jesusandmary

 

 

IL-PERFEZZJONI

George kien ragel qalbu tajba u sinjur. Ma kienx isibha difficli jdahhal idu fil-but u jaghti l-ghajnuna meta jara l-htiega. Imma kien igerger wisq. Irid kollox perfett u jippretendi li kulhadd jimxi bi principju. Bizzejjed ghalih li xi habib tieghu jasal tard ghall-appuntament miftiehem biex jiehu sahna.

Darba ltaqa' ma' Norman Vincent Peale, awtur famuz u organizzatur ta' diversi ghaqdiet ta' karita' u bhas-soltu beda' jilmenta ma' dan Peale dwar hafna ntietef li lilu kien qed jaghmlulu hajtu infern. Peale bid-dahka wiegbu:
"Naf post li fih dawn l-intietef ma jigrux."

George wiegeb: "Naghtik $5000 jekk tehodni fih halli, jekk joghgobni, nibda noqghod hemm."

"Bil-qalb kollha. Ejja issa stess biex, jekk joghgbok, nirrangaw kollox halli tkun tista' tmur malajr. U ma ghandux ma joghgbokx ghax f'dan il-post ma tisma' l-ebda tgergira u minn joqghod hemm ma jaghmel xejn li jista' johloq tgergira." Tghidx kemm ferah George u xtaq li jitlaq 'l hemm minnufih. U telqu flimkien... it-triq kollha George jitkellem u jahseb dwar dan il-post magiku li fih kulhadd jagixxi kif suppost biex la jgerger u anqas jikkaguna li haddiehor igerger.

U fl-ahhar waslu. Norman waqqaf il-karozza u stieden lil habibu jidhol f'dan il-post tant mistenni fejn it-tgergir ma jidhol qatt u fejn hadd ma jgieghel lil xi hadd igerger. U George ntebah li habibu kien wasslu hdejn cimiterju.

Jekk tahx il-$5000 ma nafx imma naf zgur li George hadha t-taghlima u Norman jghid li minn dak inhar rari kien jilmenta mieghu George dwar dawk l-intietef li fuqhom kien tant jitmashan fuqhom.

Qatt tahseb li ser tkun perfett. Il-perfezzjoni ma taqax mis-sema. Il-perfezzjoni trid tahdem ghaliha u tigri warajha kull hin ta' hajtek.

Make a free website with Yola