jesusandmary

 

KIF MARIJA SSMA SALVAT LIL FR. DONALD CALLOWAY

MIX-XITAN FIL-KAMRA TIEGHU.

 

 

 

Father Donald Calloway

 

Father Donald Calloway, MIC, huwa sacerdot amerikan maghruf hafna u promotur tad-devozzjoni lejn San Guzepp.

 

Qabel ma sar sacerdot u anke qabel ma ikkonverta ghall-Kattoliku, huwa kien jghix hajja disordinata u kien jaghmel uzu hazin mid-drogi.

Is-sacerdot aktar tard beda process pass pass li wasslu biex isir Kattoliku u eventwalment sacerdot, wara li qara ktieb fuq id-dehriet Marjani.

F’intervista li ta lil Matt Fradd, Father Calloway irrakonta kif id-demonju ried li jwaqqfu li jhaddan ir-religjon kattolika.

Father Calloway jispjega li t-triq tal-konversjoni tieghu bdieha billi l-ewwel haga li ghamel kien li jesponi xbieha ta' Kristu Gesu' fil-kamra tieghu. "Jiena nzilt gharkubbtejja fuq sieq wahda u ghidtlu: "Jiena fil-bzonn tieghek. Inti realment tezisti u jiena nhobbok. Dak li sehh wara nista' insejjahlu miraklu. Allagharraq lir-ruh tieghi b'tant hniena kbira li bdejt nikbi." Allura huwa qaghad il-jum kollu fil-kamra. "Meta gejt f'tieghi, biex nghid hekk, ghaliex jiena nemmen li dak kollu li gara kien totalment esperjenza mistika, inxehet fuq sufan."

U dak li gara wara tant bezzghani li 20 sena wara, huwa jitlob li ma jergax jigri.

Jigi x-xitan

"Kreatura mill-aktar tal-biza dehret fil-kamra fejn kont. Tant bzjat li anqas stajt niccaqlaq u ghalaqt ghajnejja. Sirt qisni tal-gebel, ma nista' naghmel xejn. Nahseb li x-xitan haseb li jiena tieghu." Darba huwa kien uza l-Ouija Board.

"Kull ma ghamilt dak il-hin kien li mir-ruh tieghi sejjaht lil Marija."

U taf x'gara? Ix-xitan gheb qisu qatt ma kien xejn. U esperjenzajt paci l-aktar kbira li qatt bhala ma hassejt sal-lum.

L-esperjenza mistika ma spiccatx hawn. Fir-ruh tieghu huwa sema vuci femminili l-aktar pura tghidlu: "Donnie kemm jiena kuntenta. Hadd ma jsejjahli Donnie hlief ommi. Hadd. Kienet Omm Gesu' tghidli li hija wkoll ommi...ix-xitan ma setghax imissni ghax jiena kont f'dirghajn Marija."

Intelaq inti wkoll fi hdan Marija Ssma, Ommok u Omm Gesu' u thossok li inti qieghed fis-sod u fis-sigur.

 

 

 

Make a free website with Yola