jesusandmary


IL-MADONNA TAL-GLATA, MEQJUMA GEWWA BASELLA, BERGAMO, ITALJA

 

Fit-8 u 17 ta’ April, il-Vergni Mbierka dehret lil tfajla rahhala jisimha Marina Cassone.

Matul il-lejl ta’ bejn is-7 u t-8 ta’ April, kien hemm glata qawwija hekk li qerdet il-frott kollu.

It-tfajla rat sinjura izzomm id tfajjel u talbitha biex terga’ tmur fl-istess post u tghidilha xi trid minnha. Il-lokal kien il-villagg ta’ Basella fil-provincja ta’ Bergamo. Hemm f’dan il-villagg jinsab is-santwarju tal-Madonna ta’ Basella jew kif inhi maghrufa wkoll il-Madonna tal-Glata, mibni sa mis-sena 1356.

Meta Marina lemhet dak id-dizastru kollu fehmet mill-ewwel li l-popolazzjoni tar-rahal kienet ser tghaddi minn guh kbir. Fil-mument tad-dwejjaq, it-tfajla titlob lill-Vergni Mbierka u dak il-hin stess tidher Marija, izzomm id tfajjel u staqsietha: “Marina ghaliex qieghda tikbi?”

It-tfjala wiegbet: “Imma ma intix tara sinjura l-hsara li garrbu l-ghelieqi bil-glata? Il-foqra kollha ser imutu bil-guh.”

“O, le, il-hsad ma jintmissx u jkun akbar u abbundanti minn snin ohra,” wegbitha l-Madonna.

Marina li sa issa ma kienitx gharfet lis-Sinjura tas-Sema staqsietha min kienet. Is-Sinjura talbitha biex terga’ tkun hemm disghat ijiem ohra u tghidilha kollox.

Disghat ijiem wara, fis-17 ta’ April, Marina zammet l-appuntament taghha mas-Sinjura. “Jiena Omm Alla,” zvelatilha Marija malli dehritilha. “Jiena gejt inzurek biex inwennsek u nkun ta’ konfort ghan-niesek. F’dan il-lok, ezatt kien hawn knisja dedikata lili. Ghid lin-nies tal-villagg ihaffru u jsibu l-fdalijiet taghha.”

It-tfajla wegbitha li hadd ma kien ser jemminha.

Imbaghad il-Vergni Mbierka gabret tlett gebliet u poggiethom fl-art u qaltilha li taht dawn il-gebliet hemm l-artal dedikat lilha. “ Ghidilhom li hekk kif il-knisja tkun konsagrata, sacerdot ghandu jiccelebra quddiesa u kull hmistax ghandha tkun offerta quddiesa ghal erwieh midfuna hawn.” U Marija ghebet.

L-ahbar xterdet. In-nies tal-villagg emmnuha, izda mhux xi kunsilliera. Madankollu l-abitanti haduha fuq spallejhom biex ihaffru fejn Marina ndikatilhom, perswazi minn dak il-messagg marjan. U baqghu mistaghba meta taht ghajnejhom fegg l-artal u r-rovini ta’ knisja li kienet ilha ghal sekli midfuna, minghajra hadd ma kien jaf biha.

L-isqof ta’ Bergamo, Lanfranco de Silvestrini, wara li fela’ sew il-fatti, hareg permess li timbena’ knisja u fl-1 ta’ Mejju tas-sena 1356 tqieghdet l-ewwel gebla fost l-entuzjazmu tal-poplu li mieghu nghaqdu nies ohra mill-irhula ta’ madwar. Wara hames xhur ta’ hidma s-santwarju tlesta u sar destinazzjoni ta’ pellegrinaggi. Is-Sinjura ta’ Basella  tirrivela ruhha bhala l-Omm tal-Konsolazzjoni ghal kulhadd.

Fil-post fejn Marija Ssma serrhet riglejha, l-iskultur Carra hadem statwa li turi lil Marija izzomm lil Gesu’ minn idu u Marina gharkubtejha.  Skrizzjoni b’ittri kbar turi dan il-messagg: “ Jiena Omm Alla u gejt inzurkom biex inkun ta’ wens ghalikom.”

Fis-seklu ta’ wara Bartolomeo Colleoni kabbar is-Santwarju u mieghu zied binja ta’ kunvent li t-tmexxija tieghu giet afdata lid-Dumnikani. Kollox mexa’ harir sas-sena 1784, meta r-Republika ta’ Venezja abolixxit dan il-lok ta’ qima.

Aktar tard meta l-projbizzjoni giet imnehhija, is-sanwartju gie resawrat u l-kunvent fis-sena 1920 gie fdat f’idejn il-Patrijiet Passjonisti.

Is-sena ta’ wara saret l-inkoronazzjoni ta’ l-istatwa.

 

NITOLBU LIL MARIJA BIEX HIJA TKUN IL-KONSOLATRICI TAGHNA FID-DWEJJAQ U PROBLEMI TAL-HAJJA TAGHNA.

 

 

Make a free website with Yola