jesusandmary

 

 IL-MADONNA TAL-KARMELU (ewwel parti)

L-Gholja tal-Karmelu fi zminijietna.

L-gholja tal-Karmelu tfakkarna fil-grajja bibblika ta’ meta l-profeta Elija  hadha kontra l-450 sacerdot ta’ Alla falz, Baal, f’wirja pubblika spiritwali li wasslet biex il-poplu jwarrabhom minn nofs. ( I Rejiet 18: 19- 40). Kien hawn ukoll li l-profeta Elija baghat lill-qaddejj tieghu seba’ darbiet fuq l-quccata ta’ l-ghola biex jara jekk waslitx ix-xita wara seba snin ta’ nixfa, li ntemmet meta huwa habbar li lemah shaba zghira tiela’ minn fuq il-bahar qisha rigel ta’ ragel. ( I Rejiet Kap 18 vers 44).

Il-muntanja tal-Karmelu tinsab fuq il-kosta mediteraneja ta’ Izrael, faccata tal-belt moderna ta’ Haifa. Isimha jfisser gnien ghaliex fi zmieijiet l-imghoddija kienet thaddar u tfewwah fil-fjuri u hxejjex aromatici. Kienet hekk sabieha li kienet imqabbla mas-sbuhija ta’ l-gharusa fil-ghanja ta’ Salamun. (L-Ghanja ta’ l-ghanjiet Kap 7 vers 5).

L-Origini ta’ l-Invokazzjoni – Is-Sinjura tal-Karmelu.

It-titlu tas-Sinjura tal-Karmelu ghandu l-bidu tieghu fi zminijiet ta’ l-eremiti li kienu jghixu hemmhekk u li bil-presenza taghhom bierku lil din l-gholja ta’ zmien l-Antik Testment. Din il-komunita’ ta’ hajja iebsa kienet titlob ghall-migja ta’ Vergni Omm li iggib is-salvatur lid-dinja bhalma l-profeta Elija tela’ fuq il-muntanja biex jitlob lil Alla ghas-salvazzjoni ta’ Izrael li kien qed isofri n-nixfa f’dak iz-zmien. (I Rejiet Kap 18 vers 42).

Figura ta’ Marija

It-teologi jaraw fis-shaba zghira figura ta’ Marija Ssma.  Hekk kif is-shab joghla ‘l fuq mill-bahar minghajr toqol u mluha ta’ l-ilmijiet hekk ukoll Marija hija fergha tar-razza umana minghajr tebgha.

L-ispirtu ta’ Elija u l-Ordni Karmelitana.

Elija kien jghix hajja rtirata fuq l-gholja tal-Karmelu.  Mieghu, Elizew u dixxipli ohra mimlija bl-ispirtu tieghu kienu jghixu maqtugha mid-dinja fi spirtu ta’ talb.  Dan l-ispirtu qaddis huma kienu jghadduh lil ta’ warajhom.

Fuq dan l-ispirtu beda jimbena’ l-ordni karmelitan. Dan nitghallmuh mit-tradizzjoni, liturgija, xoghlijiet ta’ awturi varji u minn diversi kitbiet ta’ papiet differenti bhala ma huma Giovanni XXII, Sistu IV, Gulju II, Piju V Girgor XIII, Sistu V u Klement VIII, indirizzati lil Ordni Karmelitan.

L-ewwel Knisja dedikata lil Marija fil-bidu tal-Kristjanezimu.

Skond it-tradizzjoni, imsahha mill-Liturgija tal-Knisja, grupp ta’ rgiel devoti lejn Elija u Elizew haddnu l-kristjanita’ fil-jum tal-Pentecoste.  Kienu dixxipli ta’ San Gwann il-Battista li hejjihom ghall-migja tal-Messija. Din il-komunita’ halliet ‘l Gerusalemm u marru joqoghdu fuq l-gholja tal-Karmelu.  Huma bnew knisja zghira dedikata lil Ommna Marija fuq l-istess post fejn Elija lemah dik is-shaba zghira.  Huma hadu l-isem tal- Patrijiet ta’ l-Imqaddsa Marija ta’ l-Gholja tal-Karmelu.

Fis-sena 1668, Daniel Van Papenbroek kiteb li l-bidu tal-Patrijiet tal-Karmelu kif deskritt fil-paragrafu ta’ fuq hija hrafa ghax ma hemm ebda bazi storika ta’ dan.  Qamet kwestjoni tahraq li karkret ghal snin sakemm fis-sena 1698 waslet Ruma.  Il-Papa Innocent XII hareg digriet li bih impona s-silenzju bejn il-partijiet koncernati sakemm tinsab soluzzjoni dejjiema li sal-lum ghadha qatt ma waslet ghandna.

Madanakollu fis-sena 1725 il-Papa Benedittu XIII ta permess lill-Karmelitani b’turija ta’ approvazzjoni u biex jidher li qed jieqaf maghhom, li jwaqqfu statwa tal-fundtur taghhom San Elija fost l-istatwi tal-fundaturi ta’ l-Ordnijiet u patriarki.

Minkejja s-shaba ta’ misteru u kontroversja dwar il-bidu tal-Karmelitani, l-Ordni sa mill-bidu dejjem zammet lil Elija l-Profeta bhala dak li qieghed il-pedamenti u l-hajja axxetika li hija l-bazi ta’ din l-Ordni.

 

 

Make a free website with Yola