jesusandmary


 WARRAB KULL BIZA’

 

Hemm mumenti fil-hajja taghna meta tidhol fina l-biza'. Jista' jkun li quddiemek ikollok xoghol li jidher difficli li twettqu, jew miexi fi triq li ma tafx fejn ser twasslek. Dawn u esperjenzi ohra simili fil-hajja jistghu jkunu kawza ta' biza' u ansjeta'. Il-biza' li ma tafx x'ser jigri, jahlilek hajtek. Imma qatt ma ser jigri hekk, jekk il-Mulej huwa mieghek u tqisu bhala l-Kenn dejjiemi tieghek.

 Gesu' jixtieq li inti ddur Lejh bis-semplicita' u b'fiducja bhalma l-ulied jkollhom fil-genituri taghhom, billi tnissel fik gharfien li Huwa jmexxik pass pass fil-hajja tieghek minghajr ma titfixkel fil-mixja tieghek. Ma ghandniex nibzghu jekk ghajnejna huma mitfugha fuqu u qalbna marbuta Mieghu u tistrieh Fih. Huwa qatt ma ser jabbandunana.

Ma hemmx triq tan-nofs. Jew temmen jew ma temminx?

 

Silta' mid-djarju ta' Santa Fawstina

Para 797

 Meta għelbitni xi ftit il-biża’ li kelli noqgħod barra mill-komunita’ waħdi għal tant żmien, Ġesu’ qalli, Ma tkunx waħdek, għax Jiena miegħek dejjem u kullimkien. Fejn Qalbi, tibża’ minn xejn. Jiena stess il-kawża tat-tluq tiegħek. Kun af li għajnejja jsegwu kull mossa ta’ qalbek b’attenzjoni kbira. Qiegħed nwarrbek mill-oħrajn sabiex Jiena stess inkun nista’ niffurmalek qalbek skont il-pjanijiet Tiegħi għall-futur. Minn xiex qiegħda tibża? Jekk inti qiegħda Miegħi, min ser jissogra jmissek? Xorta waħda, Jiena nieħu gost li inti qiegħda tafdali f’idejja l-biżgħat tiegħek, binti. Kellimni fuq kollox b’mod kompletament sempliċi u uman; b’dan il-mod inti tagħtini ferħ kbir. Jiena nifhmek għax Jiena Alla- Bniedem. Din il-lingwa sempliċi ta’ qalbek togħġobni iktar mill-innijiet li ġew miktuba ad unur Tiegħi. Kun af, binti, li iktar ma jkun sempliċi l-kliem tiegħek, iktar inti tiġbidni lejk. U issa, ibqa’ fil-paċi qrib ta’ Qalbi. Itlaq il-pinna minn idejk u lesti biex titlaq.

 

X'inhuwa dak li jinkwetak fil-hajja? X'inhuwa dak li jhassbek ghall-futur? Jikkawzalek xejn ansjeta' dak li ma taf ser jigri fil-gejjieni tieghek? Kun af li l-Mulej Gesu' jixtieqek li inti tkun liberu minn dawn il-hwejjeg ta' kedda ghalik u jistiednek li tidhol u ssib refugju fil-Qalb Imqaddsa Tieghu. Meta inti ddur Lejh, tehles minn dan it-toqol kollu. Poggi dawn il-bezghat f'riglejn Gesu' u tara kemm thossok ahjar u kemm tgawdi serhan il-mohh u paci.

TALBA:

Mulej Lejk jiena indur u nqieghed it-tama tieghi Fik. Ghin il-Fidi dghajfa tieghi u heNN ghalija. Kun Inti l-kenn tieghi. Jiena nafda fik O Gesu'


Make a free website with Yola