jesusandmary

 

 IL-HOLMA

Wara jum xoghol iebes Guzeppi ccena u kiel dak li kienet lestietlu Marija. Marija temet lil binha Gesu' nadfitu u qieghditu rieqed fis-sodda tieghu, sodda li kien hadilmu Guzeppi b'sengha u dedikazzjoni kbira.

It-tnejn dahlu jorqdu u meta l-lejl kien dahal gmielu Marija qamet mahsuda.

"Xi gralek, Marija?" staqsa Guzeppi nofs rieqed, u nofs mbezza'.

"Xejn hlief li impressjonatni holma kerha u qajmitni. Hlomt li hafna nies kienu qed jippreparaw celebrazzjoni ghal Ibni u kienu ilhom jippreparaw bil-kbir ghax kienu lhom ihabbru u jaghmlu pubblicita' ghal madwar dawn l-ahhar sitt gimghat.

U meta wasal il-jum ghamlu festin li bhalu qatt ma rajt. Ikel u xorb bil-hela u muzika li tarrxiltli widnejja. U li ma stajtx nifhem hu li dawn ghamluha ghal Ibni u lil Ibni ma stednuhx."

"Aktar bqajt miblugha meta f'hin bla nistenni, dahal ragel oxhon liebes l-ahmar bi xkora fuq spalltu u nxethet fuq siggu mhejji ghalih, qisu ragel mimli wahda sewwa bl-imbid. Dawk it-tfal kollha grew ghal ghandu jghajjtu ‘Santa', ‘Santa' u dan beda jqassam ir-rigali u ghal Ibni ma kien hemm xejn minkejja li l-festin kien ghad-dunur Ibni. Nahseb jien anqas kienu jafuh. F'ebda mument ma semmew ismu. Ma jidhirlekx li hija stramba li bniedem jaghmel festin ghal bniedem iehor li ma jafux?"

" Ghandi sensazzjoni li kieku Ibni mar ghal dan il-festin kien ikun qisu wiehed li dahal fejn ma kienx jesghu, li dahal fejn ma kienx mistieden.. Imbaghad sibt ruhi gewwa xi djar fejn hemm wicci xeghel bil-ferh ghaliex f'post prominenti kien hemm esebit il-presepju, li jfakkar it-twelid ta' Ibni. Imma imbaghad meta hrigt indur ma' l-ibliet fid-dinja tghidx kemm sewwidt qalbi meta rajt li biex iferrhu lil qlub hlief sigar imzejna bid-dawl jixghelu, xemghat iteptpu u dawl iehor ikkulurit ma kiex hemm biex iqajmu l-ispirtu tal-Milied. Forsi mhux Ibni ghandu jkun Dak li jferrah il-qlub?"

"U kemm rajt awguri miktuba f'kartolini li ma jispirawx awguri ibbazati fuq Ibni li hu l-princep tal-paci izda awguri bazati fuq xi dehra ta' cerva, ir-ragel l-ohxon, xi lampa taz-zejt tixghel u tant u tant hwejjeg ohra li ma stajtx nifhem?"

Qalilha Guzeppi: " Marija tinkwetax dik kienet holma. Erga' orqod ghax ghada ghandna jum iehor iebes ta' xoghol."

"Bix-xorti li kienet holma," tenniet Marija. "kemm kien ikun terribli kieku dan kien ikun minnu"

IMMA DAN HU VERU? KULL MIN JAQRA IWIEGEB F'QALBU.

 

Make a free website with Yola