jesusandmary


TEMMEN LI R-RUZARJU HUWA SOLUZZJONI?

Sa tmiem is-seklu 18, il-poplu kattoliku kien tbieghed sew mill-prattika religjuza tieghu.

Biex jeghleb dawn it-tendenzi bla Alla u jerga’ jgib il-hajja Kristjana u l-pieta’ fil-Polonja, fl-Awstrija u fin-Nofsinhar tal-Germanja, Alla ghazel lil San Klement Maria Hofbauer. Haddiem bla heda fid-dwieli tal-Mulej, dan il-qaddis sab fir-recita tar-ruzarju sahha u kuragg fil-glidiet tieghu u l-grazzja li jikseb rizultati straordinarji fil-hidma tieghu.

“Bir-ruzarju,” qal, “dejjem ksibt dak kollu li xtaqt”

Ordnat sacerdot, Klement malajr sar appostlu tar-ruzarju. Huwa dahhal jew rega’ stabbilixxa r-recita tar-ruzarju fil-knejjes,u irrakkomanda din id-devozzjoni fil-predikazzjoni tieghu.

Matul is-snin li Klement qatta’ fi Vjenna, kien spiss imsejjah mal-komodina tal-mewt, specjalment dawk li kienu ilhom imbieghda mir-Religjon. Qassis, sieheb tieghu, jghid li hejja aktar minn elfejn marid ghall-mewt. Hu, bhas-soltu, mexa fit-toroq bir-ruzarju f’idu mohbi taht il-mantell u jitlob. Darba qal: “Meta jasal iz-zmien li nitlob ir-ruzarju fit-triq lejn id-dar tal-marid, jien digà naf li kollox se jmur tajjeb”

Gurnata minnhom gie msejjah biex jassisti ragel marid li ma riedx iqerr u kien digà rrifjuta tnax-il sacerdot. Wara li qal ir-ruzarju tieghu, kien cert hafna li jirnexxi, u meta ra lill-marid, qal b’lehen gholi: “Ma’ dan ma ghandix diffikultà”. U bi kliem ta’ karita’ wasslu biex jikkonverti. 

Darba ohra kien mitlub jassisti ragel nobbli hafna li kien ilu 20 sena 'l boghod mis-sagramenti. Meta quddiemu lemah il-qassis Klement, ir-ragel marid irrabja hafna, insulentah u ordnalu jitlaq. Il-qaddis tah parir bil-gentilezza kollha, imma l-marid qallu biss biex jitlaq. Imbaghad il-qaddis mar lejn il-bieb u qaghad hemm u beda jitlob ir-ruzarju, ihares lejn il-marid. Dan ghajjat:
“Xi trid hemm? Mur 'l hemm"

Klement wiegeb sod: “Le ma nitlaqx; il-mewt tieghek hija qrib; Rajt hafna nies imutu sew, issa rrid nara kif imut ikkundannat”

Ghal dan il-kliem il-marid baqa’ sieket u rifless, imbaghad sejjah lill-qaddis, talab skuza mieghu, u stqarr htijietu u miet fil-paci tal-Mulej. 

Lill-akkademici u ohrajn li zaruh, Klement ta kuruna tar-ruzarju li setghu facilment jahbu f’idejhom, u tahom parir biex jitolbuh waqt li jghaddu mit-toroq, specjalment wara nofsinhar, ghaliex bis-sahha tat-talba marjana jinhelsu mit-tentazzjonijiet u hsibijiet hziena u jiksbu hafna grazzji ghalihom. Heggighom ukoll biex ixerrdu r-ruzarju kullimkien.

Hekk kien San Klement, appostlu kbir devot u zeluz tar-ruzarju.



 

Make a free website with Yola