HAWN JIEN MULEJ
HAWN JIENA MULEJ. Huma tlett kelmiet li kien qalhom il-profeta Samwel, meta kien ghadu tfajjel, fuq il-parir li kien tah il-profeta Eli li jekk jerga’ mill-gdid jisma' il-lehen waqt li jkun rieqed jirrispondi b'dak il-kelmiet.
Huma ukoll il-kelmiet li l-kandidati ghas-Sacerdozju jirrispondu meta jissejhu mill-Knisja.
Ninnotaw xejn li dawn il-kelmiet li juru disponibilta' kbira u generozita’ qed isiru dejjem inqas pronunzjati u skarsi, u fuq kollox zdied il-biza li tghidhom?
Illum fis-socjeta' taghna hemm dik li nsejhulha "Krizi ". Din il-krizi ma narawhiex biss fil-hajja religjuza; narawha wkoll fil-hajja mizzewwga. Li nkun disponibbli ghall-Mulej ma hux mahsub biss ghas-sacerdot, izda ukoll ghar-ragel u l-mara mizzewwgin li l-weghda taghhhom lejn xulxin hija valida u tibqa' tghodd sakemm idumu hajjin. U dawn it-tlett kelmiet jibqghu validi ghall-weghda ta' fedelta'. Hawn jien Mulej lest li nilqa' dak kollu li tibghatli fil-hajja mizzewwga tieghi, kemm hwejjeg prosperi kif ukoll ta' penuzi.
Fi ftit kliem huma tlett kelmiet li jghoddu ghal KULHADD, religjuzi, mizzewwgin u kull min irid ihobb lil Alla.
Iebsa dawn il-kelmiet ghaliex jekk trid tassew tqedhom fil-prattika ifisser li trid twarrab il-volonta' tieghek biex fuq quddiem nett tpoggi ir-Rieda qaddisa ta' Alla. Imma ghal Alla kollox hu possibli. Itlob lil Alla li jaghtik il-kuragg biex taghmel ir-rieda tieghu, u mhux darba izda dejjem. Il-hajja ta' sacerdoti u religjuzi u tal-mizzewgin u ta’ kull min irid ihobb tassew lil Alla ma taghmilx sens minghajr dawn il-kelmiet.
Il-Papa Frangisk wissa’ lis-seminaristi u lin-novizzi li l-vokazzjoni mhux kuntratt temporanju. U dak li l-Papa qal lis-sacerdoti u lis-seminaristi jghodd ukoll ghall-mizzewwgin u kull bniedem iehor.
Halli quddiem ghajnejna jkun kliem Kristu li jghidilna: "Mhux min jghidli Sinjur, Sinjur jidhol fis-saltna tas-smewwiet, izda min jaghmel ir-rieda ta' Missieri, dan jidhol fis-saltna tas-smewwiet."
U naghmel ir-rieda tal-Missier tieghi tas-sema meta nghidlu: HAWN JIENA MULEJ.
jannar 2022@
KUMMENTARJU
JANNAR 2022
META ALLA JSEJJAHLEK KUN GENERUZ
Fr Juan de Caceres ordnat sacerdot
Ghal Fr. Juan de Caceres, ir-risposta ghall-mistoqsija li minn persuna li tmexxi bar, li qatt ma attenda quddies ghal 15 il-sena biex imbaghad jidhol sacerdot, kienet, li Alla huwa persistenti u jibqa’ jhabbat u jhabbat sakemm nifthulhu.
Wara li temm l-istudji tieghu, Juan dahal fi skola tal-ligi. Ma kienx xi student brillanti u fis-sena 2006 meta kellu 28 sena abbanduna l-istudju tal-ligi biex fetah bar gewwa Santander.
Dak li ghall-bidu kien jidher success, meta faqqet il-krizi ekonomika fi Spanja sar centru ta’ problemi finanzjarji u maghhom zdiedet l-insigurezza ta’ direzzjoni f’hajtu. Jistqarr : “ Kont litteralmejnt qed nghereq fid-dejn u b’dik il-krizi ekonomika ma kienx hemm klijenti. Barra minn hekk hbiebi naqqsu l-hrug taghhom. Bdew jizzewgu u sibt ruhi wahdi.”
Habib tieghu stiednu biex jisma’ xi tahdidiet fuq it-talb u dan kien il-punt li bis-sahha tieghu biddel hajtu. Ghall-bidu kien imur ghal dawn it-tahdidiet biex ikollu l-kumpannija ta’ habibu, imma xi haga nibtet fih li bil-mod il-mod bdiet tati direzzjoni lil hajtu: beda’ mill-gdid jattendi il-quddies, imur iqerr u anke jattendi l- iskola. Hass li fil-hajja kien qed jara sens u sentejn wara ra f’din il-bidla s- sejha ghal sacerdot.
L-ewwel twegiba tieghu kienet le.
“Ofrejtlhu kull tip ta’ oggezzjoni: ix-xoghol tieghi, id-djun tieghi, hajti. Hsibt li dak li kien jonqosni kien li niltaqa’ ma’ mara, li taghmilni ferhan u maghha ntella’ familja. Imma Alla huwa insistenti. U minn dak il-mument Alla dejjem kien itambar l-istess hsieb fil-qalb tieghi.”
“Meta jien iddecidejt li ngharbel il-vokazzjoni tieghi, tlabt lil l-isqof Vicente Jiménez ta’ Santander jekk nistghax nidhol f’seminarju go belt ohra billi ridt nitbieghed mill-passat tieghi.” U dhalt f’seminarju fil-Pamplona xi 120 mil ‘l boghod.
“Lejlet il-jum li fih tlaqt ghal Pamplona kont ghand nahdem fil-bar.” Fis-seminarju huwa jistqarr li ghaddha tlett snin fantastici. Matul dak iz-zmien huwa kien jahdem fil-kommunita’ kattolika ciniza.
Fl-ahhar gie ordnat sacerdot fi tmiem ix-xahar ta’ Jannar. Gie assenjat li jaqdi erba parrocci gewwa Santander u jghallem ukoll ir-religjon tlett darbiet fil-gimgha lit-tfal bi thejjija ghas-sagramenti.
Huwa wkoll ihajjar zaghzagh biex jaghrfu jekk ghandhomx il-hajra ghas-sacerdozju “ghaliex hafna zaghzagh jinsabu fl-istess ilmijiet li kont jien… u hawn jiena biex nismaghhom u inkunilhom ta’ gwida.”
Meta Alla jsejjahlek ghal xi missjoni tghidlux le izda wiegeb “Hawn jien Mulej gejt biex naghmel ir-rieda tieghek.” Kun generuz.
KUMMENTARJU
FRAR 2022
BEJN IL-BIERAH U LLUM
IT-TELGHA HIJA TQILA BISS HEMM GESU’ JIMBOTTA MIEGHEK.
Il-hajja hi wahda qasira. Nafu dan u nithanzru fl-ikel u x-xorb, niskru biex nidhru ferhana, minghajr ma naghtu kaz tal-konsegwenzi. Niggieldu u nargumentaw fuq bosta affarijiet stupidi. Inhabirku li naghmlu l-flus biex nixtru bosta hwejjeg li wara ftit taz-zmien inwarrbuhom jew narmuhom. U nwarrbu l-morali u l-valuri nsara biex nitqannew b’toqol iehor. Niehdu pjacir bl-isfortuna ta’ haddiehor. Il-vjolenza, it-tbatija u l-hazen tad-dinja, ahna nsensittivi ghalihom dement li dawn ma jigux fuqna. Inhallu l-istrumenti digitali jokkupaw l-imhuh tat-tfal taghna u anke taghna u nuzawhom biex nikkomunikaw ma’ haddiehor flok nuzaw r-relazzjoni umana jekk ma nuzawhomx hazin ukoll.
Ahna ghazzenin.
F’dinja mqallba mifnija bi problemi, morali, ambjentali, ekonomici u socjali xi pjan tfassal f’mohhok biex tibdel dan kollu u kulhadd jghix f’dinja ahjar?
Issib min jghidlek li tkun dinja ahjar li kieku l-bniedem ikabbar ikel organiku biex sahhet il-popli taghna tmur ‘l quddiem. B’hekk nehilsu minn dawk il-kemikali, preservattivi u pesticidji li tant jaghmlulna hsara.
Fi zminijiet mhux wisq ‘l boghod kont tara bosta tfal jilghabu fit-toroq li kienu nieqsa minn vetturi kbar u zghar....imma l-lum ma tissugrax taqsam, ahseb u ara li tilghab. Dawn il-vetturi kollha li qed jikkontaminaw u jniggsu l-arja li biha nghixu. Inqas karrozzi fit-triq u aktar trasport pubbliku jghidulek xi whud.
L-era digitali ghandha n- naha s-sewda taghha. L-internet ghandu jkun mghasses sew bit-tnehhija ta’ materjal offensiv u inappropriat. Siti li juru materjal porngrafiku u materjal li hu ta’ dannu ghat-tfal, u ohrajn li jheggu ghall-mibgheda ghandhom jigu mtajra. Kontroll shih minn dawk li juzaw l-istrumenti digitali biex dawn ma jkunux kawza li r-relazzjonijiet personali jinqatghu. Kemm nies dahlu jieklu f’restaurant bil-hsieb li jkunu familja wahda ghall-ftit mumenti, imbaghad kulhadd itektek fuq il-mobile u addio ghaqda.
Jekk wiehed jipprova mill-ahjar li jista’ u kemm jista’ jwarrab il-problemi fuq elenkati, nahseb li d-dinja timbidel xi ftit ghal ahjar; sahhitna tmur ‘l quddiem, il-relazzjonijiet taghna jkun ahjar u l-inkwiet jonqos.
Kemm kienet dehra sabiha dik il-familja quddiem it-televizjoni (wiehed fid-dar u mhux wiehed f’kull kamra) tiehu pjacir u tiddeverti b’dik ix-show komika u minghajr sforz zejjed, imma llum......... wiehed irid joqghod attent b’seba’ ghajnejn x’jara.
Bizzejjed wiehed ihares lejn l-ikel ipprezentat lilna llum u jara kemm hu artificjali u kull tant ta’ hsara ghal sahhitna.
Il-Fidi....dik il-kelma kienet xi darba tfisser xi haga. Hawn hafna tipi differenti ta’ religjonijiet u kulhadd seta’ jkun membru ta’ liema wahda jrid. Izda llum religjon wahda hawn. Jisimha TOLLERANZA.
Fi zminjietna wiehed irid jittollera kollox u dak kollu li n-nies iridu jaghmlu. Is-socjeta’ tal-lum ma tharisx lejn ir-religjon bhala att ta’ qima lejn Alla, izda ta’ piz jekk din ma timbidilx skont l-esigenzi taghha. Allura itlaq u aghmel dak li trid.
Le, le, il-fidi taghna ma ghandhiex tkun qasba tixxejjer mar-rih, izda fidi soda. Nitghallem dejjem biex il-fidi tieghi tibqa’ wahda hajja u hadd ma jqarraq bija. Il-fidi taghna trid tkun prattikata kull hin tal-jum biex dejjem nikbru halli nkunu ahjar quddiem Alla. Jekk trid issalva l-fidi tieghek fiz-zmien tal-lum trid tahdem ghaliha. Ma tridx titghazzen, izda aqra l-kelma ta’ Alla, fittixha fis-smigh fl-omelija ta’ kull nhar ta’ Hadd u fuq programmi religjuzi fuq ir-radju u t-televizjoni.
Tgergirx li ma tista’ taghmel xejn. Aghmel il-parti tieghek zghira kemm hi zghira, u Alla li jara l-isforz tieghek zgur li jxerred il-grazzji tieghu fuqek. Il-hidma tieghek ma tkunx ghalxejn. Xi gid, xi progess tkun zrajt fid-dinja. Imbaghad halli lil Alla jsaqqi u jkabbar kif irid HU. Ir-rebha fl-ahhar Tieghu tkun. Satana forsi jidher li qed jirbah, imma fl-ahhar jitlef.
KUMMENTARJU
MARZU 2022
QUDDIEM IL-VERITA'
Kemm thossok hati jekk taqsam jew tixxerja facebook post jew tweet li taf li ma hiex vera?
Kristu Gesu’ qalilna li fil-jum tal-gudizzju kull bniedem irid jaghti kont ta’ kull kelma zejda.
Diskors tajjeb jew xieraq huwa diskors nieqes minn kull gideb.
Kliem li fih il-gideb jew nofs verita’ huwa kliem li jifred flok jghaqqad. Kliem abbusiv u kliem zejjed ikun ta’ zeblih ghall-proxxmu.
F’din l-era ta’ l-internet li fiha qeghdin nghixu, li naqsmu u nxerrdu l-verita’ bla tghawwig hija relevanti ghal l-ahhar. It-tixrid ta’ misinformazzjoni hija wahda mill-problemi serji tas-socjeta taghna ghaliex fost hwejjeg ohra tkun ta’ problema li n-nies jaghrfu l-verita’, u, iddawwar bniedem kontra iehor.
Fuq l-internet il-gideb jigri sitt darbiet aktar mill-verita’. L-awtoritajiet relevanti pproponew soluzzjonijiet biex ikunu regolati l-informazzjoni fuq Facebook u mezzi ohra ta’ l-internet, imma wahda mill-problemi li rari tkun diskussa hija r-responsabilita’ personali taghna. Minn stharrig li sar l-aqwa 100 storja falza fis-sena 2019 rawhom 150 miljun darba.
Il-Papa Frangisku meta jitkellem fuq it-tragedja tal-misinformazzjoni u gurnalizmu qarrieqi jghid li din il-haga tiddiskredita lil ohrajn u tipprezenthom bhala ghedewwa. Ikompli jghid li l-ahjar medicina ghal dawn il-falzitajiet ma humiex l-istrategiji imma nies li lesti li jisimghu, nies li jaghmlu sforz fi djalogu sincier sabiex il-verita’ tohrog fid-deher, nies li jkunu responsabbli kif juzaw il-lingwagg.
Hafna huma dawk ma jaghmlux hilithom biex jaghzlu l-fatti mill-fittizju u jibilghu kull ma jaqraw.
Jekk ahna lesti li naccettaw li kull sors ta’ ahbarijiet huwa verita’ ma ghandna qatt cans li nsibu l-verita’. Jekk ahna ma ahniex certi li dak li ser naqsmu ma’ haddiehor huwa verita’, ahjar li ma naqsmu xejn. Evidenza turi li dawk li jieqfu jahsbu qabel jikklikjaw dak li jiktbu, jnaqqas it-tixrid ta’ misinformazzjoni.
Imqanqal minn din id-dieqa ta’ din il-problema, il-Papa Frangisk holoq verzjoni gdida tal-famuza talba ta’ San Frangisk:
Mulej ghamilna strumenti tal-paci
Ghinna naghrfu l-hazen mohbi ta’ kommunikazzjoni li ma hiex nibnija fuq kommunjoni.
Ghinna inehhu l-velenu mill-gudizzji taghna.
Ghinna nitkellmu fuq haddiehor bhal hutna u ohtna
Inti fidil u ta’ min jittama fik, jalla kliemna ikun zerriegha ghal dinja ahjar
Fejn hemm l-ghajjat, hallina nisimghu;
Fejn hemm il-konfuzzjoni, ejjew nispiraw l-armonija
Fejn tinzera’ l-ambigwita’, ejjew nuru l-verita’.
Fejn hemm l-ezkluzjoni , ejjew noffru s-solidarjeta’,
Fejn hemm sensazzjonalizmu, ejjew nuzaw is-sobrjeta’
Fejn hemm is-superficjalita’ ejjew inqajmu mistoqsijiet reali,
Fejn hemm il-pregudizzju ejjew inqajmu l-fiducja,
Fejn hemm l-ostilita’ ejjew ingibu r-rispett.
Fejn hemm il-falsita’ ejjew ingibu l-verita’.
KUMMENTARJU
APRIL 2022
IT-TALB FIL-FAMILJA
Tajjeb li nieqfu ftit u nistaqsu lilna nfusna jekk nitolbux ma’ uliedna, kemm-il darba, ghaliex jew ghaliex le. Jekk l-ikel huwa ta’ htiega biex nikbru fisikament, daqshekk iehor it-talb biex ahna nikbru spiritwalment.
KIf nikkultivaw il-hajja tat-talb fost uliedna?
Hawn xi ftit idejat minn tlett familji.
Il-hajja tat-talb fost l-ulied tibda’ ftit ftit.
IBDA’ SEMPLICI: Bart Tesiriero minn Phoenix jaghti parir lill-genituri: Qatt tipprova titlob ir-Ruzarju mat-tfal tieghek meta dawn ghadhom zghar jew tohodhom mieghek ghal xi siegha adorazzjoni. Skont kemm huma kbar it-tfal, itlob b’mod semplici. Gradwalment ibni minn Ave Marija wahda ghal ghaxra tar-Ruzarju kull lejla.
UZA L-HAMES SENSI: aghmel uzu minn oggetti bhax-xema, xbihat sagri u forsi xi ftit muzika, ghaliex le? Lita Friesen minn Minneapolis, omm ta’ zewg ulied stqarret li filghaxija waqt li t-tfal ikunu bil-pigama jixghelu xema waqt zmien l-Avvent u jisimghu xi innijiet tal-Milied jew il-missier jirrakonta siltiet mill-grajja tat-Twelid tal-Messija. Ghalkemm tghid li kemm hi kif ukoll zewgha ikun jhossuhom ghajjenin wara jum ta’ hidma, it-tfal ikun l-hena taghhom dawk il-mumenti qabel l-irqad. Biex iqawwu t-tama taghhom fil-Mulej Gesu’, il-familja tikteb it-tamiet tal-futur taghhom fuq il-weraq, jidfnuhom fil-gnien u jizirghu l-basal tal-pjanti li jaghtu l-fjuri meta jasal l-istagun tar-rebbiegha.
SIBU HIN GHAT TALB FLIMKIEN: Wurster tirrakonta li qabel ma kienet traqqad lit-tfal taghha ghadhom trabi kienet tkantalhom innu ta’ barka. Din l-attitudni kibret maghhom u hin l-irqad beda’ jkun hin naturali ghat-talb hekk kif uliedha komplew jikbru.
HUDU VANTAGG MINN MUMENTI TA’ TALB SPONTANEJU: Werster irrakontat li meta kienet tkun migbura ma’ uliedha u kienu jisimghu xi ambulanza ghaddejja tigri ghal l-isptar kienet thajjarhom jitolbu flimkien ghall-htigijiet tal- pazjent, jew waqt xi maltempata bir-rghad u sajjetti kienu jitolbu ghat-tfal li jibzghu u hekk huma jifhmu li Gesu’ huma qribhom meta l-omm jew l-missier ma jistghux ikunu maghhom.
Waqt xi passigata nistghu flimkien ma uliedna nirringrazzjaw lil Alla ghal jum sabih u ghan-natura ta’ madwarna. Haga sabieha u ta’ min jinkoraggiha hija meta f’mumenti ta’ dieqa nisimghu li xi hadd korra ahna nitolbu ghalih jew nitolbu ghal gheziez mejtin taghna waqt li nghaddu minn quddiem xi cimiterju.
Fuq kollox meta uliedna jarawna naqdu d-doveri taghna ta’ insara sew u bil-galbu, bhal meta jarawna nattendu ghall-quddies, naqraw l-Iskrittura jew nitolbu, dawn ikunu qed jixorbu ezempju tajjeb li jsahhah l-edukazzjoni nisranija li fiha nkunu rabbejnihom.
KUMMENTARJU
MEJJU 2022
MA' LIEMA NAHA QIEGHED?
“Dawk li huma tajbin m’għandhomx bżonn tabib, imma l-morda għandhom. Mur u tgħallem it-tifsira tal-kliem, jiena nixtieq il-ħniena, mhux is-sagrifiċċju. Ma ġejtx biex insejjaħ lill-ġusti imma lill-midinbin. ” Mattew 9: 12–13
Tqis lilek innifsek bhala wiehed li inti “tajjeb” jew wiehed li inti “marid”? Inti tghodd lilek innifsek fost il-“gusti” jew “midimbin”? Oqghod attent kif twiegeb din il-mistoqsija. Hafna drabi n-natura taghna mzejna bil-kburija tistqarr li ahna ghandna nkunu maghduda mat-“tajbin” u mal-“gusti”. Izda jekk irrid nkunu korretti l-umilta’ tizvela li ahna fost il-“morda” u l-“midimbin”.
Meta Mattew il-pubblikan laqa’ l-istedina ta’ Gesu’, fid-dar tieghu ghamillu pranzu li ghalih gew mistiedna shabu l-kolletturi tat-taxxa, meqjusa midimbin mill-Farizej. Lil Gesu’ irredikolawh ghax kien qed jiekol maghhom.
Izda Gesu’ wegibhom li hu gie ghall-midimbin, ghall-morda u mhux ghal dawk b’sahhithom. Ikollna nistqarru b’umilta’ kbira li ahna lkoll morda spiritwalment u min jichad dan, juri li hu supperv; u min hu supperv ma jistax jghid li huwa ta’ Kristu. Dan ikun qed iwarrab, sa certu punt, lil Kristu ghax Kristu jrid li ahna nkunu umli u nistqarru d-dghufijiet taghna.
Kristu ma mbarazzax ruhu ghall-kritika tal-Farizej. Haga bhal din taghtina kuragg biex ma nisthux nistqarru li ahna morda spiritwalment ghax ghandna lil Kristu tabib taghna.
It-Tabib Divin ma jiswilikx flus biex tmur ghandu, kuntrarju ghat-tobba l-ohra li jitolbu kumpens ghas-servizz taghhom u dan gustament, ghax kulhadd haqqu hlasu. Kristu jrid biss li inti tkun umli u tistqarr li ghandek bzonn tindif intern, fejqan u mahfra kuljum. Jekk difficli ghalik li tghid dan bil-qalb allura fik ma hemmx hlief kburija u suppervja. Tkun kemm tkun qalbek f’idejk ma’ l-ohrajn, dejjem ghandek bzonn it-tabib divin.
Ezamina ftit il-kuxjenza u tara kemm hu bzonnjuz li tmur tara lil dan it-tabib. Sib hin biex taghmel dan u tara kemm timbiddel ghax it-tabib divin jixtieq ikun mieghek illum u dejjem halli joffrilek il-farag tar-ruh.
KUMMENTARJU
GUNJU 2022
IL-FIDI WAQT IT-TRIBULAZZJONIJIET
IL-FIDI FI ZMIEN TA’ GWERRA
Fr. Emil Kapaun fil-prezent huwa maghruf mill-knisja bhala l-Qaddej ta’ Alla. Kien sacerdot u kappillan ta’ l-armata amerikana waqt it-tieni gwerra dinjija u l-gwerra tal-Korea. Kien maqbud u mehud prugunier fil-kamp Korean u maqtul mill-kommunisti. Il-president Obama ddekorah bil-Medalja ta’ l-Unur wara mewtu.
Wera’ kuragg kbir meta kien isalva suldati midruba filwaqt li l-bullets kienu jvenvnu ma’ rasu. Ghen lil bosta suldati b’infjammazjoni kawzata mill-ksieh biex jimxu aktar minn 60 mil ghal kamp tal-prugunerija. Kien jghallem lis-suldati biex ikunu ta’ xiehda nisranija quddiem il-mexxejja tal-kamp. Kien jaghmel xoghlijiet li haddiehor ma kienx irid. Fi ftit kliem kien is-samaritan it-tajjeb ghas-suldati.
Huwa kien jitlob ma’ min kien ikun irid jinghaqad mieghu. Bata’ minn pulmonite u kellu trombosi f’saqajh. Il-kommunisti haduh l-isptar u hallewh imut hemm. Qabel halla lil shabu prugunieri huwa qalilhom: “Tinkwetawx ghalija. Jiena sejjer fil-post fejn dejjem xtaqt u minn hemm nitlob ghalikom.”
WAQT IT-TRIBULAZZJONI FR EMIL ISSAHHAH AKTAR BIT-TALB U KIBER FIL-FIDI LI GHENITU JKUN XHUD AWTENTIKU TA’ KRISTU.
FIDI WAQT IL-PERSEKUZZJONI
Thomas More kien avukat, ragel tal-familja u missier u wasal biex gie imlahhaq kancillier ta’ l-Ingilterra. Fuq kollox kien bniedem ta’ fidi kbira u virtu’.
Kien elett fil-Parliament Ingliz u minn hawn beda’ l-inkwiet tieghu meta ir- re Neriku VIII ried li l-ewwel zwieg tieghu ikun dikjarat null biex ikun jista’ jizzewweg lil Anna Boleyn. Il-Papa cahad it-talba tieghu . Thomas More sadanitant irrezenja bil-permess tar-re minhabba sahhtu. Meta Neriku VIII webbes rasu u zzewweg lil Katerina, More kien mistieden, izda dan irrifjuta li jmur billi ra li haga bhal din kontra l-principji nsara tieghu.
Ir-re ha ghalih u talbu biex jiehu gurament ta’ lealta’ lejh bhala kap tal-knisja ta’ l-Ingilterra. Thomas irrifjuta li jaghmel dan ghaliex qallu li l-Papa kien il-Kap tal-Knisja. Neriku qaflu fil-habs sa ma fl-ahhar qatalu rasu. Qabel ma miet Thomas More stqarr: “ Jiena l-qaddej tajjeb tar-re, izda l-ewwel u qabel kollox ta’ Alla.”
WAQT IL-PROVA TAL-FIDI TAGHNA BHAL THOMAS MORE IRRIDU NZOMMU SHIH MA’ DAK LI NEMMNU BIEX KIF QAL GESU’ “MIN MA JISTHIX JISTQARRNI QUDDIEM IL-BNEDMIN, JIENA MA NISTHIX NISTQARRU QUDDIEM MISSIERI TAS-SMEWWIET.”
FIDI FI ZMIEN IL-MARD
Il-Papa San Girgor il-Kbir kien jirrenja lejn tmiem is-seklu 6 u l-bidu tas-seklu 7. Fis-sena 1590 faqet epidemija gewwa Ruma.
Huwa kien jemmen li t-talb iqanqal qalb Alla biex ikollu hniena mill-mizerji tal-bniedem. Ghalhekk huwa organizza sensiela ta’ purcissjonijiet li kellhom jibdew minn diversi nhawi, imma ilkoll kellhom jiltaqghu fil-Bazilka ta’ Santa Marija Maggiore. Waqt dawn il-purcissjonijiet kien jsir talb u kant . L-immagini ta’ Marija Omm Alla inharget mill-Bazilka u ippartecipat mal-poplu fit-toroq. Jinghad li San Mikiel Arkanglu deher bix-xabla tieghu infjammata bin-nar u dahhalha fil-ghant taghha hekk kif il-purcissjoni waslet hdejh, fil-post li llum huwa msejjah Kastel Sant’Anglu, biex tibqa’ kommemorata din il-grajja. Kien sinjal li Alla sema’ it-talba tal-poplu ruman. L-epidemija waqfet mill-ewwel u sar talb ta’ radd il-hajr lil Marija Omm Alla ghal intercessjoni taghha.
ALLA HUWA F’KONTROLL ASSOLUT TA’ DAK KOLLU LI JSEHH, MARD JEW EPIDEMIJA U KULL HAGA OHRA. F’CIRKUSTANZI BHAL DAWN TRID TKUN IL-FIDI TAGHNA BIEX NACCETTAW DAWN IS-SOFFERENZI U NGHAQQDUHOM MAT-TBATIJIET TA’ KRISTU. MILL-BANDA L-OHRA NAGHMLU L-PARTI TAGHNA U NIEHDU DIK IL-MEDICINA ADATTA U NUZAW DAK KOLLU LI NAFU BIEX MA JINXTERIDX IL-MARD JEW MIKROBI. MA NIPPRETENDU QATT LI NKUNU MPRUDENTI BIL-HSIEB LI ALLA JGHINNA.
FI ZMIEN IL-MARD JEW EPIDEMIJA QATT MA GHANDNA NCEDU JEW NIPPANIKJAW, IZDA BHAL GREGORJU L-KBIR NITOLBU BIL-FIDI BIEX ALLA JBIEGHED MINNA KULL MARD B’TALB U PENITENZA.
KUMMENTARJU
LULJU 2022
JIENA GHANDI L-GHATX GHALIK
DIN ID-DARBA HUWA KRISTU LI SER JIKTEB DAN IL-KUMMENTARJU:
Kristu: Hija verita’ li jiena ghandi l-ghatx ghalik. Jiena ninsab bilwieqaf hdejn il-bieb ta’ qalbek, bi nhar u bil-lejl. Anke meta inti ma tkunx qed tisma’, anke meta inti tiddubita li nista’ inkun jiena, hemmhekk jiena inkun, nistenna, ghal l-icken sinjal li tista’ turini, anke l-icken suggeriment ta’ stedina li jaghtini l-permess li nista’ nidhol.
Kun af li kull darba li tistedinni, jiena dejjem naccetta u nigi ghandek minghajr ma nonqsok. Fis-silenzju u bla ma nidher jiena nigi, madankollu b’qawwa u imhabba infinita, filwaqt li ngib mieghi d-doni ta’ l-Ispirtu Qaddis Tieghi. Nigi bil-Hniena Tieghi, bix-xewqa Tieghi li nahfirlek u nfejqek, nigi b’imhabba ghalik li tmur lil hinn minn dak li tista’ tifhem inti.
Jiena ghandi l-ghatx ghalik
Qatt ma ghandek tiddubita l-Hniena tieghi. Ix-xewqa tieghi li nahfer, ix-xewqa tieghi li nitfa’ il-barka tieghi fuqek u nghix fik, kif hutha tghix fl-ilma. Jiena lest li naccettak kif inti, ghamilt x’ghamilt.
Jiena ghandi l-ghatx ghalik.
Jekk inti tahseb li ma inti xejn jew ta’ ftit valur f’ghajnejn id-dinja, ma jimporta xejn. Ma hemm hadd fid-dinja li jinteressani aktar minnek.
Jiena ghandi l-ghatx ghalik.
Lest li ntik il-paci u l-ferh. Mhux dawk qed tfittex? Jiena biss nista’ intihomlok. Dak li tatik id-dinja ma jiswa’ xejn ghax jghib wara ftit. Jiena naf kollox fuqek, il-problemi tieghek, il-htijiet tieghek, il-htigijiet tieghek, l-inkwiet tieghek, il-feriti tieghek, l-umiljazzjonijiet tieghek, ersaq ghandi u kollox jihfieflek ghax jiena ingorrhom mieghek.
Tiddubitax minn kliemi. Aghti harsa profonda lejn il-Kurcifiss u tara kemm hija kbira mhabbti lejk.
Hajtek kollha jiena xtaqt li nhobbok, qatt ma waqaft li nfittex l-imhabba tieghek, imma inti rregetajtni. Ippruvajt tfittex il-ferh tieghek f’hafna hwejjeg li kienu duhhan. Ghaliex ma tiftahx qalbek Ghalija, issa u mhux imbaghad, issa huwa tieghek, imbaghad jista’ jkun tard wisq .
DAWN IL-KELMIET, GHANDI L-GHATX JIRBUMBJAW FIR-RUH TIEGHEK?
KUMMENTARJU
SETTEMBRU
2022
QATT TIGGUDIKA KTIEB MILL-QOXRA TIEGHU.
Kemm niggudikaw hazin liz-zaghzagh taghna meta mpogguhom kollha fl-istess keffa. Veru li hemm zaghzagh sfrattati, izda jekk iridu nkunu gusti irridu nistqarru li hemm ohrajn ta’ karattru tajjeb.
Dawn ta’ l-ahhar ma jdoqqux trombi, imma jezistu. U dan kollu huwa frott tat-taghlim nisrani li l-genituri joffru lil uliedhom. Hekk qalet omm li binha Adrian: “Dejjem aghmel it-tajjeb anke meta ma jarak hadd.”
Adrian baqa’ jzomm dan it-taghlim f’qalbu u hareg ta’ ragel ma’ Alla u mal-bnedmin.
Meta mistoqsi ghaliex ghamel il-haga gusta, it-tfajjel wiegeb li kien minhabba it-taghlim li tatu ommu.
Adrián Rodríguez huwa zaghzugh ta’ 17 il-sena minn Chula Vistam California li sab borza li xi hadd kien nesa’ f’qoffa tax-xiri gewwa supermarket. Fetah il-borsa bit-tama li jsib l-identifikazzjoni u wara li sab ta’ min kienet erhilha lejn id-dar ta’ sid il-borsa.
Cempel u gie tiftah iz-zija ta’ sid il-borsa, irringrazzjatu, hadet il-borsa u z-zaghzugh telaq.
Eliana Martin, sid il-borsa ferhet li mill-basket ma kien naqsilha xejn. Imma kif ser taghmel biex tidentifika l-benefattur taghha?
Irrealizzat li Adrian kien rekordjat mill-kamera tas-sigurta fid-dahla tad-dar taghha. Talbet l-ghajnuna fuq is-social media biex tkun taf min hu. Fi zmien qasir kellha l-informazzjoni li xtaqet. Sabitu u offritlhu rigal sabih ta’ flus.
Ir-rigal ma kienx biss taghha. Nies ohra kkontribwew maghha ghar-rigal li xtaqet taghtih minhabba l-onesta’ tieghu.
Dan qanqal kurzita’ mill-media. Is-San Diego Union Tribune meta staqsietu fuq din l-imgieba tieghu, iz-zaghzugh irrisponda hekk: “ Ghamilt dak li ghallmitni ommi meta kont ghadni zghir. Naghmel dejjem it-tajjeb anke meta ma jkun qed jarani hadd.”
Lil ommijiet u l-missirijiet kollha imhassba fuq it-tfal adoloxxenti taghhom…. Taqtghux qalbkom. Li tedukaw lil uliedkom biex ikunu cittadini tajba huwa l-akbar rigal li tistghu toffrulhom.
Il-frott tal-hidma taghkom jingabar meta l-inqas tistennew, bhal fis-supermarket.
ottubru @
KUMMENTARJU
OTTUBRU
2022
ITTRA TA' GESU' GHALIK
KUMMENTARJU
NOVEMBRU
2022
IT-TBATIJA HIJA STEDINA MINN ALLA BIEX NILTAQGHU MIEGHU.
KUMMENTARJU
DICEMBRU
2022