jesusandmary

L-UBBIDJENZA TA’ MARIJA

Il-Verġni Mbierka kienet tħobb l-ubbidjenza. Quddiem San Gabirjiel, ma riedet tieħu ebda isem ieħor ħlief dak ta’ ilsiera/qaddejja.

“Ara l-qaddejja tal-Mulej”

Hija dejjem u f’kollox obdiet ir-rieda divina, priva għal kollox minn kull rieda personali. Hi stess iddikjarat li Alla kien kuntent bl- ubbidjenza tagħha.

“Huwa tefa’ għajnejħ fuq ic-cokon tal-qaddejja tiegħu”

L-umiltà proprja tal-qaddej hi li jkun dejjem lest li jobdi. Bl-ubbidjenza tagħha, Marija ssewwiet il-ħsara kkawżata mid-diżubbidjenza ta’ Eva, jgħid San Irinew: “Bħalma d-diżubbidjenza ta’ Eva kkaġunat il-mewt lill-ġens uman, hekk permezz tal-ubbidjenza l-Verġni, għaliha nnifisha u għall-umanità, kienet il-kawża tas-salvazzjoni”.

L-ubbidjenza ta’ Marija kienet ferm iktar perfetta minn dik tal-qaddisin kollha.

Fl-opinjoni ta’ Ricardo, ir-ruħ tal-Verġni kienet bħal metall imdewweb, lesta tieħu kull forma li Alla ried jagħtiha.
Marija, fil-fatt, turi kemm kienet lesta li tobdi.

Obdiet l-ordni ta’ L-Imperatur Ruman u terrqet vjagg ta’ madwar 30 mil lejn Betlehem. Dan għamlitu fil-ħruxija tax-xitwa meta kienet qed tistenna li twelled lil Binha. Mingħajr ma gergret hija baxxiet rasha ghal kull kuntrarju li ħabbtet wiccha miegħu. Ma sabitx kenn fejn twelled lil Gesu’ tarbija u tatu lid-dinja fi stalla ta’ l-annimali. Dik kienet ir-rieda ta’ Alla u accettatha. Il-harba lejn l-Egittu wkoll kien inkonvenjent; madanakollu għamlet kif qalilha Ġużeppi, iggwidat mill-anglu ta’ Alla.

Imma l-akbar sagrificcju li għalih baxxiet rasha għalih kien l-offerta’ ta’ Binha fuq il-Kalvarju. Miegħu sofriet u batiet biex tikkopera mal-pjan tas-salvazzjoni ta’ Alla lill-bniedem.

Il-Verġni tkellmet ukoll ma’ Santa Briġitta dwar is-sigurtà li hemm meta tobdi lid-direttur spiritwali, u qaltilha li l-ubbidjenza, lil min jipprattikaha, teħodhom fil-ġenna.

 

Make a free website with Yola