jesusandmary

13 TA’ MEJJU: MESSAGG TAL-MADONNA TA’ FATIMA :

“LE” GHALL-IMPURITA.’

Il-Madonna ta’ Fatima qalet lill-Beata Gacinta dan il-kliem biex theggigna nghixu l-virtù tas-safa qaddisa u b’hekk innisslu  fina qalb, ruh u hajja nadifa, ghall-imhabba ta’ Alla.

" Iktar erwieh imorru l-Infern minhabba d-dnubiet tal-gisem milli ghal kwalunkwe raguni ohra."
 
Is-safa jew il-kastità qaddisa hija virtù indispensabbli jekk irridu jkollna relazzjoni intima u ta’ mhabba ma’ Alla. “Henjin dawk ta’ qalb safja, ghax jaraw lil Alla (Mt 5:8).”

Meghjuna mill-grazzja ta’ Alla, ghandna nistinkaw kontinwament biex inaddfu qalbna u nakkwistaw din is-safa, li l-premju taghha huwa l-vizjoni ta’ Alla. Ghalhekk, irridu nitghallmu kif nghidu “LE” ghal dak kollu li joffendi lil Sidna, specjalment id-dnubiet tal-gisem.

Gheziez Huti fi Kristu, ilkoll kemm ahna msejhin nghixu l-virtù tas-safa qaddisa.  Billi nghixu l-virtù tas-safa qaddisa jew tal-kastità, l-imhabba taghna lejn Alla u lejn l-ohrajn tkun awtentika ghax ma tfittix il-pjacir taghha imma taf tirrispetta d-dinjità sublimi tal-persuna umana, u trid tkun trattat bhala tali u mhux bhala oggett jew strument ta’ pjacir. Ghalhekk, ejjew nghixu hajja nadifa ghall-imhabba ta’ Alla u tal-ohrajn. Ejjew, bl-ghajnuna tal-grazzja ta’ Alla, nghidu LE ghall-impurità, ghad-dnubiet tal-gisem u nesperjenzaw hena reali fil-fond ta’ ruhna.

Madonna ta’ Fatima, Omm safja, itlob ghalina!

 

Make a free website with Yola