagini saret sabiha aktar [Public Domain, Wikipedia] milli kienet u bdiet tarmi d-dawl. Bhala rizultat ma setghax jeqridha.

Il-follol talbu biex jieqfu dawn it-tentattivi li tinqered l-immagini sagri u fl-ahhar il-gvernatur ceda’ ghat-talba taghhom. Huwa mhux biss halla x-xbiha, izda ta l-permess li jigi ccelebrat il-quddies quddiemha. Minn dak in-nhar ‘l hawn saru hafna mirakli bis-sahha ta’ din l-immagini u ghalhekk tlaqqmet, is-Sinjur tal-Mirakli.

Fis-sena 1687, Lima ntlaqghet minn terremot iehor qawwi. U ghal darb’ohra l-immagini sagra tal-Mulej tal-Mirakli helsitha mill-qerda. Minhabba f’hekk id-devozzjoni lejn ix-xbiha Mqaddsa aktar kibret u ssahhett u  xi hadd iddecida li jorganizza purcissjoni bi Kristu Mislub. Imma minhabba li x-xbiha kienet fuq il-hajt, xi hadd iehor ghamel kopja taghha fuq it-tila.

 Illum wiehed jista’ jzur l-immagini originali fuq il-hajt fis-santwarju ta’ Las Nazarenas gewwa Lima u l-kopja ghadha kull sena tingarr b’devozzjoni l-aktar kbira waqt il-purcissjoni. Bil-hafna ta’ mijiet ta’ eluf ta’ partecipanti, din l-attivita’ hija meqjusa bhala wahda mill-akbar purcissjonijiet fid-dinja kull sena.

Make a free website with Yola