jesusandmary

 


 IL-BAZILKA TA’ SANT’AMBROG GEWWA MILAN.


Il-Bazilka ta’ Sant’Ambrog hija wahda mill-eqdem knejjes gewwa Milan u t-tieni fl-importanza wara d-Duomo .

Meta San Ambrog wasal Milan sab li l-knejjes lokali kienu maqsuma principalment fuq il-kunflitt bejn l-Arjanizmu u l-Kredu ta’ Nicea.  Huwa kien jemmen bis-shih mat-twemmin tal-Kredu ta’ Nicea u totalment oppost ghal erezija ta’ Arju. Huwa kellu f’mohhu li minn naha ta’ fuq ta’ l-Italja jaghmel fortizza pro rumana u ghamel dan bil-priedki u bini ta’ knejjes li fosthom tissemma il-Basilka tal-Martri li wara bidlulha ismiha f’ta Sant Ambrog.

Giet mibnija minn Sant Ambrogio, isqof ta’ Milan bejn is-snin 379 – 386 f’post fejn hafna nsara taw hajjithom ghall-fidi taghhom matul il-persekuzzjonijiet rumani u jinsabu midfuna hemm. L-ewwel isem tal-knisja infatti kien il-Basilka tal-Martri.

Mal-medda tas-sekli, il-bini ghaddha minn hafna restawr u tibdiliet meta fis-sena 1099 ha l-aspett li ghandu llum, meta gie mibni bi stil arkitettoniku Romanesk.

Il-bazilka ghandha zewg kampnari wiehed imlaqqam tal-Patrijiet mibni fis-seklu 9 u ghandu aspett sever. L-iehor li huwa itwal kien mibni fis-sena 1144 b’zewg sulari mizjuda fis-sena 1889.

Il-qabar ta’ l-Imperatur Lwigi II li miet fil-Lombardija fis-sena 875 jinsab fil-knisja.

Il-basilka hija fformata minn tlett navati imzejna bl-aktar mod semplici. Wara u taht l-altar prezzjuz hemm il-kripta li fiha jinsabu l-igsma ta’ Sant’Ambrog, San Gervaso u San Protaso.


ZJARA VIRTWALI LIL BAZILKA TA' SANT'AMBROG 

Make a free website with Yola