jesusandmary

L-INFERN

Il-lum hawn hafna li ma jemmnux fl-infern ghaliex jemmnu li dan il-post ta’ kastig huwa nkompattibbli ma’ l-attribut tal-hniena ta’ Alla. Ejjew naghmlu ftit tar-riflessjoni.

Alla ma ried qatt l-infern.

Fit-talba tal-Missierna li ghallem Kirstu lil Appostli, ahna nitolbu lil Alla li tkun maghmulha r-rieda tieghu li hija rieda ta’ Imhabba.  Ikun dak li trid Inti hekk fis-sema hehhda fl-art.

Issa li kieku tharset il-volonta tieghu, u l-volonta kollha tieghu, l-infern certament ma kienx jezisti, ghaliex Alla, Imhabba Nfinita, irid biss il-felicta’ tal-kreaturi tieghu l-bnedmin u ta’ l-angli, li zejjinhom bid-don tal-liberta.

Jekk Satana flimkien ma’ l-angli tieghu,minflok ma haduha kontra Alla, ghamlu r-rieda tieghu, l-infern ma kienx jezisti. Ghaldaqstant ir-responsabilta ta’ l-esistenza ta’ l-infern qatt ma tista’ tigi attribwita lil Alla.

Li kieku Adam, ir-ras ta’ l-umanita’ ma hadiex kontra Alla, imma wettaq il-volonta Tieghu ma kienx ikun hawn fid-dinja tant dulur u l-mewt, kif tghid l-Iskrittura (Sap 1, 13 u 2, 24) “Il-mewt ma hiex opra ta’ Alla, u anqas ma Huwa jiehu pjacir li l-hajjin ghandhom imutu…. Alla halaq lill-bniedem biex dan ma jmutx imma l-mewt dahlet fid-dinja minhabba l-ghira tax-xitan”  li rnexxilu jhajjar lil Eva u lil Adam jmorru kontra r-rieda ta’ Alla,   Issa jekk Alla ma riedx il-mewt fizika tal-bniedem, raguni akbar hija li t-tieni mewta cioe’ dik spiritwali li hija l-infern hija kontra r-rieda wkoll ta’ Alla.

Biex nifhmu ahjar li Alla ma jridx il-kastig ta’ l-Infern, bizzejjed ingibu quddiem ghajnejna lil Gesu’ Kurcifiss li afferma (Giov 4 ver 34) “l-ikel tieghi hu li naghmel ir-rieda ta’ Dak li baghtni biex intemm l-opra tieghu”.  U l-volonta’ ta’ Alla hija li ebda bniedem ma jintilef.

Alla, hu Imhabba Eterna u Nfinita u halaqna biex ngharfuh, inhobbuh u naqduh f’din il-hajja u wara mmorru ngawduh fil-genna.  Ghalhekk halaqna Alla u mhux biex jibghatna l-infern.  Hekk jghallimna l-Katekizmu tal-Knisja.

Alla hu Imhabba fil-waqt li l-Infern hu mibgheda, huwa c-cahda ta’ l-imhabba, ghalhekk Alla qatt ma seta’ riedu ghaliex ma jistax jeqred lilu nnifsu, Imhabba eterna u Infinita. L-Infern mela jezisti minhabba l-oppozizzjoni ghar-rieda ta’ Alla: id-dnub ta’ l-angli l-hziena u l-bnedmin ribelli.

Ghaldaqstant l-infern huwa konsegwenza esklussiva ghall-oppozizzjoni lill-volonta divina, li tiggenera mhux hlief paci u felicita’ eterna. San Gwann Marija Viannej, il-Kurat t’Ars kien jghid: “ Mhux Alla li jibghatna fl-infern,imma ahna li morru b’saqajna minhabba d-dnubiet taghna.  L-indannati ma jakkuzawx lil Alla, imma jwahhlu fihom infushom.”

Alla jrid lil kulhadd salv (1 Tim 2, 4) “Alla jrid li l-bnedmin kollha jaraw is-salvazzjoni u jaslu ghal-gharfien tal-verita.”

Alla jrid il-kollaborazzjoni taghna billi Huwa stess tana d-don tal-liberta’. Alla jrid li l-midneb jikkonverti u jsalva u ghaldaqstant isejjahlu u jerga’ isejjahlu biex il-bniedem li qieghed fit-triq il-hazina jitbieghed mid-dnub u jghanih bil-grazzji Tieghu. Imma jekk il-midneb, sa l-ahhar mument ta’ hajtu hawn fuq l-art, jiddisprezza, jirrifjuta l-hniena ta’ Alla li jistiednu ghal indiema, u jibqa’ ostinat fid-dnub u jmur fl-infern, ta’ min tkun il-htija? Ta’ Alla jew ta’ bniedem il-midneb? Evidenti li tal-bniedem midneb.

 Jum wiehed Gesu’ wara li wera’ id-dehra ta’ l-infern lil swor Benigna  Ferrero, ruh mistika, qalilha: “Qed tara dak in-nar, Benigna!....   Fuq dak l-abbiss jiena ghamilt bhal xibka sabiex ulied il-hniena tieghi ma jaqghux gewwa.  Dawk li jridu jindannaw, imorru  hemm biex jifthu b’idejhom stess ix-xibka u jaqghu ‘l isfel u darba jidhlu anqas il-hniena tieghi ma tista’ issalvhom.  Dawn l-erwieh jiena nkun grejt warajhom bil-hniena tieghi aktar milli pulizija tigri wara qattiel, imma huma jaharbu mill-hniena tieghi.”

L-INFERN JEZISTI U JEZISTI ZGUR.

A)   L-iskrittura Mqaddsa titkellem hekk fuq l-esistenza ta’ l-infern.

Fil-Gudizzju Universali Gesu’ Kristu jghid lill-hziena (Mattew 25 versi 41 u  46): [25:41] Mbagħad jgħid ukoll lil dawk ta' fuq ix-xellug, 'Morru minn quddiemi, misħutin, fin-nar ta' dejjem li tħejja għax-xitan u għall-anġli tiegħu…….[25:46] U dawn imorru fit-tbatija ta' dejjem u l-ġusti fil-ħajja ta' dejjem.

Fil-vangelu ta’ San Mattew Kap 10 vers 28, Gesu’ jghid: “[10:28] U tibżgħux minn dawk li joqtlu l-ġisem bla ma jistgħu joqtlu r-ruħ; imma aktar ibżgħu minn dak li jista' jeqred kemm ir-ruħ u kemm il-ġisem fl-infern.”

San Pawl lil Korintin fl-ewwel ittra tieghu Kap 6 versi 9 sa 10 jiktbilhom hekk: “[1Kor:6:9] Ma tafux li l-inġusti ma jirtuhiex is-saltna ta' Alla? La titqarrqux! La żienja, la idolatri, la adulteri, la effeminati, la omosesswali, [1Kor:6:10] la ħallelin, la rgħiba, la skaren, la qassiesa fuq in-nies, la ħattafa, ma jirtu s-saltna ta' Alla!

L-istess appostlu fl-ittra tieghu lill- Galatin, Kap 5 versi 19 – 21 iwisshom hekk: “[Gal:5:19] L-għemejjel tal-ġisem huma magħrufa: żína, faħx, nuqqas ta' rażan, [Gal:5:20] idolatrija, seħer, mibegħda, ġlied, għira, korla, ambizzjoni, firda, partiti, [Gal:5:21] invidja, sokor, tbahrid, u ħwejjeġ bħal dawn. Nwissikom, bħalma wissejtkom qabel, min jagħmel dawn il-ħwejjeġ ma jiritx is-saltna ta' Alla.

B  It-taghlim tal-Knisja

Il-koncilji li studjaw u tkellmu fuq ilverita’ ta’ l-Infern huma: Il-koncilju ta’ Valenzja, ir-raba Koncilju tal-Lateran, il-Koncilju ta’ Lyon,  u l-Koncilju ta’ Firenze; per ezempju dan ta’ l-ahhar jafferma car u tond Ii dawk l-erwieh li jmutu fi stat ta’ dnub mejjet imorru l-infern.

Il-Katekizmu ta’ San Piju X ghad-domadi 103. 104 jirrispondi: “ Huwa zgur li jezistu l-Infern u l-Genna. Irrevelahulna Alla, meta wieghed bosta drabi li ghat-tajbin hemm lest premju etern u ghall-hziena hemm it-telfien ghal dejjem fin-nar etern.

Il-katekizmu tal-Knisja Kattolika paragrafi 1043 u 1035 jghid li Gesu’ ripetutament jitkellem minn nar li ma jintefiex riservat ghal dawk li sa l-ahhar nifs ta’ hajjithom jibqghu stinati biex jikkonvertu.

 F’hiex jikkonsisti l-infern?

Jikkonsisti fit-telfien ta’ dejjem ta’ dawk li b’għażla ħielsa tagħhom imutu fid-dnub il-mejjet. L-akbar kastig ta’ l-infern hu l-firda għal dejjem minn Alla li fih biss il-bniedem jista’ jkollu l-ħajja u l-hena li għalihom ġie maħluq u li tant jixtieq. Kristu jesprimi din ir-realtà bil-kliem: “Morru minn quddiemi, misħutin, fin-nar ta’ dejjem” (Mt 25,41). Din il-mistoqsija hija mehuda mill-Katekizmu tal-Knisja that il-forma qasira maghrufa bhala Kompendju tal-Katekizmu tal-Knisja Kattolika.

L-erwieh ta’ dawk li jmutu fl-istat tad-dnub il-mejjet jmorru immedjatament fin-nar ta’ dejjem, fl-Infern. Il-piena principali ta’ l-Infern tikkonsisti  fis-separazzjoni tar-ruh minn Alla ghal dejjem.  Wiehed dejjem irid izomm f’mohhu li Alla halaqna biex immorru ngawduh wara din il-hajja, basta nkunu wettaqna r-rieda tieghu.

Il-koncilju Vatikan II (Kostituzzjoni Lumen Gentium Kap 7 paragrafu 48) jghallem il-htiega ta’ vigilanza kontinwa li ma jigrilniex bhall-qaddejja ghazzenin u kattivi li mmorru fin-nar ta’ dejjem, fejn hem mil-biki u thezziz tas-snien. Ahna lkoll irridu jew ma irridux sejrin nidhru quddiem it-tribunal gust tal-Mulej biex nirrispondu kull wiehed ghalih fuq il-hajja taghna….u fl-ahhar tad-dinja jqumu ghall-glorja tal-hajja ta’ dejjem il-gusti u dawk l-hziena jkunu kkundannati ghat-telfien.

L-ETERNITA’ TA’ L-INFERN

Hija verita ta’ fidi li l-Infern hu etern definit fir-Raba Koncilju tal-Lateran u l-Koncilju ta’ Lyon.

IT-TBATIJA TA’ L-INFERN

Wiehed irid jiddistingwi zewg tipi ta’ pieni:  il-piena tad-dannu li tikkonsisti fin-nuqqas tad-Dehra ta’ Alla, il-felicita taghna u l-piena tas-sensi.

Hekk kif fil-Genna hemm kull tajjeb minghajr ebda tbatija, hekk fl-Infern hemm kull tbatija minghajr ebda tajjeb.  San Mark fil-vangelu tieghu jsejjah lil Infern bhala lok tat-turmenti.

Ghal dawk ikkundannati ghal Infern jispiccaw il-pjaciri u t-tgawdija llecita li gawdew f’hajjithom u jaraw il-bluha taghhom, li issa tilfu t-tgawdija eterna. Jaraw quddiemhom dnubiethom wiehed wiehed Ii minhabba fihom immeritaw il-kastig etern u fl-isess hin jiftakru f’dawk il-grazzi li rcevew u tawhom bis-sieq. O li kieku ikkoperaw mal-grazzja ta’ Alla kieku ma jinsabux f’dan il-lok li minnu ma jistghu johorgu qatt.

Issa jaraw l-indannati x’ifisser li taghmel dnub. Le, l-Infern ma hux xi invenzjoni tal-qassisin. Alla li tant huwa abbuzat mill-Hniena u Tjubija Infiniti tieghu, jezisti tassew. Issa jinsabu f’post fejn ma tezistix imhabba lejn Alla izda biss mibgheda u thezziz tas-snien.

Jibdew jaraw li ma tantx kien difficli li thalli warajk id-dnub ghax Kristu Gesu’ hallielna hafna mezzi biex nitqaddsu u niggieldu id-dnub.  Imma issa tard wisq . Qeghdin fil-lejl li fih ma jistghux jahdmu aktar.

Il-kumpannija ta’ l-indannati ma tkun izjed il-hbieb li kellhom u kienu jghozzu fid-dinja, izda d-demonji.

L-INFERN MA HUX VOJT.

Il-lum hawn hafna li jiddiehqu bl-Infern u jghidu li dan il-post ma jezistix; hemm ma jmur hadd ghax Alla hu hanin; huwa Missierna u allura jsalvana. Huwa veru li Alla hu hanin u jaghti l-grazzja lil kulhadd imma x’jista’ jaghmel Alla jekk il-bniedem jibqa’ jirrifjuta’ l-ghajnuna divina? Ma jistaqx jaqbdek minn xaghrek u jghidlek taghmel hekk ghax Alla halqek liberu.

Fl-infern imur min irid hu.  Darba dhalt fil-hajja eterna bid-dnub il-mejjet ma hemmx tama li terga’ tigi lura biex taghmel indiema.

Darba wahda Gesu’ qal lil Swor Consolata Betrone: “ Jiena xerridt Demmi ghas-salvazzjoni ta’ kulhadd. Mhux il-kotra ta’ dnubiet li ggib it-telfien tar-ruh ghax it-tixrid ta’ Demmi jahfer kull dnub, izda ir-ras iebsa u l-ostinazzjoni tal-bniedem li jibqa’ jghid le ghall-grazzji tieghi, hija r-raguni li jindannaw.”

L-Infern ma hux vojt u dan tikkonfermah il-Vergni Marija gewwa Fatima.  Fir-raba dehra  li kienet fid-19ta’ Awissu 1917, il-Madonna kollha dieqa tghid lit-tlett itfal rghajja: Itolbu, itolbu, itolbu u ghamlu penitenza biex l-erwieh ma jmorrux l-Infern.  Hafna jintilfu ghax ma hemmx minn jitlob ghalihom.”

Nikkonkludu dan l-argument fuq l-infern billi nsemmu l-episodju tal-Papa Piju IX li rrikomanda lil wiehed missjunarju: Ippridkaw hafna il-verita’ serja tas-salvazzjoni, specjalment l-Infern. Tkellmu car u tond fuq il-verita’ ta’ l-infern; ma hemm xejn effikaci aktar milli wiehed jahseb fuq l-infern ghax b’hekk jevita li jmur hemm.

Kemm hu floku u f’postu dan il-parir tal-papa, ghax f’dawn iz-zminijiet ftit li xejn nisimghu fuq l-infern. Tisma’ fuq kollox barra n-novissimi….mewt…gudizzju…infern….u genna

 

Make a free website with Yola