jesusandmary

GHALIEX IL-FESTA TA’ SAN FRANGISK HIJA CCELEBRATA FL-4 TA’ OTTUBRU?


 


It-tifkira ta’ San Frangisk ta’ Assisi hija mfakkra fl-4 ta’ Ottubru, minkejja li huwa miet fit- 3 ta’ Ottubru.

Generalment il-qaddisin jigu mfakkra kull sena fil-jum ta’ mewthom, li jimmarka l-ewwel jum li fih marru jgawdu lil Alla ghal l-eternita’.

Madankollu, din ir-regola mhux dejjem tahdem fil-kalendarju liturgiku u kultant l-istorici ma jkunx jafu l-jum ezatt tal-mewt tal-qaddis jew ihawdu d-dati fuq il-kalendarju.

Fil-kaz ta’ San Frangisk ta’ Assisi, huwa miet filghaxija tat-3 ta’ Ottubru tas-sena 1226. Il-membri ta’ l-Ordni Frangiskan jkompli jfakkru l-ahhar sighat tieghu b’servizz imsejjah it-Transitu ta’ San Frangisk li jfisser il-passagg ta’ San Frangisk minn din id-dinja ghal l-ohra.

Wahda mir-ragunijiet ghala San Frangisk minn Assisi gie assenjat ghar-4 ta’ Ottubru fil-kalendarju liturgiku kienet minhabba l-konfuzzjoni dwar il-jum ta’ meta miet.

Zmien ilu hafna, kien hemm bosta kitbiet fuq San Frangisk li hafna minnhom huma leggendarji fil-karattru. L-aktar biografija ewlenija fuq San Frangisk miktuba mill-poeta Tumas ta’ Celano, kienet  li “ fil-jum tal-Hadd tar-raba jum ta’ Ottubru fil-belt ta’ Assisi… hareg mill-jasar tal-gisem u beda’ vjagg ta’ ferh lejn l-ghamara ta’ l-ispirti celesti, u b’hekk ipperfezzjona dak li kien beda’.”

Meta l-Papa Girgor IX ikkanonizza lil San Frangisk ta’ Assisi id-data tal-memorja tieghu giet iffissata ghal l-4 ta’ Ottubru. “Ahna niddikjaraw li t-twelid tieghu jkun iccelebrat bix-xieraq u sollennement mill-Knisja Universali fir- 4 jum ta’Ottubru, il-jum li fih dahal fir-renju tas-smewwiet, mehlus mill-jasar tal-gisem.”

Dak li ma jinftehimx huwa li meta wiehed ihares lejn il-kalendarju tas-sena 1226, Ottubru 3 jigi s-Sibt u Ottubru 4 jigi il-Hadd. Jekk Frangisku miet is-Sibt filghaxija, allura teknikament miet is-Sibt.

Aktar, f’xi pajjizi ta’ l-Ewropa tal-Medjuevu , il-granet kienu jitqiesu li jintemmu meta tinzel ix-xemx, allura San Frangisk seta’ miet fil-ghaxija tat-3 ta’ Ottubru, imma kif kienu jghoddu l-granet huma, huwa jitqies li miet fl-4 ta’ Ottubru.

Filwaqt li 4 ta’ Ottubru tista’ ma tkunx id-data ezatta tal-mewt tal-qaddis, il-Knisja ddecidiet li tkompli bit-tradizzjoni li tfakkar hajtu f’dan il-jum.


Make a free website with Yola