jesusandmary

ID-DEVOZZJONI LEJN MARIJA SSMA

Naffermaw li huwa impossibbli li devot ta’ Marija jintilef, għax bid-dritt kollu u b’qawwa kbira tgħid  lix-xitan: “Dawk huma wliedi, ma humiex tiegħek”. Dan huwa minnu, iżda, bil-kundizzjoni li jgħix ‘l bogħod mid-dnub, jew għall-inqas ikollu x-xewqa li jikkonverti. F'dan il-każ, żgur, Marija toffri l-ghajnuna taghha. Kieku xi ħadd jidneb bit-tama li l-Madonna ssalvah, dan mhux denju tal-protezzjoni  Taghha.

Id-devozzjoni tagħna lejha trid tkun perseveranti. Dawk li jipperseveraw biss jirċievu l-kuruna, jgħid San Bernard. Tumas ta’ Kempis, meta kien tifel, kien jirrikorri lejn il-Verġni Marija kuljum, bit- talb. Darba waħda, madankollu, nesiehom, u mbagħad ħalliehom barra għal ftit ġimgħat. Finalment, abbandunahom għal kollox. Lejl wieħed ra f’ħolma kif Marija kienet qed tgħannaq lil sħabu, imma meta kien imiss lilu qaltlu:
“X’tistenna minni, int li ħallejt id-devozzjonijiet tiegħek? Tbiegħed, m’intix denju tat-tgħanniqa tieghi”
Tumas qam bit-terrur u reġa beda d-devozzjonijiet tas-soltu.

Ara liema devozzjoni marjana tolqtok u pprattikaha bil-perseveranza biex ma titlifx il-protezzjoni tal-Omm divina.  Oh! Kemm mill-kundannati tal-lum kienu jiġu salvati li kieku baqgħu jipperseveraw fil-prattiċi tad-devozzjoni f’ġieħ il-Madonna!

EŻEMPJU

Kemm hi prezzjuża d-devozzjoni lejn Marija, anki jekk minima! Fi żmien ir-Rivoluzzjoni Franċiża kien hemm bniedem li tista’ issejjaħlu mostru jismu Laly, kaptan tal-bastiment Deux Associees, li kien speċi ta’ ħabs f’wiċċ l-ilma, li fih kienu jinqatlu qassisin u reliġjużi ppersegwitati mir-Rivoluzzjoni. Idejh kienu mtebbgħin bid-demm ta’ għadd kbir ta’ qassisin u martri tar-Rivoluzzjoni. Raġel ħażin, vizzjuz, kruha umana. Kulħadd ħarab minnu b’orrur. Għaddew il-ġranet tar-Rivoluzzjoni u fil-bidu tas-seklu 20, Laly, diġà anzjan u marid, waqa’ f’faqar estrem mal-familja kollha tiegħu. Huwa kien abbandunat. Kulhadd kien jobgħodu u heddewh li jekk jarawh barra joqtluh.

Wiehed saċerdot gietu ħniena minnu u ma riedx li dan jintilef ghal dejjem. Kull meta dan kien jarah kien jilqgħu b’insulti goffi. Deher qisu każ  bla tama.

Madankollu, filgħodu, kontra kull stennija, ir-raġel sfortunat deher ħiereġ mid-dar u jfittex il-Knisja. Niżel għarkubbtejh quddiem l-Artal tal-Verġni Mbierka, umiljat, niedem. Ma kienx għadu l-istess raġel. Huwa stqarr id-delitti l-kbar tiegħu b’indiema, u rċieva l-assoluzzjoni. X'seta' ġara f'dik ir-ruħ? Huwa ddikjara lill-konfessur:
“Saċerdot tiegħi, jien dejjem żammejt, anke f’nofs id-delitti tiegħi, devozzjoni lejn Marija Mqaddsa. Qatt ma ħallejt jum wieħed jgħaddi mingħajr ma nghid l-Ave Marija li wiegħedt li se nitlob ħajti kollha, lil ommi qabel il-mewt.”

L-Ave Marija salvatu.

 

Make a free website with Yola