jesusandmary

 

 Inti d-dghajsa u Kristu huwa t-tifel.

Kien hemm zaghzugh li t-tfulija tieghu ghaddiha hdejn il-bahar u ma naqasx li jiffaxxinawh id-dghajjes. Jum minnhom akkwista blokka zghira ta’ injam u minnha naqqax mudell zghir. Ghamel bicca xoghol perfetta ghax id-dghajsa tieghu kellha dak kollu li kien ra sabih f’dghajjes ohra.

Meta spiccaha, zebghaha bil-kuluri favoriti tieghu u sahansitra nizzel ismu fuqha. Poggilha qlugh zghir u il-kapulavur tieghu kien lest biex isalpa. Qieghed fl-ilma d-dghajsa u mimli bih inniffsu ra dik in-naqra laxqa titla, tinzel u tithabat mal-mewg hafif tal-bahar. Kien kuntent ser itir meta raha izigg minghajr tbatija fuq l-ilma maz-ziffa helwa tar-rih. Kien tant sodisfatt li l-opra tieghu irnexxiet li anqas induna li d-dghajsa kull ma tmur kienet titbieghed minnu u meta induna kien tard wisq li id-dghajsa terga’ tigi lura ghal ghandu. Fil-genn li qabdu li jitlifha, ghajtilha tigi lura izda tbieghdet aktar minnu sa ma intilfet fil-boghod.

Ghamel f’qalbu hafna tant li ghal xi zmien ma setghax jorqod fil-kwiet. Jum wiehed ghadda minn hdejn hanut mimli affarijiet tal-loghob u lemah id-dghajsa tieghu; iva, kienet tieghu zgur u dahal gewwa ghand il-propjetarju biex johodha lura izda dan qallu li issa d-dghajsa kienet tieghu u jekk iridha seta jixtriha. Gera b’kemm kellu hila lejn id-dar u qal lil missier b’dak kollu li gara. Missieru qallu li jekk iridiha lura kellu jaghti dak kollu li kellu.

It-tifel ha dak kollu li kellu imgemma u irhielha lejn tal-hanut, tefa’ flusu kollha fuq il-bank minghajr biss ma qaghad jghoddhom u talbu jtih id-dghajsa tieghu. Ha lura d-dghajsa u zammha ma’ qalbu sa ma wasal id-dar u urieha mill-gdid lil missieru.

Qallu missieru, “ Issa d-dghajsa hi tieghek.”

“Zgur li hi tieghi. Jiena ghamiltha, jiena xtrajtha lura u jiena tajt dak kollu li kelli biex nehodha lura. Hija tieghi doppjament.”

Taghlima:

X’ma jaghtix Kristu biex jiehu lura l-erwieh li tbieghdu minnu. Fdiehom, bata’ u miet ghalihom biex ikunu mill-gdid tieghu halli ma jitlifhom qatt.
“Mela morru tghallmu x’jigifieri ‘Hniena irrid u mhux sagrificcju’ ghax mhux lil gusti gejt insejjah izda lill-midimbin ghal indiema.” (Matt Kap 9 vers 13). Kristu jibqa jigri wara l-midneb u jhabbatlu biebu sa ma dan jiftahlu.

Make a free website with Yola