jesusandmary


BNEDMIN ANGLI MIBGHUTA MIS-SEMA
  
Li kieku tistaqsini jekk jezistux bnedmin meqjusa bhala “angli mibghuta mis-sema”, inwiegbek fl-affermattiv. Sfortunatment dawn ma jaghmlux hsejjes bhal hazen li jdoqq it-trombi madwar l-erbat irjihat tad-dinja.  Imma bnedmin “angli mibghuta mis-sema” jezistu. Wiehed minn dawn huwa Fabrizio Berton.

“Inti kont habib kbir” tislija mqanqla ndirizzata lil Fabrizio Berton, pulizija ta’ 53 sena minn Venezja li barra xoghlu kien attiv hafna fil-volontarjat ta’ l-opri tal-hniena.

Fil-funeral tieghu (20 ta’ Awissu 2022)  waqt il-quddiesa fil-knisja ta’ Ballo’ (hdejn il-belt ta’ Venezja), li ghaliha attendew numru kbir ta’ nies, Enea tfajjel ta’ 8 snin tela’ fuq l-artal u ndirizza bi ftit kliem lill-mejjet:” Sahha, Fabrizio. Kont tassew habib kbir.”

FABRIZIO BERTON: PULIZIJA U PRESIDENT TAL-ASSOCJAZZJONI “A KNIGHT'S HEART”

Dan kien l-aktar addiju kommoventi ndirizzat lil Fabrizio Berton, pulizija Venezjan ta’ 53 sena u president tal-Għaqda “Qalb ta’ Kavallier”, li kien waqqaf fuq xewqa ta’ missieru li ukoll kien attiv f’diversi attivita’ ta’ karita’.
Il-pulizija kien sar jaf li t-tifel, dijanjostikat b’forma ta’ lewkimja, kien dilettant tal-Lamborghini. Fabrizio, fil-Milied li għadda, dahhal lil Enea f’karozza ta’ l-istazzjoni tal-Pulizija, Lamborghini tal-highway patrol, li fiha haduh mid-dar tiegħu f’San Giorgio in Bosco għal Padova fejn kellu jinghata l-kura. Huwa ta wkoll lit-tifel gugarell Lamborghini fuq skala zghira bhala rigal.

IL-MARDA TA’ FABRIZIO

U ghalkemm Enea qed jeghleb il-kancer wara li sarlu trapjant tal-mudullun, 7 xhur wara l-laqgha taghhom Fabrizio ntlaqat ukoll mil-lewkimja li sfortunatament ma taghtux cans li jghix.
Prezenti għall-funeral kien hemm hames ufficjali li matul l-attività kellhom l-opportunità li jitkellmu b’apprezzament tal-virtujiet umani u professjonali tieghu waqt il-ħidma tiegħu f’Venezja.
Berton kien magħruf madwar l-Italja għall-inizjattivi tiegħu wkoll fil-qasam tad-Difiża Civili: kien wiehed minn tal-ewwel li gab ghajnuna konkreta lill-belt muntanjuza ta’ Rocca Pietore (li s-sindku taghha indirizza tifkira kommoventi lill-Uffiċjal Berton), li kienet meqruda f’ Ottubru 2018 mill-maltempa Vaia. Huwa kien ukoll minn ta’ quddiem biex jipprovdi ghajnuna lill-belt Taljana ta’ Amatrice waqt terremot fl-2016 li halla aktar minn 300 persuna mejta.

IMSEMMI KAVALLIER TAR-REPUBBLIKA MINN MATTARELLA

Għal dan l-impenn passjonat għall-hidma soċjali, imwettaq anke matul l-ewwel xhur terribbli tal-pandemija, il-President Taljan Sergio Mattarella ta lil Berton l-unur ta’ Kavallier tar-Repubblika fis-sena 2020.
“Issa li qieghed hemm fuq, tircievi l-kavallerat mingħand Alla”
Waqt il-Quddiesa, il-kappillan Fr. Roberto, waqt li indirizza lill-mejjet, qal, “Issa li qieghed hemm fuq, tircievi l-kavallerat minghand Alla.”

Enea u Fabrizio: zewġ destini li qasmu fid-disinji inskrutibbli ta’ Alla, li qatt ma huma dawk immaġinati minna.

Make a free website with Yola