jesusandmary




MARIJA SSMA HIJA MIDJUNA LEJN MIN JURIHA VERA DEVOZZJONI

RAKKONT MEHUD MILL-KITBA TA’ SAN ALFONS MARIA DE LIGUORI – IL-GLORJI TA’ MARIJA


Padre Auriemma jirrakonta li mara rghajja fqajra kienet tant thobb il-Madonna li waqt li n-nghag kienu jirghaw, kienet titla sal-kappella marjana fuq il-muntanja u hemm toqghod titkellem ma’ Marija. Meta ndunat li x-xbiha tal-Madonna ma kienitx imzejna, gabret xi ftit fjuri mill-ghelieqi u hadmithom forma ta’ girlanda, resqet lejn ix-xbieha u qeghditha fuq ras il-Madonna filwaqt li qaltilha:   “O Omm ghaziza tieghi, kemm xtaqt li kieku stajt inqieghed fuq ir-ras tieghek kuruna tad-deheb u d-djamanti; imma billi jiena fqira, ircievi minghandi din il-girlanda ta’ fjuri bhala sinjal ta’ l-imhabba tieghi ghalik.”

U hekk, dejjem,  kienet tqim u turi d-devozzjoni taghha lejn din l-Omm taghha u taghna tas-sema.

Ejjew naraw il-hlas li bih onorat Marija Ssma lil din il-mara ghad-devozzjoni taghha lejha.

Din il-mara mardet u waslet biex thalli din l-art. Gara li zewg religjuzi kienu qed jivvjaggaw minn dik it-triq u ghajjiena kif kienu waqfu biex jistriehu taht sigra. Wiehed raqad u l-iehor qaghad ghassa, imma t-tnejn kellhom l-istess vizzjoni. Raw vergni sabieha akkumpanjata minn bosta ohrajn. Wiehed mir-religjuzi indirizza lil din ix-xbejba u qalilha: “ Sinjura min inti u fejn sejra?”

“Jiena Omm Alla u sejra ma’ dawn ix-xebbiet fil-villagg tal-qrib biex inzur wahda mara rghajja li qed tmut u li bosta drabi kienet tigi zzurni.”

Kif temmet kliemha ghebet. Dawn iz-zewg religjuzi qablu bejnithom li anke huma jmorru jzuruha. Meta dahlu go darha sabuha minduna fuq saqqu tat-tiben. Sellmulha u meta rat li huma sacerdoti qaltilhom: “ Qaddejja ta’ Alla, itlobu lil Alla sabiex jatikom l-opportunita’ li taraw il-kumpannija li qieghda madwari.”

Malajr nizlu gharkubtejhom meta lemhu lil Marija tikkonsla lil din ix-xbejba. Il-kumpanija tal-Vergni l-ohra kienu qed ikantaw u ma’ dik il-melodija celesti, ruh dik it-tfajla halliet lill-gisem taghha biex tmur fis-sema tgawdi lil Alla, lil Madonna u lill-qaddisin l-ohra kollha.


 

Make a free website with Yola