jesusandmary

HTML Editor - Full Version

L-ISEM HELU TA’ MARIJA

 

L-isem helu ta’ Marija huwa isem kbir u jixraqlu kull qima u rispett. Ma jkun qatt u qatt li xi  hadd minna jzeblah dan l-isem qaddis bi kliemu.

Jalla t-tifkira ta’ dan l-isem qaddis, mahbub minn Alla, meqjum minn Kristu u meqjum mill-angli,  jimliena dejjem b’fiducja soda fit-tjubija divina, li permezz ta’ Marija tatna s-salvazzjoni, u fl-intercessjoni l-aktar qawwija tal-Vergni, Ommna, li, ghall-kuntrarju ta’ Eva, taghmilna mwielda fil-hajja tal-grazzja.

“Bil-fervur kollu ta’ qalbna, O Marija, insejhulek, il-bint mahbuba ta’ Alla! Il-virtù u l-eccellenza ta’ ismek huma tant kbar li s-smewwiet infushom jifirhu meta jisimghuha, l-art timtela bil-ferh, l-angli jiccelebraw, id-demonji jitrieghdu bl-biza’ u l-infern kollu jithawwad . Għalhekk, is-sahha ta’ ismek hija tant kbira, O Vergni mbierka Marija, li huwa biss, ghandu s-setgha li jippenetra b’mod admirabbli l-ebusija tal-qalb tal-bniedem” (Raymundus Lordanus, Contempl  . de  B. V. M. ) .

Ismek hu tant kbir, li xi drabi, meta  billi nitolbu bis-sahha tieghu, naqilghu l-grazzja aktar malajr milli meta nsejhu l-isem ta’ Kristu, mhux ghax int akbar minnu, imma ghax il-Mulej, waqt li jisma’ lill-qaddejja tiegħu jsejhu l-isem qaddis tieghek, huwa mqanqal aktar facilment, u b’necessità gentili, ghall-hniena u l-mahfra. (Équipe Christo Nihil Praeponere)

Prova ta’ dan il-kult tradizzjonali tal-isem tal-Madonna, huwa l-innu maghruf  Ave, Maris Stella , attribwit lil Venâncio Fortunato, mill-bidu tas-seklu 19, li fih l-Vergni SS. hija pprezentata bhala kewkba tiddi kollha dawl, li b’isimha nehhiet is-sahta li gabet Eva fuq l-umanita’.

 

Sliem għalik, kewkba tal-baħar,
Omm qaddisa u kbira t’Alla,
dejjem verġni bla mittiefsa,
bieb il-hena u ferħ tas-sema.

Ilqa’ l-“Ave” li bil-qima
Gabrijel qed isemmagħlek,
ibdel fiha l-isem t’Eva
ħalli jerġa’ s-sliem fid-dinja.

Qaċċat kull irbit lill-ħatja,
ġib id-dawl lill-għomja kollha,
biegħed minna l-ħażen tagħna,
niżżel fuqna l-ġid tas-sema.

Uri li tassew int Ommna.
wassal talbna quddiem Alla,
li fi ħnientu twieled minnek
biex issir għalina bniedem.

Verġni fost kulħadd magħżula,
ta’ qalb ħelwa fost il-ħlejjaq,
itlob ’l ibnek biex jagħtina
maħfra, safa u spirtu ħlejju
.

 

Make a free website with Yola