jesusandmary

IR-RAGEL U L-MOGHZA.

 

Wiehed ragel kien jghix go villagg ckejken. Kien bniedem onest izda fl-istess hin semplici. Darba wiehed sinjur tah moghza talli hadimlu l-ghalqa. Kien ferhan ser itir bir-rigal. Tefa’ il-moghza fuq spalltu u erhilha lejn id-dar jahseb kif ser idur biha. Izda waqt li kien sejjer lejn id-dar raw tlett ghazzenin li riedu jieklu minghajr ma jahdmu. “Kif ser nidqhu bih u naghmlu ikla minn dik il-moghza?” qal wiehed lit-tnejn l-ohra.

Tkellmu bejnithom u fasslu pjan kif ser johduhielu bil-pulit u minghajr tahbit. Infirdu u marru nhbew fi tlett positijiet differenti minn fejn kellu jghaddi ir-ragel.

Hekk kif ir-ragel wasal f’post imwarrab hareg l-ewwel wiehed mill-mohba tieghu u qallu: “Sinjur, ma nistghax nifhem kif ragel bhalek qed iggor kelb fuq spallejh?”  Ir-ragel kien sorpriz  b’dak li qallu l-iehor u wiegbu b’ton naqra harax : “ Mela ma intix tara li dak mhux kelb izda moghza.” L-ewwel qarrieqi qallu: “ Jiddispjacini li ma intix temmini. Ghidtlek dak li qed nara.” Ir-ragel hassu urtat, ma tkellem xejn u baqa’ sejjer.

Wara li mexa’ ftit hareg it-tieni qarrieqi minn wara kantuniera u ndirizzah hekk: “ Il-jum it-tajjeb sinjur. Ghaliex qed igorr ghogol mejjet fuq spalltek? Min jarak jahseb li inti bniedem stupidu?” “Kif!” ghajjat ir-ragel, ”nahseb li l-istupidu huwa inti biex ma tgharafx ghogol mejjet minn moghza.” It-tieni qarrieq wiegbu lura: “Sinjur jidher li ghandek zball ghaliex jew ma tafx kif inhi moghza jew qed taghmel hekk apposta. Jiena ghidtlek dak li qed nara. Sahha.” U telaq jitbissem.

Ir-ragel thawwad u wara waqfa ta’ ftit mumenti kompla triqtu lejn daru. Ma lahaqx ghamel distanza twila li t-tielet qarrieqi hareg minn wara sigra jidhaq kemm jiflah. “ Sinjur ghaliex qed iggor hmar fuq spalltek. Zgur li min jarak ser jinfaqa’ jidhaq bhal ma qed naghmel jiena issa.” Meta sema’ dak il-kliem ir-ragel inkwieta. Qal bejnu u bejn ruhu: “ Imma din li qed ingorr hija moghza jew xi tip ta' hares?” U wara li kompla jahseb wasal ghal konkluzzjoni li dik setghet ma kienet moghza xejn, imma spirtu, ghaliex minn moghza tbiddlet f’kelb, minn kelb f’ghogol mejjet u minn ghogol mejjet fi hmar.

Ir-ragel beza’ u halla l-moghza f’ghalqa vicin, u telaq jigri.

Minghajr telf ta’ zmien it-tlett qarrieqa hargu mill-mohba, qabdu l-moghza u minna ghamlu ikla bnina.

 

TAGHLIMA: QATT THALLI LILEK INNIFSEK IMPRESSJONAT MINN DAK LI JGHID HADDIEHOR. BOSTA DRABI JIKKRITIKAWK GHALIEX IRIDU JIEHDU VANTAGG MINNEK.

 


Make a free website with Yola