jesusandmary

IL-MADONNA TAL-MIRAKLU, MEQJUMA  GEWWA TUNJA, BOYACA, ANDINA, KOLUMBJA

 

F’Awissu 24, tas-sena 1626, gewwa Tunja fil-Kolumbja, zewg sorijiet kienu qed jaqsmu t-terrazzin fil-kunvent taghhom kmieni filghodu meta kien ghadu anqas beda’ jbexbex, meta nnuttaw riflessjoni ta’ xbiha tal-Vergni Marija f’ghadira ta’ ilma. Tefghu harsithom ‘l fuq u lemhu dehra fis-smewwiet. Imbaghad dawl qawwi gibdilhom l-attenzjoni fuq cella vicin fejn raw l-istess xbiha tal-Madonna fuq bicca drapp fit-tieqa. Is-sorijiet marru jirrakontaw kollox lil shabhom, li ngabru u nizlu gharkubtejhom quddiem din ix-xbiha mirakoluza.

Fis-sena 1880, is-sorijiet tal-Koncezzjonisti, ittrasferew ruhhom fil-Knisja ta’ Marija Addolorata fl-inhawi ta’ El Topo u maghhom garrew il-pittura sagra. Il-knisja ta’ l-Addolorata issa saret maghrufa bhala s-Santwarju tas-Sinjura tal-Miraklu. Il-lok sagru ghadu jigbed lejh eluf ta’ pellegrini biex jitolbu l-ghajnuna ta’ Marija. U xi mirakli ta’ fejqan jigu raportati ta’ spiss.

Ghalkemm esperti ta’ l-arti jiddentifikaw din il-pittura ta’ artist anonimu ghas-snin 1500, bhala xoghol taz-zejt fuq it-tila renovata matul is-snin 1600, it-tradizzjoni religjuza izzomm li din il-pittura hija xoghol mhux maghmul bl-idejn tal-bniedem, bhala ma hija dik ta’ Gwadalupe. Il-kwadru juri lil Marija Immakulata bejn zewg qaddisin, San Guzepp u San Frangisk, imdawra bis-shab li juru simboli tax-xemx, sfera, bir, xewka ta’ huta u torri.

Is-Sinjura tal-Miraklu ta’ El Topo hija patruna ta’ l-Arcidjocesi ta’ Tunja, tal-Kononci ta’ Bogota’ u ta’ l-Avvjazzjoni Militari Kolumbjana. Il-festi annwali taghha jdumu ghaddejjin ghal tnax-il jum u jilhqu l-qofol taghhom fl-ewwel Hadd ta’ Gunju bi processjoni bl-immagini mis-santwarju sal katidral fejn l-arcisqof iqaddes fil-berah fi pjazza Bolivar.

 

NITOLBU LIL MARIJA TA’ KULJUM, GHAX HIJA GHANDHA GHAL QALBHA L-GID SPIRITWALI U MATERJALI TA’ ULIEDHA KOLLHA, MINGHAJR EBDA DISTINZJONI.

 

Make a free website with Yola