jesusandmary

IL-MIRAKLU TAL-MADONNA TA’ SILUVA (2)

2 PARTI

TIFEL JIRRAKONTA KOLLOX LILL-QASSIS KALVINISTA
It-tfal tant stghagbu li ma setghux jitkellmu, imma biss baqghu wieqfa u harsu siekta. L-ghageb taghhom imbidel f'biza' hekk kif il-mara ghebet bit-tarbija misterjosament kif kienet dehret. Bdew jithaddu bejnithom fuq dawk li raw u wiehed mit-tfal gera' lejn il-villagg biex jirrakonta kollox lis-sacerdot kalvinista. Qalulu biex jieqaf jghid il-hmerijiet u jirritorna fuq xoghlu f'ghelieqi.

IT-TFAL JGHIDU KOLLOX LILL-GENITURI TAGHHOM
Meta t-tfal marru lura d-dar filghaxija qalu kollox lill-genituri u l-girien taghhom fuq il-mara li raw tikbi. L-ahbar xterdet mall-villagg kollu bhal lehha ta' berqa u l-ghada filghodu l-parti kbira tal-poplu ta' Siluva ngabar madwar il-blata. Xi whud bdew jiddiehqu b'mod li jarhom u jismaghhom kulhadd, ohrajn kienu mpressjonati mill-insistenza li dak li kienu qed jirrakontaw it-tfal kienet verita'. Meta t-tfal gew mistoqsija kemm wiehed wiehed kif ukoll kollettivament kull wiehed qal l-istess dettalji tal-grajja sa l-inqas dettal.

IL-VERGNI MBIERKA TERGA' TIDHER
Il-kappillan kalvinista ghamel kull ma seta biex jiskredita din il-grajja.Qalilhom li dik kienet "superstizzjoni rumana" u li dak huwa x-xoghol ta' Satana. Izda meta sema' l-ilfieq u ra l-Vergni Mbierka tikbi bit-tarbija fuq dirghajha, allura huwa biddel it-ton u staqsa, wara li gabar ftit il-kuragg: "Ghaliex qed tikbi?" Il-Vergni wegbitu li f'dak il-post kien hemm zmien meta l-poplu kien jadura lil Binha. "Imma issa dan il-lok imbidel f'ghelieqi," kompliet twiegeb Marija Ssma. U minghajr ma qalet ebda kelma ohra ghebet.
Il-poplu laqa' dan il-messagg tal-Madonna u l-Fidi kattolika regghet nibtet fost il-poplu li mill-gdid beda' jirritorna lejn il-Knisja ta' Kristu. Tant kienet effettiva l-konverzjoni tal-poplu li wara ghaxar snin, fil-festa ta' Marija Bambina, aktar minn 11.000 ruh tqarbnu waqt quddiesa celebrata fuq ix-xena tad-dehriet.

ISEHH MIRAKLU
Dan kien miraklu sehh fil-villagg ta' Siluva permezz ta' Marija Sssma go lok fejn la kien hemm knisja, la quddies u anqas sacerdot kattoliku ghal 80 sena. L-isqof appunta lil Fr John Kazakevicius biex jinvestiga dan il-fenomenu u jigbor informazzjoni minghand in-nies li kienu xhieda ta' dan l-avveniment.

RAGEL GHAMA JIEHU MILL-GDID ID-DAWL
Ragel ta' aktar minn 100 sena kien jghix go villagg fil-qrib. L-istejjer tad-dehriet waslu f'widnejh u ftakar meta xi 80 sena qabel huwa kien ghen lill-kappillan biex jahbi l-kaxxa imdawra bil-hadid. In-nies mexxewh sal-post tal-blata, bit-tama li jindikalhom il-lok fejn kien hemm ohbija din il-kaxxa. Malli wasal fuq il-post mirakolozament sar jara u filwaqt li nizel gharkubtejh jirringrazzja lil Alla wriehom il-post ezatt fejn kien it-tezor mohbi.

JINSTAB IT-TEZOR
In-nies sabu it-tezor precizament kif qalilhom ir-ragel li qabel kien ghama u issa gie jara. Gabru l-kwadru u qeghduh ghall-qima tal-fidili gewwa l-Bazilka tan-Nativita' ta' Marija u sal-lum ghadu meqjum bhala x-Xbiha mirakoluza ta Siluva.

JKOMPLU L-MIRAKLI
Matul is-snin sehhew aktar mirakli. Id-devozzjoni lejn is-Sinjura ta' Siluva kienet kbira u profonda sa zmien it-Tieni Gwerra Dinjija li gabet maghha il-qerda tal-liberta gewwa l-Litwanja. Minn dak in-nhar id-dinja rat hafna tibdil. Il-hajja tal-bniedem sabet ruhha mdawra minn  morali korrotta u hafna tilfu t-triq taghhom. Nitolbu lil Marija Omm Alla, patruna ta' Siluva biex tintercedi ghalina halli nibqghu mexjin fit-triq li tohodna ghal ghand Binha.

TMIEM IT-TIENI U L-AHHAR PARTI

 

Make a free website with Yola