jesusandmary

HTML Editor - Full Version

ERSILJA

 

Minkejja li missierha hallieha ltima ta’ sitt snin, ommha  Ersilja qatt ma halliet lil bintha Emilja nieqsa minn xejn.  Tatha edukazzjoni religjuza tajba u ma naqsitx li tibghatha fi skejjel tajbin.  Kibret u saret xbejba helwa hafna.  Meta kienet tohrog ma’ shabha t-tfajliet fi tmiem il-gimgha, il-guvintur kienu bl-imhatra ma’ min minnhom kienet ser tohrog il-gimgha ta’ wara.  Izda dejjem baqghu b’xiber imnieher ghaliex  hi qatt ma riedet tintrabat ma’ hadd.

Ma kelliex ghalfejn tmur tahdem ghaliex missierha hallilhom flus bizzejjed biex jghixu minghajr tbatija.  Kuljum kienet tghin lil ommha u tmur taghti titwila lis-sorijiet frangiskani, li l-kunvent taghhom kien jinsab fl-istess triq fejn kellhom id-dar taghhom.  Ma kienitx tmur b’idejha vojta ghaliex daqqa tohdilhom haga u  daqqa ohra.

Ommha Ersilja kienet tinkwieta li bintha ghad ma kelliex lil xi hadd li jhobbha biex mieghu trabbi familja.  Spiss kienet tghidilha: “ Binti hu hsieb li tingabar ma’ xi hadd biex meta naghlaq ghajnejja, nkun mohhi mistrieh li inti migbura bil-familja tieghek.”

Imma hi kienet tghidilha bi tbissima, “ Il-princep tieghi ghadu ma wasalx.” Ommha kienet tiskot minghajr ma tlissen xejn aktar, imma f’qalbha kienet tghid talba biex il-hanin Alla jnebbah lil Emilja biex meta tasal dik il-gurnata ta’ l-ghazla hija taghmel pass tajjeb.

Jum wiehed waqt li Emilja kienet ma’ ommha fil-knisja wara li semghu l-quddies, il-bint pespset f’widnejn ommha: “Ma l-princep tieghi hemm hu.” U ppuntatilha subghajha lejn it-tabernaklu. “Nixtieq nidhol soru.” Kienet sajjetta fil-bnazzi.  F’hakka t’ghajn minn mohh Ersilja ghaddew eluf u elf ta’ hsibijiet. Bejn l-omm u l-bint waqa’skiet kbir. Fl-ahhar kienet Emilja li kisret is-silenzju u qalet lil ommha:

“Ma tghidli xejn? Ma hadtx pjacir?” 

L-omm wiegbet : “ Zgur li hadt pjacir. Anzi nheggek li tkompli. Aqdi lil Alla fit-triq li wriek.”

Izda fil-fond ta’ qalbha Ersilja kienet tahsibha mod iehor.  Kienet fasslet pjanijiet ohra ghal bintha. L-ahbar kienet hasditha u l-jum kollu kienet tahseb fuq dak li qaltilha bintha.

“Eh, Ersilja.. ma qtajtiex xewqtek li bintek ikollha min jiehu hsiebha? Issa mhux ragel ikollha min jiehu hsiebha wara mewtek imma komunita’ shiha.  Jew il-pjan tieghek kien li tizzewweg biex hi iddur bik meta tixjieh?” kienet twissiha l-kuxjenza.

 “Le le…hudha ghalik Mulej, jiena noffrihielek bhalma Anna offriet lil binha Samwel.”.

Ftit gimghat wara Emilja bdiet in-novizzjat taghha. Meta pprofessat soru tawha l-isem ta’ Swor Anna. Kull kunvent li fih  kienet  tkun Swor Anna kienet tnissel tama u ferh fost hutha s-sorijiet. Minkejja li kienu  jassenjawlha xoghol ta’ ghajnuna lill-koka fil-kcina, dak ghal qalbha kien ta’ sagristana. Erhilha tnaddaf, tarma u izzomm kollox f’ordni perfetta ghaliex kif kienet tghid lis-sorjiet “dak li jixraqlu il-Mulej u aktar minn hekk.” Tant kienet thobb  taqdi xoghol fil-kappella tal-kunvent li spiss kont issibha hemm, gieli titkellem wahedha ma’ Gesu u tghidlu dak li thoss bhal ma gharusa tixkef qalbha ma’ l-gharus taghha.  U ghalkemm ma qalet lill hadd, kienet tahseb li tisma’ lil Gesu’ jkellimnha minkejja li qatt ma ratu.

Matul l-Avvent meta kienet ghoddha qorbot in-novena tal-Milied, bdiet tahseb biex tarma l-Bambin. Sa minn zmien qabel kienet zerghet il-gulbiena u kultant kienet tidhol gewwa l-armarju kbir tas-sagristija u ssaqqihom b’mod hafif .  Kemm kienu qed jikbru sbieh!  “Dawn ghalik Gesu,"  kienet tghidlu.

“Grazzi, Swor Anna,” kien iwegibha Gesu’.

Ghalkemm matul in-novena kienet armat b’mod helu x-xbiha ta’ Gesu’ Bambin, filghodu lejliet il-Milied riedet izejnu ghal okazzjoni.  Harget il-gubiena mid-dlam u rrangatha b’mod mill-isbah madwar il-Bambin.  Fuq kull qasrija qieghdet xema zghira hamra biex id-dehra issahhar lil kull min jitfa’ harstu fuq Gesu’.  Ma’ kull gemb poggiet ix-xbiha ta’ Marija u Guzeppi. “ Jonqos biss imqar rghajj wiehed b’zewgt naghgiet, imma jahasra ma ghandiex.”

“Swor Anna ma ghandiex bzonn tar-rghajja; dawk gew izuruni darba u bizzejjed.  Ir-rghajja li rrid jiena huma qlub il-bnedmin .”

Swor Anna siktet u ma qalet xejn izjed, izda talbitu jkollu hniena minn dawk in-nies ta’ qlub hziena u ngrati.

Ghaddew tlett ijiem fuq il-Milied u l-madre sejhet lil Swor Anna fl-ufficcju taghha. “Swor Anna,” qaltilha, “ Fil-missjoni taghna gol-Kenja naqsitilna soru ghax ma tiflahx izjed u kellha tigi lura Malta.  Ix-xoghol hemmhekk huwa vast hafna u ghandna bzonn li taghti daqqa’ t’id inti.”

Qalb swor Anna waqfet ghal ftit.  Hsiebha gera fuq ommha. Ikollha thalliha wahedha.  “Imma hi kif ser tohodha? Imissha tmut bil-ghali li bintha halliet il-gzira biex tmur fil-missjoni.”

Elf hsieb bhal dawn grew bhal lehha ta’ berqa.  “Swor Anna,” intervenit il-madre, “ ghandek ma wegibtnix.  Ghandek xi diffikulta?”

“Le, anqas xejn.  Jiena hawn qieghda biex nobdi. Imma qed ninkwieta fuq ommi. Kif ser tohodha l-ahbar?”

“Tinkwieta xejn ghax lil ommok diga kellimniha. Peress li hija mara mhux ta’ wahedha, tlabt il-permess biex tigi tghix maghna fil-kunvent u hekk ikollha kull attenzjoni.”

Wicc swor Anna xeghel bil-ferh. Hekk kif harget mill-ufficcju tal-madre griet wahda lejn il-kappella u mixhuta quddiem is-sagrament qalet lil Gesu, “ Ghal kollox tahseb int Mulej meta xi hadd icedilek kollox.”

Wara l-Epifanija xi sorijiet u ommha akkumpanjawha lejn l-ajruport biex tiehu l-ajruplan lejn il-Kenja.

Meta waslet, l-ewwel marret tittawwal lil Gesu’.  Kemm kienet differenti l-kappella minn dik li kienet imdorrija fiha titlob gewwa l-kunvent f’Malta. “Imma jiena l-istess wiehed, swor Anna li kont titkellem mieghi gewwa Malta u li kont tarma x-xbieha tieghi tal-Milied,” qalilha Gesu’.

 

Make a free website with Yola