jesusandmary

 

 

L-ISTORJA TA' LINCOLN

Fi zmien il-gwerra civili amerikana il-President Lincoln kellu player tal-futball bhala segretarju personali tieghu. F’dawk iz-zmienijiet ma kienux jezistu magni fl-ufficini. Is-segretarju kellu juza l-pinna kontinwament fix-xoghol tieghu. U b’dan ix-xoghol ma kien kuntent xejn. Ried ikun fuq il-kamp tal-battalja fejn l-azzjoni kienet tahraq ghall-ahhar.

Xtaq jaghmel hwejjeg kbar ghall- pajjizu u mhux joqghod bil-qieghda fl-ufficju jahdem affarijiet li ghalih ma kienu jaghmlu ebda sens u ma kellhom ebda importanza. Kull darba li l-president kien jghaddi minn quddiemu, is-segretarju kien jikkomplanja. Jum wiehed Lincoln tilef sabru u mdejjaq minn dan it-tgergir resaq fuqu u qallu, “ Zaghzugh, kif narha jiena inti lest li tmut ghal pajjizek imma ma intix lest tghix ghalih.”


Taghlima

Kif jghid l-imghallem taghna Gesu’ Kristu, “ Hadd ma ghandu imhabba ikbar min din milli wiehed jaghti hajtu ghall- hbiebu.” (Gwanni 15, 13)


Nistghu naghtu hajjitna ghal xi hadd billi mmutu ghalih, jew naghtu hajjitna ghall-proxxmu taghna billi nghixu ghalih. Haga bhal din taghmilna eroj kbar. U tista’ tkun haga itqal ghaliex l-isforz taghna biex naghmlu hekk iridu jkunu kontinwu.

 

Make a free website with Yola