jesusandmary

 IT-TRINITA’ QADDISA.

Il-Fidi taghna tippresentalna diversi misteri: 

Quddiem ghajnejna jigu l-misteru ta’ l-Ewkaristija jigifieri li Gesu’ jinsab taht ix-xbihat tal-Hobz ta’ l-Imbid ikkonsagrati,  ghal ghexien u l-farag ta’ ruhna; il-misteru ta’ l-inkarnazzjoni jigifieri li Alla jilbes in-natura umana u ohrajn. Tippruvax tifhem izda emmen. Dan ma jfissirx li allura la ma nistax nifhem inhalli kollox ghaddej qisu xejn. Le, anzi infittex li nitghallem u naqra u nistaqsi, imma irrid nifhimha li hemm limitu sa fejn nasal.

Wiehed minn dawn il-misteri huwa l-Esitenza tat-Trinita’ Imqaddsa.

Ilkoll ikollna nistqarru li nistudjaw kemm nistudjaw, u nimmeditaw kemm nimmeditaw qatt ma ser nifhmu la dan u anqas misteri ohrajn.  Li jfakkarni f’dik l-istorja li kont nisma’ meta kont ghadni zghir ta’ Santu Wistin f’xatt il-bahar  u bit-tfajjel maġenbu jgħidlu; “Hekk kif din il-ħofra żgħira fir-ramel ma tista’ qatt tesa’ l-ilmijiet kollha tal-baħar, bl-istess mod il-moħħ żghir tieghek ma jista’ qatt jifhem il-kobor infinit ta’ Alla.” Izda b’daqshekk ma jfissirx li nippruvaw ninsewh jew li ma nahsbux dawru. Ghal kuntrarju hemm bzonn li wiehed jistudja biex jifhem li ahna parti minnu u kemm hija kbira l-imhabba t’Alla ghalina. B’hekk tassew nkunu nistqarru dak li nemmnu fih.

Dan hu t-twemmin li konna nitghallmu biex hejjejna ruhna ghal l-ewwel tqarbina, hekk ghadna nemmnu u hekk nibqghu nemmnu ghax dan hu t-twemmin tal-knisja li ahna weghdna li nistqarru meta sirna membri taghha permezz tal-maghmudija : Alla wieħed fi tliet persuni – il-Missier huwa Alla,  l-Iben huwa Alla, u l-Ispirtu s-Santu huwa Alla.  Imma dawn mhumiex tliet allat, lanqas sempliċiment tliet aspetti differenti ta’ l-istess persuna imma, Alla wieħed fi tliet persuni tabilħaqq distinti minn xulxin u indaqs fil-kobor. Kristu fil-hajja pubblika tieghu ghallimna dwar il-verita’ tat-Trinita.  Bosta drabi tkellem dwar il-Missier, dwaru nnifsu bhala l-Iben il-wahdieni li gej mill-Missier u li huwa daqs il-Missier u l-istess bhalu. Lill-appostli u dixxipli tieghu kellimhom u weghdhom l-Ispirtu Santu li kellhom jibghatilhom minn ghand il-Missier.

Fid- Dewteronomju Kap  4, versi 32-34.39-40, jgharrafna li l-poplu Lhudi kien gens priviligjat ghax f'nofs kellu Alla haj li kellmu u intervienja meta nqala' il-bzonn, bhal meta helsu mill-hakma qerrieda ta' l-Egizzjani. Il-misteru tat-Trinita' ma kienx rilevat lill-Lhud ghax Alla ra li dan il-poplu ma kienx ghadu mhejji biex jircievi dan it-taghrif billi kien imdawwar b'popli ohra li jaduraw diversi allat foloz u taghrif bhal dan seta' idghajjef it-twemmin taghhom f'Alla wiehed. Kien biss li meta gie Kristu li ipprova li hu kien l-Iben t'Alla, li tana xi hjiel dwar dan il-Misteru. Sa mill-bidu tal-knisja dan it-twemmin kien mizmum b'ghozza kbira.

U forsi l-insara, il-poplu maghzul tal-lum mhux priveligjat li ghandu li dan Alla, Alla ta' Abraham, Alla ta' Isakk, Alla ta' Gakobb Alla ta' Gesu' Kristu li qieghed f'nofsna jismaghna u jghanina bil-grazzja tieghu? X'qieghed jippretendi Alla ta' dan kollu? Biss li ahna nobdu l-ligi tieghu, u nkunu fidili Lejh. Meta ahna naghmlu bil-maqlub ta' dak li jrid Alla, nsiru nixbhu lil poplu Lhudi li ghalkemm ra u miss it-tjubija Tieghu wera ngratitudni Lejh. Lill-poplu Lhudi helsu mill-hakma ta' l-Egizzjani........ lilna helisna mill-hamka tax-xitan. Lill-poplu Lhudi tah l-art tal-Kanan......lilna tana il-premju etern. Lill-poplu Lhudi tah medjatur, lil Mose......lilna tana lil Kristu bhala medjatur. X'gid kbir Alla ghamel maghna. Jitlob biss il-fedelta' taghna Lejh, anke meta din titlob li mmorru kontra l-volonta taghna.

Bil-grazzja tat-Trinita' il-bniedem ma' ghadux ilsir tad-dnub imma wild addottiv ta' Alla. Hekk kiteb San Pawl lir-Rumani madwar is-sena 57 - 58, inqas minn tletin sena wara l-qawmien ta' Kristu mill-imwiet. Il-komunita' nisranija rumana kienet maghmulha minn Lhud u gentili konvertiti. Hija evidenti li mill-kliem ta' San Pawl din il-komunita' kienet familjari mad-duttrina tat-tlett persuni divini f'Alla wiehed. Nafu li rcevew il-maghmudija f'isem it-Trinita' Mqaddsa. Ghaldaqstant accettaw il-fatt fuq il-veru Alla qabel ma saru nsara. Emmnu ghax qaghdu fuq il-Kelma t'Alla li la jqarraq u anqas jitqarraq. Huwa hu il-Verita' Il-grazzja t'Alla tahdem b'mod ta' l-ghageb. (Rum 8, 14-17)

It-Trinita' trid taqsam mal-bniedem il-hajja qaddiesa. U hawn hu l-faqar tal-bniedem li ghadu ma gharafx is-siwi u l-kobor ta' l-imhabba t'Alla ghalina. Il-bniedem jifhem l-imhabba ta' bnedmin ohra ghalih, haga temporali, limitata fil-kwalita' u kwantita' u li tghaddi. Kemm ghad fadal x'jitghallem il-bniedem fuq l-imhabba t'Alla li hija infinita u dizinteressata! Ghax Alla hu Imhabba minn natura tieghu irid jaqsam it-tjubija tieghu, il-ferh tieghu ma’ dawk li kapaci japprezzawha. Din hi haga li narawha kuljum u kull hin. Ghaliex il-Providenza t'Alla mal-bniedem f'dak li hu temporali u f'dak li hu spiritwali? Ghaliex il-mahfra t'Alla lil bniedem li offendih bid-dnub? Ghax Alla hu IMHABBA. Deus est CARITAS.

It-Trintita' Mqaddsa ghandha tkun raguni bizejjed biex ahna ngeddu l-mira taghna li ghandha tkun l-hajja eterna mat-Trinta' Qaddisa. Hemm nifhmu aktar l-Imhabba t'Alla ghalina.

San Mattew fil-Kap 28 versi 16-20, jaghtina hames versi qawwija. Ir-raguni ghaliex huma qawwija hija evidenti. It-Tlett Persuni tas-Santissima Trinita huma kollha imsemmija b'isimhom.

Kull min irid ikollu sehem dejjiemi fil-hajja eterna irid ikollu relazzjoni intima mat-Trinita', jghix fl-istat tal-grazzja t'Alla. Ghalkemm bil-mohh limitat taghna ma nistghux nifhmu dan il-misteru, madankollu Alla l-Missier, Alla l-Iben u Alla l-Ispirtu Santu li ma humiex tlett Allat izda Alla wiehed jezistu, u hija verita ghax hu Gesu' nniffsu li qalilna dan.

Kemm nsara juru nuqqas ta' rispett lejn dan il-misteru......kemm minna per ezempju jroddu s-sinjal tas-Salib bid-devozzjoni u filwaqt li jrodduh bil-galbu jiftakru li dan hu s-sinjal tas-salvazzjoni u ta' barka ghal dawk li jsejhu bil-qima lit-Trinita'.......kemm minna jbaxxu rashom bhala qima meta jtennu l-Glorja u jsemmu l-Isem ta' Alla l-Missier, Alla l-Iben u Alla l-Ispirtu Santu.

Aghar minn hekk imbaghad nigu ghal dawk li ghal xejn b'xejn izebilhu l-isem t'Alla fil-battal. Alla zgur ma jixraqlux hekk. Alla l-Missier habbna u anke meta ahna offendejnih rega' habbibna mieghu u ghamilna uliedu addottivi tieghu , Alla l-Iben fdiena bit-tbatija tieghu u Alla l-Ispirtu Santu kontinwament ixerred id-doni tieghu biex iqaddisna halli naqsmu l-hajja tal-grazzja mat-Trinita' Qaddisa.

Bhala hlas lura ghal din l-imhabba t'Alla, Kristu jitlobna biex ahna nharsu l-kmandamenti tieghu. Din tkun il-prova genwina li ahna grati lejn t-Trinita' Qaddisa.

Meta nghidu t-talba sabiha tal-Glorja  bex nigglorifikaw lit-Trinita’ ghandna l-obbligu li ntennuha bl-akbar devozzjoni u qima u b’rasna baxxa, niftakru li dak li naghmlu dejjem ghandu jkun ghall-glorja t’Alla u mhux taghna. B’hekk l-opri taghna jkunu fihom valur ghax ikunu ndirizzati lil Alla li kollox minnu, kollox b’hiltu u kollox ghalih.


Make a free website with Yola