jesusandmary

IL-FURNAR TAS-SEMA

 

Fi zmien meta Santa Katerina di Siena kienet tghix fil-belt fejn twieldet, kultant hija kienet tmur toqghod fid-dar ta’ habibitha armla, jisimiha Alessia biex tevita d-distrazzjonijiet tad-dar storbjuza taghha.

Sena minnhom waqa’ il-guh fi Siena u hafna nies kienu obligati jixtru qamh li kien ilu merfugh fl-imhazen. Il-hobz mahdum u nfurnat b’dan il-kwalita’ ta’ qamh kien ikollu toghma qarsa. Imma meta l-hsad il-gdid rega’ wasal fis-suq allura, kien hemm kunsinna ta’ tqieq friska x’wiehed seta’ jixtri. Alessia qalet lil Santa Katerina:

“Madre dan il-qamh qadim jaghmel hobz qares. Ser narmi l-ftit li fadalli.”

“Tarmi dak li il-Mulej tana biex niekluh?,” wegbitha Katerina, “ ghal anqas aghtih lil dawk li ma ghandhomx.”

“Imma nhossni hatja naghti qamh hazin. Nippreferi li naghti minn dak gdid li nixtru,” qaltilha Alessia.

Santa Katerina talbet, imbaghad, lil Alessia biex taghtiha t-tqiq u xi ftit ilma ghaliex xtaqet taghmel il-hobz biex tqassmu lill-foqra.

Katerina mhux biss harget numru li jghaggeb ta’ hobz, imma ghamlitu hekk malajr li Alessia u l-qaddejja ma setghux jemmnu dak li raw.

Servew il-hobz fuq il-mejda u kulhadd ra kemm il-hobz kien tajjeb u delizzjuz. “Qatt ma toghmna hobz tajjeb bhal dan,” esklamaw.

Aktar minn hekk meta qassmu lill-foqra u lill-patrijiet, il-hobz ma spicca qatt.

Meta aktar tard il-konfessur ta’ Santa Katerina, il-Beatu Rajmundu ta’ Capua, sema’ b’dan il-miraklu, fehem li kien hemm xi haga aktar profonda ghal din il-grajja u talab lil Katerina biex tirrakontalu kollox.

Santa Katerina spjegatlu li kif hija resqet biex tibda’ tahdem il-hobz kien hemm lesta li tghinha Marija Ssma, flimkien ma’ hafna angli. Ghaldaqstant l-Imqaddsa Marija bdiet tahdem l-ghagna ma’ Katerina u bis-sahha ta’ dawk l-idejn immakulati taghha l-prodott mhux biss hareg ta’ toghma tajba, izda l-hobziet immultiplikaw ukoll.

“Il-Madonna nnfisha tatni l-hobz hekk kif lestithom u jiena ghaddejthom lil Alessia u l-qaddejja taghha.

Fil-kitba tieghu fuq dan il-fatt Patri Rajmondu jaghmel paragon l-aktar sabieh.

“Mhux ta’ b’xejn,” jikteb l-beatu Rajmondu fil-biografija ta’ Santa Katerina, li l-hobz kien bnin, ghaliex inhadem mill-idejn perfetti tar-Regina Imqaddsa, li fiha garret ghal disa’ xhur shah il-Hobz Haj li nizel mis-sema biex jaghtina l-hajja ta’ dejjem.”

Fatt mehud mill-biografija tal-qaddisa, miktuba mill-Beatu Rajmundu ta’ Capua, il-konfessur taghha.

Dahhal u ntegra lill Marija Ssmma fil-hajja tieghek u f'dak kollu li taghmel.

 

Make a free website with Yola