jesusandmary

MARIJA TEZORIERA TAL-GRAZZJI

Meta Oloferne ried jiehu l-belt ta’ Betulja l-ewwel pass li ghamel kien li jaghlaq l-ghejjun ta’ l-ilma li kienu jaghtu ghall-belt. (Kapitlu 7). Hekk ukoll jippjana x-xitan. Jaghmel kull sforz biex itellef u itemm kull devozzjoni ta’ l-erwieh lejn Omm Alla. Ghax la darba l-kanal tal-grazzja jinqata, ir-rebha tieghu ssir facli hafna. San Bernard jghid li l-Mulej iridna li nonoraw lil din ir-Regina tas-Sema u lejha nirrikorru fil-bzonnijiet taghna. Tahilna b’Omm taghna fuq il-Kalvarju waqt li Gesu’ kien qed imut. F’idejha ddepozita il-milja tal-grazzji tieghu biex inkunu konxji li kull grazzja, kull benedizzjoni, jinxterdu fuqna bis-sahha taghha.

Huwa ghalhekk li Marija hija mqabbla mal-qamar. Imqieghed bejn ix-xemx u l-art huwa jaghti lid-dinja dak li jircievi minghand ix-xemx, jghid San Bonaventura’ hekk ukoll bl-istess mod Marija tircievi l-abbundanzi tal-grazzji biex tittrasmettihom lilna hawn fuq l-art.

San Bonaventura jzid li Marija tissejjah il-BIEB TAS-SEMA ghax hadd ma jista’ jidhol fis-sema hlief mill-bieb li hi Marija.
Wiehed awtur jispjega tajjeb hafna dan il-privilegg li ghandha Marija li hija dispensatrici tal-grazzja kollha b’dan il-mod: 
“L-ebda linja ma tista’ thalli c-centru ta’ cirku minghajr ma l-ewwel tghaddi mic-cirkonferenza. Ghalhekk, minn Gesù, li hu c-centru, l-ebda grazzja ma tigi lilna minghajr ma qabel ma tghaddi minn Marija, li hija l-istess cirkonferenza peress li kienet hi li nisslitu fi hdanha ghall-kelmiet lil Anglu: Ikun minni skont kelmtek.

Bir-ragun allura li  Ricardo de São Lourenço jistqarr ukoll li hija r-rieda ta’ Alla li l-gid kollu li jaghmel lill-hlejjaq tieghu jasal ghalihom permezz ta’ idejn Marija. Ghalhekk il-venerabbli abbati ta’ Celes iheggeg lil kulhadd biex jinvoka lil din it-teżorier tal-grazzja, kif isejhilha hu, ghax biss permezz taghha l-bnedmin jircievu l-gid kollu li jistghu jittamaw ghalihom.

B’hekk fl-ahhar nifhmu r-raguni ghaliex il-Knisja Mqaddsa tikkmandana biex nitolbu u nsellmu lill-Omm Divina bit-titlu kbir ta’ “Tama Taghna” …..SLIEM GHALIK SULTANA OMM TAL-HNIENA, HAJJA HELWA, TAMA TAGHNA…..
Kemm kellhom tama kbira fil-Madonna l-qaddisin. Fost l-ohrajn  San Gwann Damaxenu,  jindirizza lill-Vergni Mbierka b’dan il-kliem: Fik, Sinjura, poggejt it-tama kollha tieghi u minghandek nistenna s-salvazzjoni tieghi. 

San Tumas isostni wkoll li Marija hija t-tama kollha tas-salvazzjoni taghna. 

“Vergni Mbierka”, jghajjat Sant Efrem, “ilqghana taht il-protezzjoni tieghek, jekk trid tarana salvati; ghax permezz tieghek biss nittamaw ghas-salvazzjoni.”

Nikkonkludu permezz ta’ ezempju:
Santa Katerina Labore’ soru ta’ San Vincenz, tisma’ lehen ta’ tifel isejhilha biex tmur mieghu fil-kappella fejn hemm kienet tistennieha Marija. It-tifel kien mimli dija u sabieh u liebes l-abjad. Dawlilha t-triq ghall-kappella u meta dahlet kienu l-hdax ta' bil-lejl. 

Malli dahlet rat lill-Madonna tersaq lejn l-artal u toqghod bil-qieghda fuq siggu fuq in-naha tax-xellug. Hemm il-qaddisa qaghdet tisma’ il-pariri ta’ l-Omm tas-Sema.

Erba’ xhur wara din l-ewwel dehra, fil-hamsa u nofs ta’ wara nofsinhar, Katarina rat fil-Kappella, lill-Vergni Mbierka wieqfa fuq globu b’mantell blu fidda; minn idha bdew hergin raggi u dawn ir-raggi waqghu fuq id-dinja. Instema’ lehen jghid: “Dawn ir-raggi huma s-simbolu tal-grazzji li Marija tikseb ghall-bnedmin.”

Madwar id-dehra kien hemm miktub dawn il-kelmiet: “O Marija mnissla bla dnub, itlob ghalina li nirrikorru lejk!”
Din it-talba, miktuba f’nofs cirku, bdiet minn fuq il-lemin ta’ Marija, ghaddiet minn fuq  rasha u spiccat fl-gholi ta’ idha x-xellugija.

Ix-xena nbidlet u s-soru rat fuq in-naha l-ohra l-Ittra M li kellha salib fuq nett b’linja fil-bażi. Taht il-monogramma ta’ Marija l-qlub ta’ Gesù u Marija. Dik ta’ Gesù, imdawwra bix-xewk u dik ta’ Marija mtaqqba mis-sejf. Tnax-il stilla mdawra s-simboli. Imbaghad Katarina semghet lehen jghidilha: “Jehtieg li tinhadem midalja b’dan il-mod. Nies li jgibuha u li jitolbu din it-talba b’devozzjoni se jkollhom protezzjoni specjali minn Omm Alla”

L-istess viżjoni giet imgedda fix-xahar ta’ Dicembru. Il-konfessur ta’ Swor Katerina, Fr. Aladel, Lazarist, bil-permess tal-Arcisqof ta’ Parigi, hadem din id-dehra fuq medalja. Fi żmien qasir infirxet mad-dinja kollha.

Tant wettaq meravilji li immedjatament issejhet il-Midalja Mirakoluża.

Make a free website with Yola