jesusandmary

MARIJA T-TAMA TAGHNA

Il-Knisja għandha raġun tapplika għal Marija l-kliem tal-Ekkleżjastiku (24, 24), li bih isejħilha l-Omm tat-tama qaddisa, l-Omm li twelled fina, t-tama qaddisa tal-gid immens u etern tal-ħajja mbierka.

San Bernard jindirizza lil Marija hekk: “Sinjura, tonqosx li tgħassisna u tħarisna taħt il-mant tiegħek, għax wara Alla m’għandniex tama oħra ħliefek”

L-istess jgħid San Tomás de Vilanova, li għalih Marija hija l-uniku kenn, għajnuna u ażil tagħna.
Għalhekk hija ġusta ħafna l-esklamazzjoni tal-mistiku patri franciz Blosius:
 “O Marija, int tant tajba u grata lejn dawk li jħobbuk; min se jkun tant miġnun li ma jħobbokx? Fid-dubji u t-taħwid int turi moghdrija ma’  dawk li jduru lejk fit-tbatija tagħhom. Inti tikkonsla lil dawk li jafdaw fik fil-periklu. Inti tgħin lil min jitolbok ; int, wara Ibnek divin, int is-salvazzjoni ċerta tal-qaddejja leali tiegħek.  O tama ta’ dawk bla tama, O kenn tal-abbandunati. Peress li Ibnek irid jonorak, jagħmel bla dewmien kull ma trid.”

Marija hija t-tama ta’ kulħadd
San Ġermanu, billi jagħraf f’Marija l-għajn tal-ġid kollu tagħna u l-ħelsien minn kull ħażen, jitlobha b’dan il-mod:
O Madonna, inti l-unika konsolazzjoni tiegħi mogħtija minn Alla, inti l-gwida tal-pellegrinaġġ tiegħi, inti l-qawwa tal-forzi dgħajfin tiegħi; il-ġid tal-miżerji tiegħi, il-ħelsien mill-ktajjen tiegħi, u t-tama tas-salvazzjoni tiegħi. Isma’ t-talb tiegħi, ħenn għalija, O Reġina tiegħi, inti li int l-kenn tiegħi, ħajti, l-għajnuna tiegħi, it-tama tiegħi, il-qawwa tiegħi!

“Min iħobb lil Marija jsib kull ġid, isib il-grazzji kollha u l-virtujiet kollha, għax bl-interċessjoni tagħha hi tikseb għalih dak kollu li għandu bżonn biex jikber fil-grazzja divina” Hekk jikteb l-abbatti Celes.

Korrado ta’ Sassonja għalhekk iħeġġiġna biex ma nwarbux għajnejna minn fuq Marija, ħalli permezz tagħha nirċievu l-ġid li nixtiequ.

Oh! Kemm huma ixxurtjati, id-devoti ta’ Marija, li permezz taghha sabu u kibru fl-umiltà; kemm midimba  sabu ħelsien mill-irbit mad-dnub; kemm għomja, id-dawl; kemm iddisprati, fiduċja, kemm aggonizanti, salvazzjoni! U dan ipprofetizzatu, meta lissnet dik l-għanja sublimi tagħha fid-dar ta’ Eliżabetta:
“Ara, minn issa ’l quddiem il-ġenerazzjonijiet kollha se jsejħuli hienja” (Luqa 1:48)
Iva, O Marija, il-ġenerazzjonijiet kollha jsejħulek hienja — jikkummenta San Bernard — għax lil kulħadd tajt il-ħajja u l-glorja, għax fik il-midinbin isibu l-maħfra u l-ġusti jsibu l-perseveranza. 
Tkun  imbierka t-tjubija immensa ta’ Alla tagħna, li tana din l-Omm u l-Avukata eċċellenti, tant tenera u kollha mħabba lejna bnedmin!

Itfa’ mela, O Marija ħarsa ta’ ħniena fuqna, qaddejja tiegħek għax aħna  poġġejna t-tama tagħna kollha fik.

 

Make a free website with Yola