jesusandmary

 GANNI L-GENNIEN


 Mad-daqq ta' l-isveljarin, Marija stembhet, ghorkot ghajnejna, u qamet mis-sodda. Tmattret u wara li haslet wiccha, ghamlet ftit make up, libset u nizlet isfel biex tnizzel bicca kejk tac-cikkulata ma' kikkra kafe li hejjitilha ommha.  

"Ghadek bin-nghas tidher Marija." qaltilha ommha.

"Sew qed tghid, ma, ghaliex dik il-mixja li ghamilt fil-kampanja ma' shabi l-bierah ghejjietni  u malli dhalt fis-sodda irqadt. Inhoss li ghadni ghajjiena. Imma issa nghaddi ftit sal gnien ta' quddiem l-iskola u noqghod naqra ftit u malajr nerga' nigi f'tieghi, ghax mat-tfal energija trid."

Qamet minn fuq is-siggu u filwaqt li sellmet lil ommha u lil missierha li kien qed jaqra' l-gazzetta, telqet lejn l-iskola tar-rahal fejn kienet toqghod. 

Billi kien ghadu xi ftit tal-hin, hija sabet bank vojt u mwarrab mill-ghajjat tat-tfal li kienu qed jilghabu fil-gnien qabel jibdew l-iskola  u fil-kwiet  qaghdet taqra rumanz. Minn hdejha ghadda Ganni l-gennien u sellmilha. 

Nehhiet il-ktieb minn idejha u sellmitlu lura filwaqt li qaltu: " Prosit tax-xoghol tieghek ghall-mod kif izzomm il-gnien. Niehu gost li ta' kull filghodu nista' nara dawn il-kuluri u forom differenti ta' fjuri. "Kienet ilha biex tkellmu ghax xtaqet xi pariri fuq il-fjuri. "Grazzi," qalilha Ganni. " L-ewwel wahda li smajt kemm ili nahdem f'dan il-gnien li apprezzat ix- xoghol tieghi."

"Hux Ganni huwa ismek? Ghalinqas hekk nismaghhom jghajtulek it-tfal li jkunu jigru  hawn. Jiena jisimni Marija nahdem bhala ghalliema hawn fl-iskola ta' faccata."

"Iva, sinjorina Marija," wegibha Ganni.

 "Kemm jghogbuni dawk il-fjuri, x'jisimhom?" 

"Dawk bhalissa zmienhom u jekk trid tizra xi fjuri ohra x-xahar id-diehel wiehed jista' jizra' id-dalji. Anzi ngiblek xi zerriegha biex tatiha t-tfal tal-klassi tieghek u tghallimhom ihobbu n-natura. U ghada ngiblek qasrija zghira biex tpoggiha fil-klassi halli t-tfal jarawha tikber, isaqquha u hekk jinnamraw mal-fjuri."

"Idea tajba, Gann u grazzi. Ser inhallik ghax il-messaggier daqt idoqq l-ewwel qampiena u mar ridx inkun tard."

Ganni zamm kelmtu u Marija hajret it-tfal biex ikabbru l-fjuri huma ukoll. Izda zerriegha ma kellhiex bizzejjed u sthat tmur titolbu jtiha aktar. Imma dak li ma ghamlitx hija ghamlu t-tfal ghaliex assedjaw lil Ganni, ilkoll jitolbuh z-zerriegha.

U minn dak inhar li taha z-zerriegha u l-qasrija saru hbieb. Ta' kull filghodu kienet issellimlu u jghidu kelmtejn qabel tidhol l-iskola.

Kienet ilha ma tarah tlett ijiem. Fl-ahhar ghamlet kuragg u staqsiet lill-kennies li kien inaddaf il-gnien. "Povru Ganni. Dak miet tlett ijiem ilu. Dahal id-dar hass ugigh f'sidru. U daqshekk kien. Kieku haduh l-isptar, imma t-tobba ma lahqu ghamlu xejn."

Ghal din l-ahbar Marija kellha toqghod bil-qieghda ghax haditha bi kbira wisq  u minn ghajnejha nizlu zewgt demghat.  Ftakret li l-gimgha li ghaddiet kien taha bukkett fjuri biex tpoggih quddiem id-Duluri fil-klassi u talabha tghid Ave Marija mat-tfal ghall-bzonijiet tieghu.

Meta dahlet l-iskola, il-kap indunat li donnu gralha xi haga u Marija rrakontatilha l-ahbar hazina. "Tiflah tmur mat-tfal?"

"Iva"

U meta dahlet fil-klassi gabret it-tfal u talbu ghar-ruh Ganni li kien sar habib taghhom bis-sahha taghha.





Make a free website with Yola